Opossum ġurdien sufi ta' Tate

L-Opossum ġurdien sufi ta' Tate magħruf xjentifikament bħala Micoureus paraguayanus, huwa wieħed minn 6 speċi ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Opossum ġurdien sufi ta' Tate
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Micoureus
(Lesson,1842)
Isem binominali
Micoureus paraguayanus
(Tate, 1931)
Sottospeċi
Firxa tal-Opossum ġurdien sufi ta' Tate]

Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.

L-Opossum ġurdien sufi ta' Tate, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata ta' l-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna).

Micoureus paraguayanus huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott u varjeta kbira ta' insetti, għalkemm bajd tal-għasafar, annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu ma' kull opportunita li tinqala'.

Distribuzzjoni

immodifika

L-Opossum ġurdien sufi ta' Tate għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Paragwaj biss u b'hekk huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq Esterni

immodifika