Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/5 ta' Ottubru
5 ta' Ottubru:
- 1582 – Minħabba li beda jseħħ il-kalendarju Gregorjan dan il-jum u d-disa' ġranet ta' wara f'din is-sena (mill-5 sal-14 ta' Ottubru 1582) ma jeżistux fl-Italja, il-Polonja, il-Portugall u Spanja.
- 1793 – Ir-Rivoluzzjoni Franċiża: Fi Franza il-Kristjaneżmu ġie mifrud mill-istat.
- 1968 – F'Derry, l-Irlanda ta' Fuq il-pulizija sawtu bil-lembubi n-nies li kienu jieħdu sehem f'dimostrazzjoni għad-drittijiet ċivili; dan l-inċident hu meqjus bħala l-bidu tal-inkwiet li llum jissejjaħ The Troubles.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1712 – Francesco Guardi, pittur Taljan (m. 1793)
- 1713 – Denis Diderot (stampa), filosfu u enċiklopedista (m. 1784)
- 1781 – Bernard Bolzano, matematiku u filosfu Ċek (m. 1848)
Mietu f'dan il-jum...
- 1880 – Jacques Offenbach, kompożitur imwieled Ġermaniż (t. 1819)
- 1918 – Roland Garros, pilota Franċiż (t. 1888)
- 1976 – Lars Onsager, kimiku Norveġiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika (t. 1903)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Plaċidu.