Derry hija belt fl-Irlanda ta' Fuq, u t-tieni waħda fil-kobor wara l-kapitali Belfast.[1] Il-popolazzjoni hija ta' madwar 84,000 ruħ[2], il-parti l-kbira ta' fidi Kattolika. Derry hija uffiċjalment ukoll magħrufa bħala Londonderry[3], isem li jintuża l-iktar mill-Protestanti. Ix-xmara Foyle tgħaddi min-nofs il-belt, u hija l-aktar xmara li tgelgel b'saħħitha fl-Ewropa, tant li hija perikoluża ħafna u mhux tajba għall-għawm. Żewġ pontijiet ewlenin jippermettu li wieħed jaqsam ix-xmara, il-Pont ta' Craigavon u l-Pont ta' Foyle.

Derry
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit
Derry Waterfront - geograph.org.uk - 2166.jpg
Coat of arms of Derry.png
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju Unit
Constituent country of the United KingdomIrlanda ta' Fuq
District of Northern IrelandDerry City and Strabane (en) Translate
Isem uffiċjali Londonderry
Kodiċi postali BT47u BT48
Ġeografija
Koordinati 54°59′30″N 7°20′30″W / 54.9917°N 7.3417°W / 54.9917; -7.3417Koordinati: 54°59′30″N 7°20′30″W / 54.9917°N 7.3417°W / 54.9917; -7.3417
Derry is located in the United Kingdom
Derry
Derry
Derry (the United Kingdom)
Superfiċjenti 387 kilometru kwadru
Demografija
Popolazzjoni 85,016 abitanti (2008)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 028
derrystrabane.com

L-aktar post li jispikka huwa Bogside, in-naħa Repubblikana tal-belt, li jemmnu li l-belt għandha tingħaqad mar-Repubblika tal-Irlanda. Hawn kien il-post fejn saru rvellijiet u ġlied kbir fl-hekk imsejjaħ Bloody Sunday (il-Ħadd Imdemmi) tal-1972.

Il-belt hija l-ewwel waħda ppjanata fuq sistema ta' gradilja fl-Irlanda, u l-ħitan tagħha bdew jinbnew fl-1613. Huma qatt ma ġew mirbuħa u għaldaqstant Derry hija mlaqqma The Maiden City. F'dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna tibdil fl-amministrazzjoni.

SportEdit

 
Tpinġija fuq il-ħajt ta' tifel bil-maskra tal-gass waqt il-Battalja ta' Bogside, Awwissu 1969

It-tim tal-futbol Derry City F.C., imwaqqaf fl-1928, huwa l-uniku klabb mill-Irlanda ta' Fuq, li jieħu sehem fil-kampjonat tar-Repubblika tal-Irlanda. Minħabba l-ġlied ma jaqta' xejn ma' timijiet mill-Irlanda ta' Fuq, dawn kellhom l-grawnd tagħhom, The Brandywell, sospiż għal ħafna snin. Tant li Derry City F.C. kellhom jilagħbu kontra qalbhom ħafna mil-logħob xi tletin mil 'il bogħod, fil-grawnd ta' Coleraine.

Fl-1985-86 Derry City F.C. ingħaqdu mal-kampjonat tar-Repubblika, u wara ftit beda jasal ir-rebħ ta' tazzi. Fosthom hemm il-kampjonat tal-1996-7 u t-tazza tal-FAI fl-1995, fl-2002 u fl-2006. Anki fl-Ewropa marru tajjeb, meta staġun minnhom eliminaw lil IFK Goteborg u lil Gretna, qabel ma nqalgħu minn Paris Saint Germain. Huma jilagħbu bi flokk bl-istrixxi bojod u ħomor u qalziet abjad.

ReferenziEdit

  1. ^ "Derry". web.archive.org. 2010-03-29. Miġbur 2021-10-05.
  2. ^ "Statistical Classification and Delineation of Settlements" (PDF).
  3. ^ "Londonderry definition and meaning | Collins English Dictionary". web.archive.org. 2018-04-04. Miġbur 2021-10-05.