Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/15 ta' Ottubru
15 ta' Ottubru:
- 533 – Il-Ġeneral Biżantin Belisarju daħal formalment fil-belt ta' Kartaġni, wara li kien rebaħha mill-Vandali.
- 1582 – Il-Papa Gregorju XIII implimenta l-kalendarju Gregorjan. Fl-Italja, il-Polonja, il-Portugall, u Spanja, wara l-4 ta' Ottubru ta' din is-sena il-kalendarju jaqbes għall-15 ta' Ottubru.
- 1815 – Napuljun I ta' Franza beda l-eżilju tiegħu fuq Sant'Elena fl-Oċean Atlantiku.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1608 – Evangelista Torricelli, fiżiku Taljan (m. 1647)
- 1836 – James Tissot, pittur Franċiż (m. 1902)
- 1844 – Friedrich Nietzsche (stampa), filosfu Ġermaniż (m. 1900)
Mietu f'dan il-jum...
- 1564 – Vesalju, anatomiku Fjamming (t. 1514)
- 1959 – Lipót Fejér, matematiku Ungeriż (t. 1880)
- 2000 – Konrad Emil Bloch, bijokimiku mwieled Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina (t. 1912)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Tereża ta' Avila.