Monasteru ta' Santa Katarina

monasteru Kristjan Ortodoss Grieg taħt il-Muntanja Sinaj, l-Eġittu

Il-Monasteru ta' Santa Katarina (bl-Għarbi: دير القدّيسة كاترين; bil-Grieg: Μονὴ τῆς Ἁγίας Αἰκατερίνης), uffiċjalment il-Monasteru Rjali Awtonomu Mqaddes ta' Santa Katarina tal-Muntanja Mqaddsa ta' Sinaj, huwa monasteru Ortodoss tal-Lvant li jinsab fil-Peniżola ta' Sinaj. Jinsab fil-bokka ta' fondoq fl-għoljiet taħt il-Muntanja Sinaj, qrib ir-raħal ta' Santa Katarina, l-Eġittu. Il-monasteru huwa msemmi għal Santa Katarina ta' Lixandra.[1][2]

Il-Monasteru ta' Santa Katarina.
Ikona bix-xama' tikwi tas-seklu 6.

Ikkontrollat mill-Knisja Awtonoma ta' Sinaj, li hija parti mill-Knisja Ortodossa Griega usa', il-monasteru sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002 għall-importanza unika tiegħu fit-tradizzjonijiet tal-Kristjaniżmu, tal-Iżlam u tal-Ġudaiżmu.[3][4] Fl-isfond tal-Monasteru ta' Santa Katarina hemm tliet muntanji: Ras Sufsafeh (x'aktarx il-Muntanja Ħoreb li tissemma fil-Bibbja, fil-Punent b'quċċata ta' madwar kilometru (0.62 mili)); Jebel Arrenziyeb, fin-Nofsinhar b'quċċata ta' madwar kilometru; u l-Muntanja Sinaj (magħrufa lokalment bħala Jebel Musa, u skont it-tradizzjoni identifikati mal-Muntanja Sinaj li tissemma fil-Bibbja; fin-Nofsinhar b'quċċata ta' madwar żewġ kilometri (1.2 mil)).[5]

Mibni bejn il-548 u l-565, huwa l-eqdem monasteru Kristjan fid-dinja li ilu abitat b'mod kontinwu.[6][7][8] Is-sit fih ukoll l-eqdem librerija fid-dinja li ilha topera b'mod kontinwu, b'xogħlijiet uniċi jew estremament rari, bħall-Codex Sinaiticus u s-Syriac Sinaiticus, kif ukoll x'aktarx l-ikbar kollezzjoni ta' ikoni Kristjani bikrin, inkluż l-iżjed xbieha bikrija magħrufa ta' Ġesù bħala l-Kristu Pantokrator.[9][10]

Tradizzjonijiet Kristjani

immodifika

Meta Katarina

Il-Monasteru ta' Santa Katarina fl-1968
Il-Monasteru ta' Santa Katarina fl-1852

inżammet bħala priġuniera fil-monasteru, iktar minn 200 ruħ ġew jarawha, inkluż il-mara ta' Maxentius, Valeria Maximilla; kollha kemm huma kkonvertew għall-Kristjaneżmu u sussegwentement mietu martri.[11] L-imperatur furjuż ikkundanna lil Katarina għall-mewt fuq rota tat-torturi iżda malli missitha, tkissret f'diversi biċċiet.[12] Maxentius ordna li tinqatel bil-qtugħ ir-ras. Katarina stess ordnat li tinbeda l-eżekuzzjoni. Skont il-leġġenda wkoll, minn għonqha gelglet sustanza qisha ħalib minflok demm.[13]

Il-monasteru nbena madwar l-inħawi meqjusa tradizzjonalment bħala l-post fejn Mosè kien ra l-ħuġġieġa nar qalb l-għollieq. Il-festa ewlenija tal-monasteru hija l-Festa tat-Trasfigurazzjoni. Il-monasteru sar sit ta' pellegrinaġġ magħruf sew.[14]

 
Mappa tal-1899 tal-inħawi tal-monasteru.

L-eqdem dokument dwar il-ħajja monastika fil-Muntanja Sinaj huwa ġurnal tal-ivvjaġġar miktub bil-Latin minn pellegrina jisimha Egeria (Etheria; Santa Silvja ta' Aquitaine) għall-ħabta tat-381/2-386.[15][16]

Il-monasteru nbena skont l-ordni tal-Imperatur Ġustinjanu I(li rrenja fl-527-565), madwar il-Kappella tal-Ħuġġieġa nar qalb l-għollieq (magħrufa wkoll bħala l-Kappella ta' Santa Elena) li kienet ġiet ordnata biex tinbena mill-Imperatriċi Konsorti Elena, omm Kostantinu l-Kbir, fis-sit fejn Mosè suppost ra l-ħuġġieġa nar qalb l-għollieq.[17] L-għollieq ħaj li hemm fi ħdan il-monasteru jingħad li huwa l-istess li ra jaqbad Mosè. Strutturalment, ix-xorok prinċipali tal-monasteru x'aktarx li huma l-eqdem xorok magħrufa fid-dinja.[18] Is-sit huwa sagru għall-Kristjaneżmu, għall-Iżlam u għall-Ġudaiżmu.[19]

Kienet inħolqot moskea billi l-kappella eżistenti kienet ġiet ikkonvertita matul il-Kaliffat Fatimida (909-1171), li kienet tintuża b'mod regolari sal-era tas-Sultanat Mamluk fis-seklu 13 u għadha tintuża attwalment f'okkażjonijiet speċjali. Matul l-Imperu Ottoman, il-moskea kienet tinsab f'kundizzjoni mwiegħra; din ġiet irrestawrata fil-bidu tas-seklu 20.[4]

Matul is-seklu 7, il-Kristjani iżolati tas-Sinaj ġew eliminati u baqa' biss il-monasteru ffortifikat. Il-monasteru għadu mdawwar bil-fortifikazzjonijiet enormi li ppreservawh. Sas-seklu 20, l-aċċess kien permezz ta' bieb fl-għoli tal-ħitan ta' barra. Minn żmien l-Ewwel Kruċjata, il-preżenza tal-ġellieda tal-Kruċjati fis-Sinaj sal-1270 qanqlet l-interess tal-Kristjani Ewropej u żiedet l-għadd ta' pellegrini qalbiena li żaru l-monasteru. Il-monasteru kien appoġġat mid-dipendenzi tiegħu fl-Eġittu, fil-Palestina, fis-Sirja, f'Kreta, f'Ċipru u f'Kostantinopli.

 
Il-Kappella tal-Għadam fil-Monasteru ta' Santa Katarina.

Il-monasteru, flimkien ma' diversi dipendenzi fl-inħawi, jikkostitwixxi l-Knisja tas-Sinaj kollha, immexxija minn arċisqof, li huwa wkoll il-patri superjuri tal-monasteru. L-istatus amministrattiv preċiż tal-knisja fi ħdan il-Knisja Ortodossa tal-Lvant huwa ambigwu: uħud, inkluż il-Knisja nnifisha, jitqies bħala awtoċefalu, u oħrajn iqisuh bħala knisja awtonoma taħt il-ġurisdizzjoni tal-Knisja Ortodossa Griega ta' Ġerusalemm. L-arċisqof tradizzjonalment jiġi kkonsagrat mill-Patriarka Ortodoss Grieg ta' Ġerusalemm; f'dawn l-aħħar sekli effettivament irresjeda fil-Kajr. Matul il-perjodu tal-Kruċjati fejn kien hemm distakk bejn il-knejjes Ortodossi u Kristjani, il-monasteru spiċċa taħt il-patroċinju kemm tal-imperaturi Biżantini kif ukoll tal-mexxejja tar-Renju ta' Ġerusalemm, u l-qrati rispettivi tagħhom.[5]

Fit-18 ta' April 2017, seħħ attakk minn grupp tal-Istat Iżlamiku f'checkpoint qrib il-monasteru, fejn inqatel puluzija u ġew midruba tliet pulizija oħra.[20]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
L-Ashtiname ta' Muħammed, li tat protezzjoni u privileġġi oħra lis-segwaċi ta' Ġesù.

Iż-Żona tal-Monasteru ta' Santa Katarina ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[4]

Opri tal-arti

immodifika
 
Ikona ta' Mosè u l-Ħuġġieġa tan-nar qalb l-għollieq.

Il-kumpless fih bosta opri tal-arti insostitwibbli: mużajk, l-aqwa kollezzjoni ta' ikoni bikrin fid-dinja, kif ukoll oġġetti lituriġiċi, kalċjijiet u relikwi, u binjiet tal-knisja. Il-kollezzjoni kbira ta' ikoni tibda b'uħud uniċi li jmorru lura x'aktarx għas-sekli 5 u 6; il-monasteru qatt ma ġie affettwat mill-ikonoklażma Biżantina u r-rikkezzi tiegħu qatt ma nsterqu. L-eqdem ikona fuq tema tat-Testment il-Qadim hija ppreservata fil-monasteru wkoll. Proġett biex il-kollezzjoni tiġi kkatalogata ilha għaddejja mis-snin 60 tas-seklu 20. Il-monasteru kien ċentru importanti għall-iżvilupp tal-istil ibridu tal-arti tal-Kruċjati, u għad għandu iktar minn 120 ikona maħluqa b'dak l-istil, bil-bosta l-ikbar kollezzjoni eżistenti fid-dinja. Evidentement bosta nħolqu mil-Latini, x'aktarx patrijiet, ibbażati fil-monasteru jew fil-qrib fis-seklu 13.[21]

Gallerija tal-ikoni

immodifika

Gallerija ta' ritratti storiċi

immodifika

Iktar qari

immodifika
  • Oriana Baddeley, Earleen Brunner (1996). The Monastery of St Catherine. 120 paġna b'79 ritratt bil-kulur. ISBN 978-0-9528063-0-1.
  • Böttrich, Christfried (2011). Der Jahrhundertfund. Entdeckung und Geschichte des Codex Sinaiticus. Leipzig: Evangelische Verlagsanstalt. ISBN 978-3-374-02586-2.
  • James Hamilton Charlesworth, The New Discoveries in St. Catherine’s Monastery, American Schools of Oriental Research Monograph, Winona Lake, Eisenbrauns, 1981. ISBN 0-89757-403-6.
  • Alessandro Falcetta (2018). A Biography of James Rendel Harris 1852 - 1941: The Daily Discoveries of a Bible Scholar and Manuscript Hunter. Londra: T&T Clark. ISBN 9780567684776.
  • Forsyth, G. H.; Weitzmann, K. (1973). The Monastery of Saint Catherine at Mount Sinai - The Church and Fortress of Justinian: Plates. Princeton: Princeton University Press. ISBN 0-472-33000-4.
  • Paul Géhin (2017). Les manuscrits syriaques de parchemin du Sinaï et leur membra disjecta. CSCO 665 / Subsidia 136. Louvain: Peeters. ISBN 978-90-429-3501-3.
  • Margaret Dunlop Gibson (1893). How the Codex was Found. A Narrative of Two Visits to Sinai from Mrs. Lewis’s Journals. 1892-1893. Cambridge: Macmillan & Bowes.
  • Dieter Harlfinger, Diether R. Reinsch, and Joseph A. M., Sonderkamp in Zusammenarbeit mit Giancarlo Prato: Specimina Sinaitica: Die datierten griechischen Handschriften des Katharinen-Klosters auf dem Berge Sinai 9. bis 12. Jahrhundert, Berlin: Reimer 1983. ISBN 3496007435.
  • Agnes Smith Lewis (1898). In the Shadow of Sinai. A Story travel and Research from 1895 to 1897. Cambridge: Macmillan & Bowes.
  • Panayotis G. Nicolopoulos (1999), The New Finds. Holy Monastery and Archdiocese of Sinai (Athens). ISBN 9608598427.
  • David C. Parker (2010). CODEX SINAITICUS: The Story of the World’s Oldest Bible. Londra. British Library. ISBN 9780712358033.
  • Porter, Stanley E. (2015). Constantine Tischendorf. The Life and Work of a 19th Century Bible Hunter. Londra: Bloomsbury T&T Clark. ISBN 978-0-5676-5803-6.
  • Schick, Alexander (2015). Tischendorf und die älteste Bibel der Welt - Die Entdeckung des CODEX SINAITICUS im Katharinenkloster. Muldenhammer: Jota. ISBN 978-3-935707-83-1.
  • Soskice, Janet (1991). Sisters of Sinai: How Two Lady Adventurers Found the Hidden Gospels. Londra: Vintage. ISBN 978-1-4000-3474-1.
  • Sotiriou, G. and M. (1956–1958). Icones du Mont Sinaï. 2 vol. (platti u testi). Collection de L'Institut francais d'Athènes 100 u 102. Ateni.
  • Elena Ene D-Vasilescu, The Monastery of St. Catherine, Sinai and the Romanians, Revue des Études Sud-Est Européennes, XLVII, 1–4, 2009, pp. 75–87.
  • Weitzmann, K. (1976). The Monastery of Saint Catherine at Mihnt Sinai: The Icons, Volume I: From the Sixth to the Tenth Century. Princeton: Princeton University Press.
  • Weitzmann, K.; Galavaris, G. (1991). The Monastery of Saint Catherine at Mount Sinai. The Illuminated Greek Manuscripts, Volume I. From the Ninth to the Twelfth Century. Princeton: Princeton University Press. ISBN 0-691-03602-0.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Evans, Helen C. (2004). Saint Catherine's Monastery, Sinai, Egypt: A Photographic Essay. Metropolitan Museum of Art. ISBN 978-1-58839-109-4.
  2. ^ "Saint Catherine's Monastery | Location, History, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  3. ^ Georgiou, Aristos (2017-12-20). "These spectacular ancient texts were lost for centuries, and now they can be viewed online". International Business Times UK (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  4. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Saint Catherine Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  5. ^ a b "Visit Saint Catherine Monastery, Egypt". visitafrica.site (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-27. Miġbur 2022-09-27.
  6. ^ Din, Mursi Saad El et al.. Sinai: The Site & The History: Essays. New York: New York University Press, 1998. 80. ISBN 0814722032.
  7. ^ Jules Leroy; Peter Collin (2004). Monks and Monasteries of the Near East. Gorgias Press. pp. 93–94. ISBN 978-1-59333-276-1.
  8. ^ KeepCalmAndWander (2016-05-24). "St Catherine Monastery - The Oldest in the World" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-21. Miġbur 2022-09-27.
  9. ^ "Research Site | Sinai Palimpsests Project". sinai.library.ucla.edu. Miġbur 2022-09-27.
  10. ^ Sebastian P. Brock, Two Hitherto Unattested Passages of the Old Syriac Gospels in Palimpsests from St Catherie’s Monastery, Sinai, Δελτίο Βιβλικῶν Μελετῶν 31A, 2016, pp. 7–18.
  11. ^ "St. Catherine of Alexandria | Egyptian martyr | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  12. ^ Clugnet 1908.
  13. ^ Morton 1841, p. 133.
  14. ^ "Home". www.sinaimonastery.com. Miġbur 2022-09-27.
  15. ^ John Wilkinson (2015), Egeria’s travels (Oxford: Oxbow Books). ISBN 978-0-85668-710-5.
  16. ^ "The Pilgrimage of Egeria". www.ccel.org. Miġbur 2022-09-27.
  17. ^ Schrope, Mark (2012-09-06). "In the Sinai, a global team is revolutionizing the preservation of ancient manuscripts" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  18. ^ "IS THE BURNING BUSH STILL BURNING?". Friends of Mount Sinai Monastery (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  19. ^ "Il-monasteru". st-katherine.net.
  20. ^ "Deadly attack near Egypt's old monastery" (bl-Ingliż). 2017-04-19. Miġbur 2022-09-27.
  21. ^ Kurt Weitzmann, The Icon, Evans Brothers Ltd, Londra (1982), pp. 201–07 (traduzzjoni ta' Le Icone, Mondadori 1981), ISBN 0-237-45645-1.