Mario De Marco
Mario de Marco (twieled fit-18 ta' Ottubru 1965) huwa politiku u avukat Malti li attwalment iservi bħala Membru Parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista. Hu hu t-tifel tal-eks-President u eks-Viċi-Prim Ministru Guido de Marco, u hu serva wkoll f'bosta rwoli fosthom bħala Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament.
Mario De Marco | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 Mejju 2004 - 19 Lulju 2004 District: Malta
District: District 1 (en) Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
| |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Malta, 18 Ottubru 1965 (59 sena) | ||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||
Familja | |||||||
Missier | Guido de Marco | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Alma mater |
Università ta' Malta Kulleġġ ta' San Alwiġi Trinity Hall (en) | ||||||
Lingwi |
Malti Ingliż | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat | ||||||
Post tax-xogħol |
Strasburgu Brussell Valletta |
Liġi
immodifikaDe Marco studja fil-Kulleġġ San Alwiġi u ggradwa fil-liġi mill-Università ta' Malta fl-1998. Hu kompla l-istudji tiegħu meta għamel Masters fil-liġi kummerċjali fl-Università ta' Cambridge fejn kien ġie nominat bħala Commonwealth Scholar for Academic Achievement. Minbarra dan huwa speċjalizza fl-istudji dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Huwa wkoll lettur tal-liġi kummerċjali fl-Università ta' Malta, b'enfasi speċjali fuq il-liġi internazzjonali tan-negozju.[1]
Mario de Marco ħadem bħala konsulent legali b'mod partikolari fuq liġi li tikkonċerna il-kummerċ internazzjonali.
Politika
immodifikaHuwa daħal fil-politika bħala President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Ħamrun u kien rappreżentant tal-ewwel distrett fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Ikkontesta l-elezzjoni għall-ewwel darba b'suċċess fl-2003, u kien elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet tal-2008 u l-2013.
Bħala deputat Nazzjonalista, fl-ewwel leġislatura tiegħu fil-Parlament kien appuntant bħala viċi-ċermen tal-Kumitat Parlamentari tax-Xogħol tal-Kamra u serva wkoll fuq il-Kumitat parlamentari tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.
Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008, Lawrence Gonzi ħatar lil Mario de Marco Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u fl-2012 de Marco sar Ministru responsabbli mit-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent.
Viċi Kap tal-Partit
immodifikaWara l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2013, huwa sar il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, l-Investiment u n-Negożji ż-Żgħar. Nhar it-8 ta' Mejju huwa kkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista iżda ma kienx elett għalkemm kien it-tieni l-aktar li ġab voti mill-kunsilliera tal-Partit bi 38.5% wara Simon Busuttil li ġab 50.3%.
Nhar il-25 ta' Mejju huwa kien ikkonfermat Viċi-Kap tal-Affarijiet tal-Parlament. Hu ma kienx ikkontestat u kiseb 96% tal-voti tal-kunsilliera (840). Nhar il-5 ta' Ġunju 2017, Simon Busuttil ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' Mario De Marco u Beppe Fenech Adami li rriżenjaw minn Viċi-Kapijiet.
Ħajja personali
immodifikaMario de Marco hu miżżewweġ lil Sharon u flimkien għandhom żewġ subien, Andrea De Marco u Luca De Marco.
Referenzi
immodifika- ^ "Dr Mario De Marco" (bl-Ingliż). L-Università ta' Malta.
Ħoloq esterni
immodifika- Mario de Marco fuq is-sit tal-Parlament Malti