Beppe Fenech Adami

Beppe Fenech Adami (Ħ'Attard, 5 ta' Awwissu 1968) huwa l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Beppe Fenech Adami
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: District 8 (en) Translate
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ħajja
Twelid 5 Awwissu 1968 (56 sena)
Nazzjonalità Malta
Familja
Missier Eddie Fenech Adami
Omm Mary Fenech Adami
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Bin Eddie Fenech Adami u Mary mwielda Sciberras, huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwiġi Birkirkara u wara fl-Università ta’ Malta minn fejn ggradwa bħala avukat fl-1993.

Politika

immodifika

Bħala iben l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, sa minn età zghira huwa kien attiv fil-politika lokali fi hdan il-Partit Nazzjonalista. Kien membru fil-kumitat Lokali ta' Birkirkara tal-Moviment Zghazagh tal-Partit Nazzjonalista (MZPN), imbaghad bhala membru tal kumitat sezzjonali fl-istess lokalita. Huwa min hemm ghadda biex serva bhala membru attiv fi hdan l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-MZPN, sussegwentament huwa kkontesta b’success l-elezzjoni ghal membru tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, fejn ghal diversi elezzjonijiet giet elett.

Il-Partit Nazzjonalista afda l-organizzazzjoni ta' diversi elezzjonijiet generali f’idejh bhala kap tal-Ufficcju ELCOM fi hdan il-PN. Serva ghal diversi snin bhala delegat tal-Partit Nazzjonalista mal-Kummissjoni Elettorali, u kellu sehem importanti fl-organizzazzjoni tal-Elezzjonijiet Generali ta' bejn l-1992 u l-2013.

Membru Parlamentari

immodifika

Fl-Elezzjoni Generali tal-2008, Beppe Fenech Adami ikkontesta l-ewwel elezzjoni generali bhala kandidat mal-Partit Nazzjonalista fuq it-tmien distrett u kien elett. Kien membru tal-Kumitat tal-Parlament Malti għall-Affarjiet Barranin u Ewropej. Irrapprezenta lill-Parlament Malti fil-Kunsill tal-Ewropa bħala parti mid-delegazzjoni Maltija. Fil-Kunsill tal Ewropa kien membru fil-Kumitat dwar materji legali u Drittijiet tal-Bniedem. Iktar tard inħatar mill-Priministru Lawrence Gonzi bhala Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u Ġustizzja.

Viċi Kap tal-Partit

immodifika

Xahrejn u nofs wara l-Elezzjoni Ġenerali 2013, li fiha l-Partit Nazzjonalista ġarrab waħda mill-akbar telfiet elettorali tiegħu dik ta 36,000 vot, Beppe Fenech Adami li reġa' ġie elett mit-tmien distrett, kien elett Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit nhar il-25 ta' Mejju 2013. Huwa kiseb 76 fil-mija tal-kunsillieri tal-Partit li vvutaw(668), filwaqt li Claudette Buttigieg kisbet 211 vot. Mario De Marco kien ikkonfermat Viċi Kap tal-Affarijiet tal-Parlament.

Disfatta kbira elettorali u Riżenja mil- Kap tal-partit ul Viċi Kapijiet tal-Partit

immodifika

Nhar is-Sibt, 3 ta' Ġunju 2017, il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali għat-tieni darba konsekuttiva b'55% tal-voti, 35,280 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 44% tal-voti.

Nhar it-Tnejn, 5 ta' Ġunju 2017, il-Kap Simon Busuttil ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' Mario De Marco u Beppe Fenech Adami li rriżenjaw minn Viċi-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Ħajja Personali

immodifika

Huwa miżżewweġ lil Ann imwielda Attard u għandu tlett itfal: Edward Fenech Adami, Thomas Fenech Adami u Robert Fenech Adami.

Nhar it-22 t' Lulju 2014 tħabbar li Beppe Fenech Adami kien jinsab imsiefer l-Ingilterra fejn kien qed jingħata kura medika urġenti. Ħamest ijiem wara, f'żewġ intervisti li ta lill-ġurnali, huwa stess stqarr li kellu kanċer fi spalltu.

Predeċessur
Simon Busuttil
Viċi Kap ta-Partit Nazzjonalista
2013–

Suċċessur
kariga attwali