Malta fil-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar
Malta ilha tieħu sehem fil-Festival tal-Eurovision tat-Tfal sa mill-ewwel edizzjoni tal-2003. Minn dakinhar, Malta baqgħet tibgħat ir-rapreżentanti tagħha mingħajr l-ebda waqfien.
Ir-rapreżentant Malti jingħażel kull sena permezz tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurosong tat-Tfal, organiżat mill-PBS.
L-aqwa post li kisbet Malta f'din il-kompetizzjoni kien fl-2008, meta Daniel Testa ġie fir-raba' post, filwaqt li l-agħar pożizzjoni waslet fl-2005 meta Thea & Friends spiċċaw fl-aħħar post.
Kontestanti
immodifikaSena | Kantant/i | Isem tal-Kanzunetta | Post fil-Klassifika | Punti |
---|---|---|---|---|
2003 | Sarah Harrison | "Like a Star" | 7 | 56 |
2004 | Young Talent Team | "Power of a Song" | 12 | 14 |
2005 | Thea & Friends | "Make It Right" | 16 | 18 |
2006 | Sophie Debattista | "Extra Cute" | 11 | 48 |
2007 | Cute | "Music" | 12 | 37 |
2008 | Daniel Testa | "Junior Swing" | 4 | 100 |
2009 | Francesca u Mikaela | "Double Trouble" | 8 | 55 |
Votazzjonijiet
immodifikaMalta tat l-aktar numru ta' punti lil:
Post | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Belarus | 49 |
2 | Olanda | 30 |
3 | Belġju | 28 |
= | Ġeorġja | 28 |
4 | Russja | 26 |
= | Spanja | 24 |
Malta irċeviet l-aktar numru ta' punti minn:
Post | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Olanda | 25 |
2 | Maċedonja | 22 |
3 | Belġju | 19 |
= | Danimarka | 19 |
5 | Rumanija | 18 |
Gallerija
immodifika-
Gaia Cauchi fi Kiev (2013)
-
Destiny Chukunyere f'Sofija (2015)
-
Christina Magrin fil-Belt Valletta (2016)
-
Ela Mangion f'Minsk (2018)