Destiny Chukunyere

kantanta Maltija

Destiny Chukunyere M.Q.R. (imwielda Birkirkara fid-29 ta' Awwissu 2002) hija kantanta Maltija. Hija rebħet il-Junior Eurovision Song Contest 2015, fejn irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta “Not My Soul”.

Destiny Chukunyere
Ħajja
Twelid Birkirkara, 29 Awwissu 2002 (22 sena)
Nazzjonalità Malta
L-ewwel lingwa Malti
Familja
Missier Ndubisi Chukunyere
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Premjijiet
Moviment artistiku mużika pop
Strument/i tal-mużika vuċi

Fl-2017, ipparteċipat fil-ħdax-il serje ta' Britain's Got Talent u spiċċat fis-6 post fit-tieni semi-finali u b’hekk ġiet eliminata. Hija rebħet it-tieni staġun tal-verżjoni Maltija ta’ The X Factor u ntgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2020 f'Rotterdam bil-kanzunetta “All of My Love” madankollu l-konkors ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Minflok, Destiny irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2021, din id-darba bil-kanzunetta “Je me casse”, fejn spiċċat fis-7 post b’255 punt.

Ħajja bikrija

immodifika

Chukunyere twieled fid-29 ta' Awwissu 2002. Tgħix Birkirkara u attendiet skola sekondarja fil-Ħamrun.[1] Missierha huwa Niġerjan (Igbo[2]) eks futboler Ndubisi Chukunyere, filwaqt li ommha hija Maltija.[3] Hija għandha żewġ aħwa iżgħar; oħtha jisimha Melody u ħuha jismu Isaija.[4]

Stil mużikali u influwenzi

immodifika

Chukunyere semmiet lil Aretha Franklin, Beyoncé u Lizzo bħala l-akbar idoli u ispirazzjonijiet tagħha.

Diskografija

immodifika
Titolu Sena L-ogħla pożizzjonijiet taċ-ċart Album
MAL[5] BEL (FL) [6] IRE[7] NLD[8] SWE[9] SWI[10] UK Down.[11]
"All of My Love" (ma' B-Ok) 2020 Non-album singles
"Je me casse" 2021 1 48 79[12] 36 31 83 41
"—" tindika oġġetti li ma ġewx rilaxxati f'dak il-pajjiż jew li naqsu milli jitfasslu.

Singles promozzjonali

immodifika
Titlu Sena Album
"Festa t'Ilwien" 2014 Non-album singles
"Ħaddnu" 2016
"Ħajja Mgħaġġla (Ladidadi)"

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Who is Destiny Chukunyere?". TVM. Arkivjat minn l-oriġinal fl-4 March 2016.
  2. ^ "Nigerian Igbo tribe presents Destiny with recognition award". Oikotimes. 2 January 2016. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 March 2016.
  3. ^ Cremona, George (12 July 2015). ""Xħin rebħet binti, aġixxejt qisni rbaħt logħba futbol" – Ndubisi Chuckunyere" (bil-Malti). Newsbook. Arkivjat minn l-oriġinal fl-4 March 2016.
  4. ^ Zammit, Mark Lawrence (19 October 2016). "RITRATT: L-ewwel ritratt ta' Melody, oħt Destiny Chukunyere" (bil-Malti). Xarabank. Arkivjat minn l-oriġinal fl-18 November 2016.
  5. ^ "Malta - Radio Airplay Chart (13/05/2021 - 20/05/2021)". Radiomonitor. Miġbur 16 April 2021.
  6. ^ "Discografie Destiny" (bl-Olandiż). Ultratop. Miġbur 31 May 2021.
  7. ^ "Discography Destiny". irish-charts.com. Miġbur 29 May 2021.
  8. ^ "Discografie Destiny". dutchcharts.nl. Miġbur 29 May 2021.
  9. ^ "Veckolista Singlar, vecka 21". Sverigetopplistan. Miġbur 28 May 2021.
  10. ^ "Discographie Destiny". hitparade.ch (bil-Ġermaniż). Miġbur 31 May 2021.
  11. ^ "Official Singles Downloads Chart: 28 May 2021 – 3 June 2021". Official Charts Company. Miġbur 29 May 2021.
  12. ^ "IRMA – Irish Charts". Irish Recorded Music Association. Miġbur 29 May 2021.
Predeċessur
Michela Pace
Malta fil-Festival tal-Eurovision
(2020) + 2021

Suċċessur
Emma Muscat