Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Etjopja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Etjopja kienet minn tal-ewwel li rratifikat il-Konvenzjoni fis-6 ta' Lulju 1977, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Etjopja kienu l-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela u l-Park Nazzjonali ta' Simien fl-1978. L-iżjed siti li żdiedu reċentement mill-Etjopja huma l-Park Nazzjonali tal-Muntanji ta' Bale u l-Pajsaġġ Kulturali ta' Gedeo, fl-2023, u Melka Kunture u Balchit: Siti Arkeoloġiċi u Paleontoloġiċi fl-Artijiet Għoljin tal-Etjopja. L-Etjopja b'kollox għandha tnax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, għaxra kulturali u tnejn naturali.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Aksum | Reġjun ta' Tigray | kulturali: (i), (iv) | — | 1980 | Il-fdalijiet tal-belt ta' Aksum, li jmorru lura għas-seklu 13, jimmarkaw il-qalba tal-Etjopja tal-qedem u dak li kien "l-iżjed stat setgħan bejn l-Imperu Ruman tal-Lvant u l-Persja". Fost il-fdalijiet hemm obeliski monolitiċi, steli ġganteski, oqbra rjali u fdalijiet ta' kastelli tal-qedem.[5] | |
Fasil Ghebbi, ir-Reġjun ta' Gondar | Reġjun ta' Amhara | kulturali: (ii), (iii) | — | 1979 | Il-fortizza kienet ir-residenza tal-imperaturi Etjopjani matul is-sekli 16 u 17. Il-fdalijiet tal-belt, b'binjiet b'influwenzi Induisti u Għarab, iktar 'il quddiem ġew immudellati mill-ġdid bi stil arkitettoniku Barokk mill-missjunarji Ġiżwiti.[6] | |
Harar Jugol, ir-Raħal Storiku Ffortifikat | Reġjun ta' Harari | kulturali: (iv), (v) | 48 (120) | 2006 | Il-belt tinsab fuq promontorju u hija mdawra bi fniedaq u bis-savanna. Fiha 82 moskea, 102 santwarju, u disinn uniku fuq ġewwa tad-djar. Jingħad li Harar hija r-raba' l-eqdes belt tal-Iżlam.[7] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Konso | Reġjun tan-Nazzjonijiet tan-Nofsinhar | kulturali: (iii), (v) | 14,000 (35,000) | 2011 | Is-sit fih 55 kilometru (34 mil) ta' raba' mtarraġ bil-ħitan tas-sejjieħ u insedjamenti ffortifikati fl-artijiet għoljin ta' Konso fl-Etjopja.[8] | |
Wied t'Isfel tal-Awash | Reġjun ta' Afar | kulturali: (ii), (iii), (iv) | — | 1980 | Il-fdalijiet Paleontoloġiċi li nstabu ta' mill-inqas erba' miljun sena ilu, bħal dawk ta' Lucy, huma evidenza tal-evoluzzjoni umana.[9] | |
Wied t'Isfel tal-Omo | Reġjun tan-Nazzjonijiet tan-Nofsinhar | kulturali: (iii), (iv) | — | 1980 | Fis-sit preistoriku qrib il-Lag ta' Turkana nstabu bosta fossili, fost l-oħrajn tal-Homo gracilis.[10] | |
Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela | Reġjun ta' Amhara | — | 18; 1978; i, ii, iii | Is-sit jinkludi tnax-il knisja Medjevali mħaffra fil-blat tas-seklu 13.[11] | ||
Park Nazzjonali ta' Simien | Reġjun ta' Amhara | naturali: (vii), (x) | 22,000 (54,000) | 1978 | Il-promontorju Etjopjan imnawwar fih qċaċet muntanjużi ppuntati, widien fondi u rdumijiet weqfin li jibqgħu neżlin sa madwar 1,500 metru (4,900 pied). It-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-mogħża tal-barr ta' Walia, tal-għażżiela żgħar, u taċ-ċingjali Afrikani, kif ukoll iż-żieda tal-popolazzjoni umana fil-park wasslu biex il-Kumitat tal-Wirt Dinji jniżżel is-sit fil-lista tas-siti fil-periklu fl-1996.[12] | |
Tiya | Reġjun tan-Nazzjonijiet tan-Nofsinhar | kulturali: (i), (iv) | — | 1980 | Is-sit arkeoloġiku jinkludi 36 monument, fosthom 32 stela mnaqqxa mimlijin simboli li diffiċli biex jiġu dekodifikati.[13] | |
Park Nazzjonali tal-Muntanji ta' Bale | — | naturali: (vii), (x) | — | 2023 | [14] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Gedeo | — | kulturali: (iii), (v) | — | 2023 | [15] | |
Melka Kunture u Balchit: Siti Arkeoloġiċi u Paleontoloġiċi fl-Artijiet Għoljin tal-Etjopja | — | kulturali: (iii), (iv), (v) | — | 2024 | [16] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ethiopia - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Aksum". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fasil Ghebbi, Gondar Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Harar Jugol, the Fortified Historic Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Konso Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lower Valley of the Awash". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lower Valley of the Omo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock-Hewn Churches, Lalibela". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Simien National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tiya". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bale Mountains National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Gedeo Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ "Melka Kunture and Balchit: Archaeological and Palaeontological Sites in the Highland Area of Ethiopia". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.