Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Bożnija-Ħerzegovina
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Bożnija-Ħerzegovina wirtet l-adeżjoni tal-Eks Jugoslavja għall-Konvenzjoni fit-12 ta' Lulju 1993 bħala wieħed mill-istati suċċessuri.[3]
Mill-2021, il-Bożnija-Ħerzegovina għandha ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit, il-Pont Antik ta' Mostar, tniżżel fil-lista fid-29 Sessjoni tal-UNESCO fl-2005. Il-Pont ta' Mehmed Paša Sokolović f'Višegrad tniżżel fil-lista fl-2007. Fl-2016 tniżżlu ċ-Ċimiterji bl-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci bħala sit transnazzjonali kondiviż mal-Kroazja, mas-Serbja u mal-Montenegro. Mit-28 komponent tas-sit tal-iStećci, 20 komponent jinsabu fil-Bożnija-Ħerzegovina, u l-iktar wieħed prominenti huwa dak f'Radimlja. Imbagħad tniżżlet fil-lista l-foresta ta' Janj fl-2021, bħala estensjoni tas-sit Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa, li huwa sit transnazzjonali kondiviż bejn 18-il pajjiż Ewropew. Il-foresta ta' Janj flimkien mal-Għar ta' Vjetrenica f'Ravno huma siti naturali, filwaqt li t-tliet siti l-oħra huma siti kulturali.[3]
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post (muniċipalità) | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Pont Antik ta' Mostar | Mostar | 2005 | vi
(kulturali) |
Dan is-sit jinkludi l-Pont Antik ta' Mostar u ż-żona tal-madwar. Il-pont Ottoman, li jaqsam ix-xmara Neretva, ġie kkummissjonat minn Suleiman il-Manjifiku u tlesta fl-1566/1567. Fl-1993, matul il-Gwerra tal-Bożnija, ġie mmirat u meqrud apposta mill-Kunsill tad-Difiża Kroat. Wara l-gwerra, il-pont ġie rikostruwit b'metodi tal-kostruzzjoni tradizzjonali u b'materjali lokali, u reġa' nfetaħ fl-2004.[5] | |
Pont ta' Mehmed Paša Sokolović | Višegrad | 2007 | ii, iv
(kulturali) |
Il-Pont ta' Mehmed Paša Sokolović, li jaqsam ix-xmara Drina, tlesta fl-1577 mill-arkitett tal-qorti Ottomana Mimar Sinan skont l-ordnijiet tal-Gran Viżier Mehmed Paša Sokolović. Il-pont huwa twil 179.5 metru (589 pied) u fih 11-il ħnejja. Il-pont għandu wkoll tifsira simbolika bħala post ta' għajxien paċifiku bejn il-Kristjaneżmu u l-Iżlam.[6] | |
Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci* | 20 sit | 2016 | iii, vi
(kulturali) |
L-iStećci (singular: stećak) huma l-oqbra monolitiċi Medjevali li jinsabu fil-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll f'partijiet tal-Kroazja, tas-Serbja u tal-Montenegro. Tfaċċaw għall-ewwel darba fis-seklu 12 u laħqu l-qofol tagħhom fis-sekli 14 u 15. Hemm 20 sit fil-Bożnija-Ħerzegovina, l-iktar fix-Xlokk tal-pajjiż. L-ikbar raggruppament jinsab f'Radimlja, fil-muniċipalità ta' Stolac.[7] | |
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* | Šipovo | 2021 | ix (naturali) | Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Il-foresta ta' Janj fil-Bożnija-Ħerzegovina tniżżlet fl-2021.[8] | |
Għar ta' Vjetrenica, Ravno | Ravno | 2024 | x (naturali) | Vjetrenica (li tfisser "l-għar tar-riħ") huwa l-ikbar għar fil-Bożnija-Ħerzegovina. Matul l-iktar partijiet sħan tas-sena, l-arja kiesħa tonfoħ mid-daħla tiegħu. L-għar huwa post importanti għall-bijodiversità u fih instabu l-fossili ta' karnivori preistoriċi.[9] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Bosnia and Herzegovina - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2017-08-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-08-03. Miġbur 2022-04-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Bridge Area of the Old City of Mostar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-23.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mehmed Paša Sokolović Bridge in Višegrad". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-23.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Stećci Medieval Tombstone Graveyards". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-23.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-23.
- ^ "Vjetrenica Cave, Ravno". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.