Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Kuba
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Kuba rratifikat il-Konvenzjoni fl-24 ta' Marzu 1981, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox Kuba għandha disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, seba' kulturali u tnejn naturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minn Kuba żdiedu fl-1982: iċ-Ċentru Storiku ta' Havana u l-Fortifikazzjonijiet tal-Belt. L-iżjed sit li żdied reċentement minn Kuba huwa ċ-Ċentru Storiku ta' Camagüey, fl-2008.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Ċentru Storiku ta' Havana u l-Fortifikazzjonijiet tal-Belt | La Habana | kulturali: (iv), (v) | — | 1982 | Havana ġiet stabbilita fl-1519 mill-kolonjalisti Spanjoli, u żviluppat f'wieħed miċ-ċentri primarji tal-bini tal-bastimenti fil-Karibew sas-seklu 17. Iċ-ċentru storiku nbena bi stil Barokk u Neo-Klassiku. Fost l-attrazzjonijiet storiċi tal-belt hemm La Cabaña, il-Katidral ta' Havana u t-Teatru l-Kbir ta' Havana.[5] | |
Trinidad u l-Wied tal-Inġenji | Sancti Spíritus | kulturali: (iv), (v) | — | 1988 | Il-belt ta' Trinidad ġiet stabbilita fil-bidu tas-seklu 16. Fl-1518, Hernán Cortés beda l-ispedizzjoni tiegħu biex jaħkem il-Messiku mill-port ta' Trinidad. Il-belt kienet prosperuża matul il-perjodu kolonjali kollu, l-iktar bis-saħħa tas-suċċess tal-industrija lokali taz-zokkor. Il-Wied de los Ingenios fil-qrib kien l-oriġini tal-industrija Kubana taz-zokkor, li feġġet fis-seklu 18. F'dan il-wied hemm bosta impjanti tal-kannamiela, kif ukoll ranches tal-bhejjem u pjantaġġuni tat-tabakk.[6] | |
Kastell ta' San Pedro de la Roca, Santiago de Cuba | Santiago de Cuba | kulturali: (iv), (v) | — | 1997 | Il-forti l-kbir inbena biex jiddefendi l-port importanti ta' Santiago de Cuba. Id-disinn tal-fortifikazzjoni kien ibbażat fuq l-arkitettura Taljana u Rinaxximentali. Il-kumpless ta' mħażen tal-porvli, bastjuni u batteriji huwa wieħed mill-iżjed kompluti u l-iżjed ippreservati fost il-fortifikazzjonijiet tad-difiża Spanjoli-Amerikani.[7] | |
Park Nazzjonali ta' Desembarco del Granma | Granma | naturali: (vii), (viii) | — | 1999 | Il-park nazzjonali ngħata isem il-jott li ttrasporta lil Fidel Castro, Raúl Castro, Che Guevara u 79 membru ieħor tal-Moviment tas-26 ta' Lulju lejn Kuba biex jegħlbu lil Fulgencio Batista. Il-park għandu topografija karstika unika u jinkludi karatteristiċi bħal art imtarrġa, irdumijiet u kaskati.[8] | |
Wied ta' Viñales | Pinar del Río | kulturali: (iv) | — | 1999 | Il-villaġġ ta' Viñales ġie stabbilit fl-1875 wara t-tkabbir tal-kultivazzjoni tat-tabakk fil-wied tal-madwar. Il-Wied ta' Viñales għandu topografija karstika, arkitettura vernakolari, u metodi tradizzjonali ta' kultivazzjoni. Il-wied kien ukoll is-sit fejn seħħew diversi avvenimenti militari fil-Gwerra Kubana għall-Indipendenza u fir-Rivoluzzjoni Kubana.[9] | |
Pajsaġġ Arkeoloġiku tal-Ewwel Pjantaġġuni tal-Kafè fix-Xlokk ta' Kuba | Santiago de Cuba u Guantánamo | kulturali: (iii), (iv) | — | 2000 | Matul is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, il-Lvant ta' Kuba kien involut primarjament fil-kultivazzjoni tal-kafè. Il-fdalijiet tal-pjantaġġuni joħorġu fid-dieher it-tekniki li ntużaw fl-art imħarbta, kif ukoll l-importanza ekonomika u soċjali tas-sistema ta' pjantaġġuni f'Kuba u fil-Karibew.[10] | |
Park Nazzjonali ta' Alejandro de Humboldt | Holguín u Guantánamo | naturali: (ix), (x) | — | 2001 | Ix-xmajjar li joriġinaw fl-elevazzjonijiet għoljin huma fost l-ikbar tal-Karibew Insulari. Il-park fih firxa wiesgħa ta' formazzjonijiet ġeoloġiċi. Fih ukoll bosta speċijiet bijoloġiċi, inkluż 16-il speċi ta' pjanti endemiċi mit-28 li hemm f'Kuba, kif ukoll speċijiet ta' annimali bħas-solenodon Kuban fil-periklu ta' estinzjoni.[11] | |
Ċentru Storiku ta' Cienfuegos | Cienfuegos | kulturali: (ii), (v) | — | 2005 | Cienfuegos ġiet stabbilita fl-1819 bħala kolonja Spanjola, għalkemm l-ewwel abitanti tagħha kienu immigranti Franċiżi. Saret ċentru kummerċjali tal-kannamiela, tat-tabakk u tal-kafè bis-saħħa tal-pożizzjoni tagħha fil-Bajja ta' Cienfuegos. Minħabba l-istabbiliment tagħha fl-aħħar tal-perjodu kolonjali, l-arkitettura għandha influwenzi iktar moderni, fosthom ideat moderni tal-ippjanar urban.[12] | |
Ċentru Storiku ta' Camagüey | Camagüey | kulturali: (iv), (v) | — | 2008 | Camagüey hija fost l-ewwel seba' villaġġi stabbiliti mill-Ispanjoli f'Kuba, u ġiet insedjata għall-ewwel darba fl-1528. L-organizzazzjoni irregolari tal-belt tikkuntrasta mal-kostruzzjoni ordnata tipika tal-biċċa l-kbira tal-insedjamenti Spanjoli. Dan l-istil qisu ta' labirint kien influwenzat mill-ideat Medjevali Ewropej u mill-metodi tradizzjonali ta' kostruzzjoni tal-bennejja u l-ħaddiema immigranti bikrin.[13] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cuba - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Havana and its Fortification System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Trinidad and the Valley de los Ingenios". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "San Pedro de la Roca Castle, Santiago de Cuba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Desembarco del Granma National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Viñales Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Landscape of the First Coffee Plantations in the South-East of Cuba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Alejandro de Humboldt National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Urban Historic Centre of Cienfuegos". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Camagüey". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.