Leonardo Araújo
Leonardo Nascimento de Araújo (twieled fil-5 ta' Settembru 1969), magħruf aktar bħala Leonardo, huwa eks-plejer, kowċ u eżekuttiv tal-futbol Brażiljan. Attwalment, jinsab ikopri l-irwol ta' direttur sportiv ta' Paris Saint-Germain.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Leonardo Nascimento de Araújo | ||
Twelid | 5 ta' Settembru 1969 Niterói, Brażil | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Difensur xellugi / Midfilder offensiv | ||
Mixtliet | |||
1984–1987 | Flamengo | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1987–1990 | Flamengo | ||
1990–1991 | São Paulo | ||
1991–1993 | Valencia | ||
1993–1994 | São Paulo | ||
1994–1996 | Kashima Antlers | ||
1996–1997 | Paris Saint-Germain | ||
1997–2001 | Milan | ||
2001–2002 | São Paulo | ||
2002 | Flamengo | ||
2002–2003 | Milan | ||
Tim nazzjonali | |||
1990–2002 | Brażil | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2009–2010 | Milan | ||
2010–2011 | Inter | ||
2017 | Antalyaspor |
Bijografija
immodifikaLeonardo twieled u trabba f'Niterói, ġewwa l-Brażil. Hu għandu tliet itfal mal-ewwel mara tiegħu, u hu miżżewweġ lil Anna Billó, preżentatriċi fuq Sky Italia, li magħha għandu tifel.[1]
Karriera
immodifikaPlejer
immodifikaLeonardo beda l-karriera tiegħu mal-klabb Brażiljan ta' Flamengo fl-1987; fl-età ta' sbatax-il sena ngħata l-opportunità li jilagħab mal-eroj tiegħu Zico flimkien ma' Leandro, Bebeto u Renato Gaúcho, u kien ta sehmu fir-rebħ tal-ewwel kampjonat Brażiljan personali. Fl-1990, Leonardo iffirma ma São Paulo, u fl-1991, Leonardo, Raí, u talenti żgħażagħ oħra ffurmaw parti mill-iskwadra taħt il-gwida tal-leġġenda Brażiljana Telê Santana, imsejħa bħala esquadrão tricolor ("skwadra ta' tliet kuluri") li rebħu l-kampjonat Brażiljan.
Aktar tard dik is-sena, huwa ffirma mal-klabb Spanjol ta' Valencia. Wara żewġ staġuni, irritorna lejn il-Brażil għal perjodu qasir ma' São Paulo fl-1993, li matulu t-tim rebaħ diversi titli, inkluż il-Copa Libertadores u t-Tazza Interkontinentali.
Fl-1994, wara t-Tazza tad-Dinja, Leonardo iffirma mal-klabb Ġappuniż ta' Kashima Antlers fil-kampjonat ġdid iffurmat tal-J. League. Ma' Kashima reġa' ssieħeb mal-idolu tiegħu Zico, sakemm fl-1996, irritorna fl-Ewropa ma' Paris Saint-Germain (PSG).
F'dan il-punt fil-karriera tiegħu, Leonardo kien waqaf milli jilgħab bħala difensur xellugi u inbidel għal pożizzjonijiet iktar offensivi f'nofs il-grawnd u fl-attakk, fosthom bħala midfilder offensiv jew bħala t-tieni attakkant. Fis-sajf tal-1997, iffirma mat-tim Taljan ta' Milan, għas-somma ta' 8.5 miljun ewro mingħand PSG. Mal-Milan sar figura prominenti tat-tim kif ukoll mal-partitarji. Magħhom lagħab erba' staġuni sħaħ u skorja 22 gowl f'177 logħba, qabel ma rritorna lejn il-Brażil ma' São Paulo u Flamengo. Aktar tard, reġa' ngħaqad mal-Milan u spiċċa l-karriera tiegħu magħhom fl-2003.
Internazzjonali
immodifikaLeonardo għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fl-1990 mat-tim nazzjonali Brażiljan. Huwa kien magħżul bħala d-difensur xellugi tat-tim għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn ħa post iż-żagħżugħ Roberto Carlos. Leonardo lagħab tajjeb fl-ewwel logħbiet iżda mbagħad ġiet mogħti sospensjoni ta' erba' logħbiet minħabba li ta daqqa ta' minkeb lil midfilder Amerikan Tab Ramos. Is-sospensjoni ta' Leonardo ma ħallitux jipparteċipa għall-bqija tal-kompetizzjoni; din kienet it-tieni l-itwal sospensjoni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, wara t-tmien logħbiet li ngħata Mauro Tassotti wara li kiser imnieħer Luis Enrique fl-istess turnew.
Fl-1997, Leonardo ifforma parti essenzjali tat-tim li rebaħ il-Copa América u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Fit-tieni parteċipazzjoni tiegħu fit-Tazza tad-Dinja, fl-edizzjoni tal-1990, Leonardo lagħab is-seba' logħbiet u għen lill-Brażil jispiċċaw bħala finalisti telliefa. Hu temm il-karriera internazzjonali fl-2002 wara 60 logħba u tmien gowls.
Kowċ
immodifikaMilan
immodifikaKmieni fl-2008 inħatar direttur tekniku tal-klabb preċedenti tiegħu tal-Milan. Aktar tard fl-istess sena huwa kiseb iċ-ċittadinanza Taljana, wara tnax-il sena fl-Italja bħala resident.[2]
Wara t-tluq ta' Carlo Ancelotti minn mal-Milan biex issir kowċ ta' Chelsea fl-aħħar ta' Mejju tal-2009, Leonardo issemma kowċ ta' Milan[3][4] minkejja li kellu neqsin il-kwalifiki meħtieġa. Minkejja dan, huwa kien eżentat milli jeħtieġ il-liċenzja professjonali tal-UEFA, li hija mandatorja għall-kowċis tas-Serie A, minħabba li preċedentament kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer. Leonardo ma ħela l-ebda żmien u ddikjara li ried li t-tim jixtiequ li jilgħab futbol attraenti.[5]
Wara bidu kemmxejn fqir tal-istaġun, fosthom telfa ta' 4–0 kontra r-rivali tal-Inter, ir-riżultati bdew jirpiljaw grazzi għall-bidla fil-formazzjoni ta' 4–2–1–3. Din it-tattika, li kienet pjuttost mhux tas-soltu għall-futbol Taljan, iffokat fuq il-plejers kreattivi bħal Ronaldinho, Andrea Pirlo u Clarence Seedorf, u għenet lill-Milan biex itejbu r-riżultati kemm fis-Serie A u anke fil-UEFA Champions League, fosthom rebħiet notevoli ta' 3–2 kontra Real Madrid u 3–0 kontra Juventus, li din tal-aħħar poġġiet lill-Milan sitt punti wara l-Inter fit-tieni post tal-klassifika wara nofs staġun. Il-passaġġ għall-finali tal-UEFA Champions League twaqqaf bikri hekk kif il-Milan ġew eliminati fl-ewwel fażi eliminatorja minn Manchester United f'telfa aggregata ta' 2–7 (2–3, 0–4).
Fil-ġimgħat qabel it-tmiem tal-istaġun, kien hemm għajdut li Leonardo jista' jħalli lil Milan. F'April tal-2010, Leonardo ikkonferma d-diverġenzi mas-sid tal-klabb u l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.[6] Aktar tard ġie kkonfermat li Leonardo kien se jħalli lill-Milan wara l-aħħar logħba kontra Juventus.[7]
Inter
immodifikaFl-24 ta' Diċembru 2010, wara ġranet ta' spekulazzjoni, ġie kkonfermat li Leonardo se jieħu f'idejh il-kariga ta' kowċ ta' Inter, fejn ħa post Rafael Benítez, f'pass kemmxejn kontroversjali minħabba r-rivalità bejn Inter u Milan. Hu ffirma kuntra ta' tmintax-il xahar bi skadenza fit-30 ta' Ġunju 2012.[8] Leonardo beda tajjeb ħafna u kiseb 30 punt minn tnax-il logħba, b'medja ta' 2.5 punti għal kull logħba, rata aħjar minn dik tal-predeċessuri tiegħu Benítez u José Mourinho. Fis-6 ta' Marzu 2011, Leonardo kiser rekord fis-Serie A billi ġabar 33 punt fi tlettax-il logħba, fejn ir-rekord preċedenti kien dak ta' 32 punt mill-istess numru ta' logħbiet miksub minn Fabio Capello fl-istaġun 2004–05.
Fil-15 ta' Marzu 2011, Leonardo wassal lill-Inter għal rebħa memorabbli ta' 3–2 kontra Bayern Munich fl-Allianz Arena fl-aħħar sittax tal-UEFA Champions League wara li tilfu l-ewwel leg f'darhom. Fit-2 ta' April 2011, Inter tilfu 3–0 kontra r-rivali tal-Milan, u ġimagħtejn wara, reġgħu tilfu 2–0 kontra Parma li sa dak iż-żmien kienu qed jiġġieldu biex iżommu posthom fl-ogħla kampjonat. B'din it-telfa, l-aspirazzjonijiet għat-titlu ntemmu. Fid-29 ta' Mejju 2011, Internazionale għelbu lil Palermo 3–1 biex jagħtu l-ewwel u l-unika tazza lil Leonardo bħala kowċ ta' Inter, il-Coppa Italia. Huwa rriżenja minn ma' Inter fit-18 ta' Ġunju 2011.
Statistika tal-karriera
immodifikaKlabb
immodifikaStaġun | Klabb | Kampjonat | Kampjonat | Tazza | Kkontinentali | Oħrajn | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | |||
1987 | Flamengo | Série A | 18 | 0 | - | - | - | - | - | - | 18 | 0 |
1988 | 18 | 0 | - | - | - | - | ? | 0 | 18+? | 0 | ||
1989 | 16 | 0 | 8 | 0 | ? | 0 | - | - | 24+? | 0 | ||
1990 | São Paulo | Série A | 22 | 0 | 4 | 3 | - | - | - | - | 26 | 3 |
1991 | 22 | 1 | - | - | - | - | - | - | 22 | 1 | ||
1991–92 | Valencia | La Liga | 37 | 3 | ? | ? | - | - | - | - | 37+? | 3+? |
1992–93 | 34 | 3 | ? | ? | - | - | - | - | 34+? | 3+? | ||
1993 | São Paulo | Série A | 12 | 3 | - | - | ? | 2 | 2 | 0 | 14+? | 5 |
1994 | - | - | - | - | - | - | 1 | 1 | 1 | 1 | ||
1994 | Kashima Antlers | J. League | 9 | 7 | 1 | 0 | - | - | - | - | 10 | 7 |
1995 | 28 | 17 | 3 | 1 | - | - | - | - | 31 | 18 | ||
1996 | 12 | 6 | 10 | 5 | - | - | - | - | 22 | 11 | ||
1996–97 | Paris Saint-Germain | Diviżjoni 1 | 32 | 7 | 2 | 0 | 9 | 3 | - | - | 43 | 10 |
1997–98 | 2 | 0 | - | - | 1 | 0 | - | - | 3 | 0 | ||
1997–98 | Milan | Serie A | 27 | 3 | 5 | 1 | - | - | - | - | 32 | 4 |
1998–99 | 27 | 12 | 2 | 0 | - | - | - | - | 29 | 12 | ||
1999–00 | 20 | 4 | 1 | 1 | 5 | 1 | - | - | 26 | 6 | ||
2000–01 | 22 | 3 | 5 | 2 | 5 | 1 | - | - | 32 | 6 | ||
2001 | São Paulo | Série A | 13 | 0 | - | - | - | - | - | - | 13 | 0 |
2002 | Flamengo | Série A | 0 | 0 | - | - | - | - | - | - | 0 | 0 |
2002–03 | Milan | Serie A | 1 | 0 | 4 | 2 | - | - | - | - | 5 | 2 |
Total tal-karriera | 372 | 69 | 45+? | 15+? | 20+? | 7 | 2+? | 1 | 439+? | 92+? |
Internazzjonali[9]
immodifikaBrażil | ||
---|---|---|
Sena | Preż | Gowls |
1990 | 2 | 0 |
1991 | 3 | 0 |
1992 | 0 | 0 |
1993 | 2 | 0 |
1994 | 9 | 0 |
1995 | 7 | 2 |
1996 | 3 | 0 |
1997 | 17 | 4 |
1998 | 8 | 0 |
1999 | 2 | 1 |
2000 | 0 | 0 |
2001 | 2 | 0 |
Total | 55 | 7 |
Statistika maniġerjali
immodifikaTim | Minn | Sa | Kompetizzjoni | Rekord | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
G | R | D | T | Rebħ % | GF | GK | DG | ||||
Milan | 1 ta' Ġunju 2009 | 16 ta' Mejju 2010 | Serie A | 38 | 20 | 10 | 8 | 52.63 | 60 | 39 | +21 |
Coppa Italia | 2 | 1 | 0 | 1 | 50.00 | 2 | 2 | 0 | |||
Ewropa | 8 | 2 | 3 | 3 | 25.00 | 10 | 14 | –4 | |||
Total | 48 | 23 | 13 | 12 | 47.92 | 72 | 55 | +17 | |||
Internazionale | 29 Diċembru 2010 | 1 ta' Lulju 2011 | Serie A | 23 | 17 | 2 | 4 | 73.91 | 49 | 18 | +31 |
Coppa Italia | 5 | 3 | 2 | 0 | 60.00 | 8 | 4 | +4 | |||
Ewropa | 4 | 1 | 0 | 3 | 25.00 | 6 | 10 | –4 | |||
Total | 32 | 21 | 4 | 7 | 65.63 | 63 | 32 | +31 | |||
Totali tal-karriera | Kampjonat | 61 | 37 | 12 | 12 | 60.66 | 109 | 57 | +52 | ||
Tazza | 7 | 4 | 2 | 1 | 57.14 | 10 | 6 | +4 | |||
Ewropa | 12 | 3 | 3 | 6 | 25.00 | 16 | 24 | –8 | |||
Total | 80 | 44 | 17 | 19 | 55.00 | 135 | 87 | +48 |
Unuri
immodifikaPlejer
immodifika- Flamengo
- São Paulo
- Tazza Interkontinentali: 1993
- Recopa Sudamericana: 1993, 1994
- Supercopa Sudamericana: 1993
- Campeonato Paulista: 1991
- Kashima Antlers
- Milan
- Tim nazzjonali
Kowċ
immodifika- Inter
Referenzi
immodifika- ^ "Leonardo proposes to presenter girlfriend live on Italian television" (bl-Ingliż). Yahoo Sports. 2013-03-15. Miġbur 2013-03-15.
- ^ "Leonardo è cittadino italiano" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2008-12-17. Miġbur 2009-05-31.
- ^ "Ancelotti leaves job at AC Milan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-01.
- ^ "ARRIVEDERCI CARLETTO!" (bit-Taljan). AC Milan. 2009-06-02.
- ^ "Leonardo Wants Milan To Play Attacking Football" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-06-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-08-29. Miġbur 2013-08-03.
- ^ "Coach Leonardo unsure over his future with A.C. Milan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-04-30. Miġbur 2010-05-01.
- ^ "Leonardo Confirms He Will Leave Milan – OFFICIAL" (bl-Ingliż). Goal.com. 2010-05-14.
- ^ "Benvenuto!: Leonardo allenatore dell'Inter" (bit-Taljan). FC Internazionale Milano. 2010-12-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-27. Miġbur 2010-12-24.
- ^ Leonardo Araújo fuq National-Football-Teams.com