Jô
João Alves de Assis Silva (São Paulo, 20 ta' Marzu 1987), komunement imsejjaħ bħala Jô, huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab ma' Corinthians bħala attakkant.
Jô ma' CSKA Moscow fl-2008 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | João Alves de Assis Silva | ||
Twelid | 20 ta' Marzu 1987 São Paulo, Brażil | ||
Tul | 1.91m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Corinthians | ||
Numru | 77 | ||
Mixtliet | |||
2000–2003 | Corinthians | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2005 | Corinthians | ||
2005–2008 | CSKA Moscow | ||
2008–2011 | Manchester City | ||
2009 | → Everton (self) | ||
2009–2010 | → Everton (self) | ||
2010 | → Galatasaray (self) | ||
2011–2012 | Internacional | ||
2012–2015 | Atlético Mineiro | ||
2015–2016 | Al Shabab | ||
2016 | Jiangsu Suning | ||
2017 | Corinthians | ||
2018–2020 | Nagoya Grampus | ||
2020– | Corinthians | ||
Tim nazzjonali | |||
2008 | Brażil U23 | ||
2007–2014 | Brażil |
Huwa qabel lagħab għal Corinthians, CSKA Moscow, Manchester City, Everton, Galatasaray, Internacional u Atlético Mineiro.
Karriera
immodifikaCorinthians
immodifikaHuwa twieled f'São Paulo, Jô lagħab għall-ġenb Brażiljan Corinthians matul is-snin 2003–2005. Huwa għamel 54 apparenzi u skorja 23 gowls. Fl-2005 huwa ġie trasferit għall-klabb Russu CSKA Moscow.
CSKA Moscow
immodifikaJô skorja 14-il gowl fl-ewwel 18-il apparanza għal CSKA Moscow. Fil-UEFA Champions League, Jô skorja żewġ gowls fil-logħbiet kontra Inter Milan, darba ġo telfa drammatika 4–2 ġewwa San Siro. B'kollox Jô deher 77 logħba għal CSKA Moscow u skorja 44 gowl.
Manchester City
immodifikaFil-31 ta' Lulju 2008, Manchester City iffirmaw lil Jô għall-ammont mhux żvelat maħsub li jkun jiswa madwar £19-il miljun, it-trasferiment għamel rekord lill-klabb f'dak iż-żmien.[1] Huwa skorja gowl wieħed biss f'9 logħbiet li sar kontra Portsmouth[2] u wkoll skorja doppjeta fit-Tazza UEFA kontra Omonia Nicosia.[3] Jô sabha bi tqila biex jistabbilixxi ruħu fit-tim ta' City filwaqt li hu deher biss 6 logħbiet fil-bidu tal-istaġun 2008–09.
Jô ssieħeb ma Everton b'self fi Frar 2009, sal-aħħar tal-istaġun 2008–09.[4] Hu għamel id-debutt tiegħu ġewwa Goodison Park kontra Bolton Wanderers filwaqt li skorja doppjeta f'rebħa ta' 3–0.[5] Hu spiċċa l-istaġun b'ħames gowl minn tnax-il apparenza tal-kampjonat.
Huwa rritorna lejn Manchester City fl-aħħar tal-istaġun,[6][7] iżda reġa ssieħeb mill-ġdid ma' Everton b'self għall-istaġun 2009–10,[8] bl-għażla ta' pass permanenti fit-tmiem ta' dak il-perjodu.[9][10] L-ewwel gowl kompetittiv tiegħu wasal kontra AEK Athens f'logħba tal-gruppi tal-Europa League, fejn Everton rebħu 4–0.[11][12] Wara li mar lura l-Brażil mingħajr permess matul il-perjodu tal-Milied, il-kowċ ta' Everton David Moyes issospendih għall-ksur ta' kondotta.[13]
Wara l-ksur ta' kondotta ma' Everton, hu rritorna ma' Manchester City u kien imsellef ma' Galatasaray fl-istess ġurnata.[14] Huwa skorja tlett gowls matul il-perjodu ta' self ma' Galatasaray.
Huwa reġa' irritorna ma' Manchester City wara li l-perjodu ta' self ma' Galatasaray kien skada. Jô skorja gowl fil-logħba ta' ritorn kontra Portland Timbers u kien ukoll suċċessiv fil-logħob ta' ħbiberija tal-pre-staġun kontra New York Red Bulls, Borussia Dortmund u Valencia CF rispettivament. Imbagħad huwa reġa' skorja fl-Europa League f'rebħa kontra Red Bull Salzburg[15] u fil-League Cup fit-telfa ma' West Bromwich Albion,[16] dawn kienu ir-raba' u l-ħames gowls tiegħu għall-klabb.
Sport Club Internacional
immodifikaFl-20 ta' Lulju 2011, wara l-perjodu diżappuntanti ma' Manchester City, fejn skorja 6 gowls f'41 apparenzi, Jô ddeċieda li jirritorna lejn il-Brażil u ssieħeb ma' Sport Club Internacional biex jipprova jerġa jqajjem l-karriera tiegħu.
Atlético Mineiro
immodifikaF'Mejju 2012, Jô ffirma ma' klabb ieħor Brażiljan Atlético Mineiro, fejn hu ffurma sħubija tal-attakk ma' Ronaldinho. Hu rebaħ il-Campeonato Mineiro u għen lill-klabb jirbaħ l-ewwel titlu tal-Copa Libertadores fl-2013.[17]
Fl-4 ta' Novembru 2014, wara sensiela ta' atti ta' indixxiplina, Jô kien irrappurtat rilaxxat mill-uffiċjali tal-klabb.[18] Fl-10 ta' Jannar 2015, kien mill-ġdid fl-iskwadra flimkien ma Emerson Conceição u André, li kienu wkoll ġew sospiżi mill-kowċ Levir Culpi.[19] Fit-3 ta' Mejju 2015, wara aktar minn sena mingħajr gowl wieħed, Jô qam bħala sostitut fil-finali tal-Campeonato Mineiro 2015 kontra Caldense u skorja l-gowl tar-rebħa tal-logħba minn pożizzjoni ta' offside, biex b'hekk Atlético rebħu 2-1 u ġew inkurunati ċampjins tal-kompetizzjoni għat-43 darba.[20]
Al Shabab
immodifikaF'Lulju 2015, Jô ffirma ftehim mal-klabb Emirat Al Shabab.[21]
Internazzjonali
immodifikaJô rċieva l-ewwel għajta mat-Tim nazzjonali Brażiljan f'Mejju 2007 u kien fl-iskwadra biex jilagħab kontra l-Ingilterra, iżda ma lagħabx. F'Ġunju 2007, fl-eta' ta' 20, huwa għamel id-debutt internazzjonali tiegħu f'logħba ta' ħbiberija kontra t-Turkija.
Jô kien imsemmi fl-iskwadra Brażiljana għall-Logħob Olimpiku 2008 f'Bejġing. Huwa skorja gowl f'rebħa ta' 3–0 kontra Singapor, f'logħba ta' ħbiberija pre-Olimpika. Wara li kiseb numru żgħir ta' dehriet aktar sostituti fil-Logħob Olimpiku, hu mar biex jiskorja żewġ gowls fil-logħba tat-tielet post fejn il-Brażil rebħu bl-iskor ta' 3–0 kontra l-Belġju. Huwa ma ġiex inkluż fi kwalunkwe skwadri ulterjuri.
Fis-7 ta' Ġunju 2013, Jô kien imsejjaħ biex jissostitwixxa lil Leandro Damião għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013, li ġie rtirat mill-iskwadra oriġinali minħabba xi korriment.[22] Fil-logħba tal-ftuħ, hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu f'rebħa ta' 3–0 kontra l-Ġappun. Huwa mbagħad skorja t-tieni gowl tiegħu għall-Brażil kontra l-Messiku fid-19 ta' Ġunju, 2013, erbat ijiem wara li skorja l-ewwel gowl tiegħu. Fis-7 ta' Settembru 2013, hu skorja t-tielet u r-raba' gowls tiegħu għall-Brażil f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstralja.
Gowls internazzjonali
immodifika- Punteġġi u r-riżultati tal-Brażil qedgħin fil-lista xellugija.
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 15 ta' Ġunju 2013 | Estádio Nacional Mané Garrincha, Brażilja, Brażil | Ġappun | 3–0 | 3–0 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 |
2. | 19 ta' Ġunju 2013 | Castelão, Fortaleza, Brażil | Messiku | 2–0 | 2–0 | |
3. | 7 ta' Settembru 2013 | Estádio Nacional Mané Garrincha, Brażilja, Brażil | Awstralja | Logħba ta' ħbiberija | ||
4. | ||||||
5. | 10 ta' Settembru 2013 | Gillette Stadium, Foxborough, Stati Uniti | Portugall | Logħba ta' ħbiberija |
Statistika
immodifikaAġġornata fit-3 ta' Frar 2015
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Tazza tal-Kampjonat | Kontinentali | Kampjonat tal-Istat | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Corinthians | 2003 | 14 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 14 | 1 |
2004 | 42 | 8 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 42 | 8 | |
2005 | 25 | 8 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 25 | 8 | |
Total | 81 | 17 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 81 | 17 | |
CSKA Moscow | 2006 | 18 | 14 | 7 | 7 | 0 | 0 | 5 | 1 | - | - | 30 | 22 |
2007 | 27 | 13 | 4 | 1 | 0 | 0 | 7 | 4 | - | - | 38 | 18 | |
2008 | 8 | 3 | 2 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | - | - | 10 | 4 | |
Total | 53 | 30 | 13 | 9 | 0 | 0 | 12 | 5 | - | - | 78 | 44 | |
Manchester City | 2008–09 | 9 | 1 | 2 | 0 | 0 | 0 | 6 | 2 | - | - | 15 | 3 |
Total | 9 | 1 | 2 | 0 | 0 | 0 | 6 | 2 | - | - | 15 | 3 | |
Everton (self) | 2008–09 | 12 | 5 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | - | - | 12 | 5 |
2009–10 | 15 | 0 | 1 | 1 | 0 | 0 | 7 | 1 | - | - | 23 | 2 | |
Total | 27 | 5 | 1 | 1 | 0 | 0 | 7 | 1 | - | - | 35 | 7 | |
Galatasaray (self) | 2009–10 | 13 | 3 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | - | - | 15 | 3 |
Total | 13 | 3 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | - | - | 15 | 3 | |
Manchester City | 2010–11 | 12 | 0 | 5 | 0 | 1 | 1 | 5 | 2 | - | - | 23 | 3 |
Total | 12 | 0 | 5 | 0 | 1 | 1 | 5 | 2 | - | - | 23 | 3 | |
Internacional | 2011 | 16 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | - | - | 18 | 2 |
2012 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 | 13 | 3 | 18 | 3 | |
Total | 16 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 7 | 0 | 13 | 3 | 36 | 5 | |
Atlético Mineiro | 2012 | 29 | 10 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | - | - | 29 | 10 |
2013 | 21 | 6 | 2 | 0 | - | - | 16 | 7 | 13 | 6 | 52 | 19 | |
2014 | 16 | 0 | 2 | 0 | - | - | 8 | 4 | 9 | 4 | 33 | 8 | |
2015 | 2 | 1 | 0 | 0 | - | - | 3 | 0 | 2 | 1 | 7 | 2 | |
Total | 66 | 16 | 4 | 0 | 0 | 0 | 18 | 9 | 28 | 12 | 116 | 37 | |
Total tal-Kariera | 274 | 74 | 25 | 10 | 1 | 1 | 55 | 19 | 35 | 13 | 393 | 117 |
Unuri
immodifika- Corinthians
- CSKA Moscow
- Premier League Russu: 2006
- Tazza Russa: 2006, 2008
- Super Cup Russa: 2006, 2007
- Internacional
- Atlético Mineiro
- Brażil
Referenzi
immodifika- ^ "Man City complete record Jo deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-03. Miġbur 2009-02-01.
- ^ Whyatt, Chris (2008-09-21). "Man City 6–0 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport.
- ^ Bevan, Chris (2008-09-18). "Omonia Nicosia 1–2 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport.
- ^ "Man City misfit Jô joins Everton on loan" (bl-Ingliż). ESPN. 2009-02-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-24. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Everton 3–0 Bolton" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-02-07. Miġbur 2012-12-29.
- ^ "Costly Jô to return to Man City after Everton loan" (bl-Ingliż). Sports Illustrated. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-05. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Jô will rejoin Man City – Moyes" (bl-Ingliż). BBC News. 2009-05-23. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Manchester City Loan Jô Back To Everton For Next Season" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-07-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-06. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Everton likely to re-sign Jô on loan from Manchester City" (bl-Ingliż). UK: The Daily Telegraph. 2009-07-07. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Everton Agree Jô Loan Deal With Manchester City" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-07-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-09. Miġbur 2011-11-20.
- ^ Standley, James (2009-09-17). "Everton 4–0 AEK Athens" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Pienaar fires for Everton". Dispatch.co.za (bl-Ingliż). 2010-12-07. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Moyes suspends Jo over Brazil trip" (bl-Ingliż). The Irish Times. 2010-01-01. Miġbur 2011-11-20.
- ^ "Jô seals loan move to Galatasaray" (bl-Ingliż). BBC News. 2010-01-21. Miġbur 2010-05-06.
- ^ "Red Bull Salzburg 0 – 2 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-09-16.
- ^ "West Brom 2 – 1 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-09-22.
- ^ http://www.bbc.co.uk/sport/0/football/23489624
- ^ "Brazil striker Jô released by Atlético Mineiro for indiscipline" (bl-Ingliż). The Guardian. 2014-11-04.
- ^ "Levir reintegra Jô, André e Emerson Conceição ao elenco do Galo" (bil-Portugiż). Lance!. 2015-01-10.
- ^ "Jô marca, põe fim a jejum de mais de um ano e Atlético conquista 43º título mineiro" (bil-Portugiż). ESPN Brasil. 2015-05-03.
- ^ "Jô é apresentado no Al Shabab e revela sonho de voltar à Seleção" (bil-Portugiż). Globo Esporte. 2015-07-08.
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-04-20. Miġbur 2013-07-01.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Jô |
- Jô fuq Soccerbase