Jack Mizzi

plejer taċ-ċess Malti

Jack Mizzi huwa plejer taċ-ċess Malti. Twieled fis-17 ta' Mejju 2006 f'Malta u fl-2022 huwa ċ-Champion Nazzjonali tal-Juniors, iċ-Champion Nazzjonali tar-Rapid u ċ-Champion Nazzjonali tal-Blitz f'Malta[1]. Mizzi huwa l-iżgħar plejer taċ-ċess li rebaħ il-Preliminari[2] f'Malta meta kellu 13-il sena. Huwa kien imsejjaħ ċess "prodigy" mill-ġurnal online Malta Today fid-dokumentarju qasir tagħhom dwar Mizzi.[3] Mizzi ipparteċipa fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċess taż-Żgħażagħ fir-Rumanija 2022. Huwa l-iżgħar plejer Malti li ngħata t-titolu ta' Candidate Master.

Jack Mizzi
Ħajja
Twelid 17 Mejju 2006 (17 sena)
Nazzjonalità Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer taċ-ċess

Karriera taċ-ċess immodifika

Mizzi beda jitgħallem iċ-ċess fl-2016 fl-età ta' 10 snin. Id-debutt tiegħu f'kompetizzjonijiet tal-FIDE beda fil-Preliminari 2017[4] fejn kiseb il-klassifikazzjoni ELO inizjali ta' 1478.

Fl-2017, sar il-Malta U-14 Rapid Junior Champion b'5 rebħiet minn 5 logħbiet u prestazzjoni ELO ta' 2068. Aktar tard dik is-sena, huwa rrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ taċ-Ċess (EYCC), l-ewwel turnew internazzjonali tiegħu[5].

Fl-2018, sar il-Junior Champion tal-U14 għat-tieni darba. Huwa pparteċipa fil-Preliminari 2018[6], fejn spiċċa fit-tielet post u kkwalifika għall-ewwel darba għall-Kandidati 2018. Fis-Sajf 2018, Mizzi (ELO 1575) irrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew taċ-Ċess taż-Żgħażagħ fil-Latvja[7], b'rebħa kontra Davidov Lazar (ELO 1763) mis-Serbja.

 
Jack Mizzi fl-Esebizzjoni Simultanja ġewwa Birkirkara, 2018

F'Diċembru 2018, ta' 12-il sena, Mizzi ta wirja simultanja taċ-ċess fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li damet sagħtejn u nofs u li fiha lagħab kontra 13-il plejer u rebaħ il-logħob kollu . Huwa kklassifika fit-tieni post fit-tournament Blitz[8] wara l-wirja.

Rekord Nazzjonali ta' Malta immodifika

Fl-2019, Mizzi kiser rekord ta' Malta bħala l-iżgħar plejer li rebaħ il-Preliminari[2] bla telfa b'riżultat ta' 5.5/7. Dan ir-riżultat ikkwalifika lil Mizzi fil-Kandidati 2019 fejn spiċċa fil-15-il post.

F'Marzu 2019, Mizzi lagħab għall-ewwel darba f'kampjonat tat-timijiet fi Sqallija fis-CIS 2019 u temm il-kampjonat bla telfa b'4/5 punti.[9]

Fil-Kampjonati tal-Juniors 2019, Jack Mizzi spiċċa fl-ewwel post flimkien ma' Cosmin Alexa. Wara t-tie-breaks, Mizzi ingħata t-titlu ta' Junior Champion U-18[10].

 
Jack Mizzi jingħata t-trofew Tal Preliminari f'Diċembru 2019 minn Noel Grima

Mizzi ipparteċipa fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ taċ-Ċess 2019 fi Bratislava b'rebħa importanti kontra Heldenbergh Nils mill-Belġju. Jack spiċċa fis-sitt post fit-tournament tal-Blitz[11] li kien parti mill-avveniment.

Era tal-pandemija tal-COVID immodifika

F'Diċembru 2019 sal-bidu ta' Jannar 2020, Mizzi lagħab fl-ewwel turnew Open tiegħu barra minn xtutna fi Schwanberg, l-Awstrija fejn kiseb 4 draws[12]. Hu lagħab fl-avveniment Blitz u kiseb prestazzjoni ELO ta' 2074[13].

Mizzi ipparteċipa għall-aħħar darba fit-turnew taċ-ċess Interschool f'Marzu 2020 u rebħu b'7/7[14]. Wara dan it-turnew, il- Federazzjoni Maltija taċ-Ċess (MCF) kif ukoll l-Unjoni Ewropea taċ-Ċess (ECU) u l-Federazzjoni Dinjija taċ-Ċess (FIDE) temmew ħesrem l-organizzazzjoni tat-turnewijiet kollha fuq il-bord minħabba l-pandemija tal-Covid. Fl-2020, il-kampjonati tal-Juniors ta' Malta kif ukoll il-Kampjonati Ewropej taċ-Ċess taż-Żgħażagħ ma sarux minħabba l-pandemija.

Biex tittaffa s-sitwazzjoni l-FIDE, l-ECU u l-MCF organizzaw sensiela ta' turnewijiet fuq l-Internet. Mizzi rrappreżenta lil Malta f'Diviżjoni 4 tal-"FIDE Online Chess Olympiad 2020" li saru għall-ewwel darba fl-2020. Mizzi kiseb 6.5/9 u kien l-aqwa plejer Malti. Dan irriżulta biex Malta tikkwalifika għal Diviżjoni 3. Mizzi kiseb 4.5/9 iżda dan ma kienx biżżejjed biex Malta tikkwalifika għall-fażi li jmiss.

F'Lulju 2020, Malta illaxkat il-miżuri tal-Covid u l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċess organizzat it-turnew tal-Kandidati, li fih Mizzi kiseb il-ħames post[15]. Ftit wara, ċess fuq il-bord reġa' ġie pprojbit minħabba l-pandemija tal-COVID.

 
Final-Online-Blitz-Grand-Prix-Points
 
Final-Online-Rapid-Grand-Prix-Points

Minn Jannar sa Mejju 2021, Mizzi lagħab u rebaħ kemm il-Blitz kif ukoll ir-Rapid Grand Prix, li kienu jikkonsistu f'sensiela ta' turnewijiet online organizzati mill-MCF, bħala sostitut taċ-ċess fuq il-bord matul il-pandemija. Il-MCF faħħret lil Jack għall-kisbiet tiegħu. [16][17]

 
Jack jilgħab ma' GM Socko fit-turnew Blitz

Fis-Sajf tal-2021, xi Federazzjonijiet u organizzazzjonijiet taċ-ċess Ewropej, bdew jorganizzaw turnewijiet fuq il-bord. Fl-aħħar ta' Lulju 2021, Mizzi kien mistieden jilgħab fil-Polonja fit-turnew Kommemorattiv ta' Irene Warajomskiej. Minkejja riżultat ta' 5/9 b'telfa waħda, 2 rebħiet u 6 draws, l-ELO ta' Jack sofra tnaqqis ta' 55. Huwa pparteċipa wkoll fit-tournament tal-Blitz fejn iffaċċja lil GM Bartosz Soćko.

Mizzi kien mistieden jilgħab għal ASD Pedone Isolano, klabb taċ-ċess ibbażat fi Sqallija, fiċ-CIS2021. Jack kiseb tliet rebħiet, sofra telfa waħda, u fl-aħħar logħba kiseb draw[18] li kien meħtieġ għall-"promozione". Għaldaqstant it-tim ġie promoss mis-Serie C għas-Serie B.

Kampjonati immodifika

L-MCF organizza l-Kandidati 2021 f'dik li kienet imlaqqma verżjoni "redux" wara li kellha tiġi skedata mill-ġdid minħabba l-pandemija.[19] Mizzi spiċċa fit-tieni post fit-tournament, li tah post fl-aħħar stadju tal-Kampjonati.

Mizzi pparteċipa fil-Kampjonati Junior 2021[20] u rebaħ it-titlu ta' Champion Junior U18 mingħajr telfa. Lagħab ukoll fil-kampjonat Ewropew tal-Blitz tan-Nazzjonijiet Żgħar (ESNA) f'Malta u ġab draw kontra ċ-Champion Dinjija Anzjana tan-Nisa, WGM Berend Elvira[21].

Mizzi pparteċipa għall-ewwel darba u spiċċa fit-tielet post fl-aħħar fażi tal-kampjonati li saru minn Diċembru 2021 sa Jannar 2022[22][23].

F'Marzu 2022, ta' 16-il sena, Mizzi sar il-Junior Champion (U20) taċ-Ċess ta' Malta[24] b'6.5/7.

Aktar tard dik is-sena, huwa spiċċa fl-għaxar post fil-Kandidati 2022[25]. Huwa kiseb tliet rebħiet, draw, u tliet telfiet.

Ir-rebħa ta' Mizzi tal-Kampjonat tal-Juniors U-20 kisbitlu post fit-Tim Nazzjonali Malti taċ-Ċess. Għaldaqstant, f'Awwissu 2022, Jack ipparteċipa għall-ewwel darba[26] fl-44 Edizzjoni tal-Olimpjadi taċ-Ċess li saru f'Chennai, Indja fejn Mizzi kiseb 3 rebħiet u draw.

Mizzi lagħab fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċess taż-Żgħażagħ li sar f'Mamaia, ir-Rumanija matul Settembru 2022. Huwa kiseb 3 rebħiet, 2 draws u 6 telfiet.

 
Jack rebaħ lil IM Fred Berend fil-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar

F'Ottubru 2022, Mizzi rrappreżenta lil Malta fir-4 Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar li saru fil-Liechtenstein fejn spiċċa fil-ħames post, [27][28][29][30]u kiseb144 punt ELO. Huwa kiseb rebħiet kontra IM Berend Fred (ELO 2300) u FM Michaelides Konstantinos (ELO 2304).

Fl-aħħar t'Ottubru 2022 Mizzi ipparteċipa fil-Kampjonat Dinji tad-Dilettanti taċ-Ċess[31] li saru f'Malta u li kienu inawgurati mill-President tal-FIDE, Arkady Dvorkovich [32]. Mizzi spiċċa ir-4[33] fit-turnew Blitz li kien parti minn dawn il-kampjonati. Lagħab fil-kategorija U-2300 tal-avveniment ewlieni taċ-ċess klassiku fejn rebaħ tliet logħbiet,[34] inkluż rebħa kontra l-Amerikani Alex Cherniak (ELO 2246), u kiseb żewġ draws. Huwa sofra erba' telfiet, kollha kontra plejers ta' ELO ogħla.

Fil-bidu tal-Kampjonati Dinji tad-Dilettanti taċ-ċess 2022, il-klassifikazzjoni ELO ta' Mizzi kienet 1808. Wara dan it-tournament, l-ELO tiegħu żdied b'251 f'perjodu wieħed li rriżulta f' ELO ta' 2059[35].

F'Diċembru 2022, Jack sar iċ-Champion Nazzjonali taċ-Ċess Rapidu u ċ-Champion Nazzjonali taċ-Ċess Blitz wara li rebaħ żewġ kampjonati Nazzjonali f' jum wieħed[36][37] .

F'Marzu 2023, Mizzi rebaħ il-kampjonat junior għat-tieni sena konsekuttiva[38].

Mizzi waqqaf rekord nazzjonali u x'aktarx mondjali meta fl-2023 rebaħ il-kampjonat Nazzjonali tal-Blitz b'riżultat perfett ta' 9-0. B'hekk Mizzi sar l-iżgħar plejer taċ-ċess li qatt rebaħ kampjonat Nazzjonali taċ-ċess b' riżultat perfett fid-dinja.[39] Dan ir-riżultat fisser li Mizzi sar iċ-Champion Nazzjonali taċ-ċess Blitz għat-tieni sena konsekuttiva.

F' Marzu 2024, Mizzi rebaħ il-kampjonat junior għat-tielet sena konsekuttiva.[40]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Il-kampjonat taċ-ċess Malti". Wikipedia (bl-Ingliż).
  2. ^ a b Weenink, Steffie; Weenink, Steffie (2019-03-15). "WATCH: This 12-Year-Old Boy Might Be Well On His Way To Becoming Malta's Youngest Chess Champion" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-13.
  3. ^ "From The Fringe | The Chess Prodigy | Queen's Gambit, Alekhine's Defence, Caro-Kann and Trompowsky Attack... it's all part of the game for prodigy Jack Mizzi ♟ | By MaltaToday | Facebook". www.facebook.com (bil-Malti). Miġbur 2022-12-13.
  4. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Preliminaries 2017". chess-results.com. Miġbur 2022-12-13.
  5. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - European Youth Chess Championship 2017". chess-results.com. Miġbur 2022-12-13.
  6. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Preliminaries 2018". chess-results.com. Miġbur 2022-12-13.
  7. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - European Youth Chess Championship O-12 - 2018". chess-results.com. Miġbur 2022-12-13.
  8. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - B'Kara Chess Challenge". chess-results.com. Miġbur 2022-12-13.
  9. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - CIS 2019 - Raggruppamento Promozione - Catania". chess-results.com. Miġbur 2022-12-13.
  10. ^ "Past Malta Junior Champions - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-01-25. Miġbur 2022-12-13.
  11. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Friendly Blitz Tournament at EYCC 2019". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  12. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - 3. Internationales Schilcherlandopen Gruppe A". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  13. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Silvesterblitzturnier". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  14. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Interschools March 2020". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  15. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Candidates 2020". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  16. ^ "Blitz and Rapid Online Grand Prix - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-01-05. Miġbur 2022-12-14.
  17. ^ "April online Rapid tournament - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-04-25. Miġbur 2022-12-14.
  18. ^ "CIS 2021 serie C 29_30_31". www.vegaresult.com. Miġbur 2022-12-14.
  19. ^ "Candidates 2021 redux - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-10-17. Miġbur 2022-12-14.
  20. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Sparkasse Malta Junior Championship 2021". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  21. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - ESNA Blitz 2021". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  22. ^ SportsDesk (2022-01-19). "Robert Zerafa wins Malta Chess Championship". SportsDesk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  23. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Finals 2021". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  24. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Malta Junior Championship 2022". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  25. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Candidates 2022". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  26. ^ Camilleri, Valhmor (2022-08-06). "Maltese national teams halfway through the 44th Chess Olympiad". SportsDesk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  27. ^ Sport, minn TVM. "Ċess: Jack Mizzi jipparteċipa fil-Kampjonat ESNA" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  28. ^ "Ċess: Riżultat prestiġjuż għal Jack Mizzi fil-Kampjonat tal-ESNA f'Liechtenstein" (bil-Malti). 2022-10-05. Miġbur 2022-12-14.
  29. ^ "Jack Mizzi jikklassifika fil-ħames post fil-Kampjonat taċ-Ċess tal-Pajjiżi ż-Żgħar għall-Ewropa - ONE" (bl-Ingliż). 2022-10-03. Miġbur 2022-12-14.
  30. ^ "Lance Henderson wins European Small Nations Championship". Chess News (bl-Ingliż). 2022-10-03. Miġbur 2022-12-14.
  31. ^ "World Amateur Chess Championships 2022". World Amateur Chess Championships 2022 (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  32. ^ "FIDE President Arkady Dvorkovich visits Malta - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2022-10-22. Miġbur 2022-12-14.
  33. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Malta blitz". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  34. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - World Amateur Chess Championships 2022 - U2300". chess-results.com. Miġbur 2022-12-14.
  35. ^ "Mizzi, Jack MLT Individual Calculations Chess Ratings FIDE". ratings.fide.com. Miġbur 2022-12-14.
  36. ^ "Chess: Jack Mizzi jirbaħ żewġ titli nazzjonali f'ġurnata waħda - ONE" (bl-Ingliż). 2022-12-10. Miġbur 2022-12-16.
  37. ^ "Jack Mizzi inkurunat Champion nazzjonali taċ-Chess" (bil-Malti). 2022-12-05. Miġbur 2022-12-14.
  38. ^ Newsroom, minn TVM (2023-03-23). "Jack Mizzi jirbaħ il-Junior Chess Championships" (bil-Malti). Miġbur 2024-03-18.
  39. ^ SportsDesk (2023-10-06). "Jack Mizzi in record run at the Malta Blitz Chess Championship". SportsDesk (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-18.
  40. ^ "Chess-Results Server Chess-results.com - Junior Championships U14-U20s 2024". chess-results.com. Miġbur 2024-03-18.