Ignazio Abate

plejer tal-futbol Taljan

Ignazio Abate (twieled fit-12 ta' Novembru 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan li kien jilgħab bħala difensur laterali.

Ignazio Abate
Informazzjoni personali
Isem sħiħIgnazio Abate
Twelid12 ta' Novembru 1986 (1986-11-12) (38 sena)
Sant'Agata de' GotiItalja
Tul1.80 m
RwolDifensur
Mixtliet
Rescaldina
1999–2004Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2007Milan
2004–2005Napoli (self)
2005Sampdoria (self)
2005–2006Piacenza (self)
2006–2007Modena (self)
2007–2008Empoli
2008–2009Torino
2009–2019Milan
Tim nazzjonali
2004Italja U-18
2005Italja U-19
2005–2006Italja U-20
2006–2009Italja U-21
2008Italja Olimpika
2011–2015Italja

Abate twieled ġewwa Sant'Agata de' Goti, bin tal-eks gowler Taljan Beniamino Abate.[1]

Karriera tal-Klabbs

immodifika

Abate beda jilgħab il-futbol mad-dilettanti Rescaldina, qabel ma ngħaqad man-nursery ta' Milan fl-1999.[2] Matul l-istaġun tal-2003-04, huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu, fejn lagħab fil-logħba tal-Coppa Italia kontra s-Sampdoria fit-3 ta' Diċembru. Huwa għamel id-debutt tiegħu fil-Kompetizzjonijiet Ewropej ukoll, f'logħba tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Celta Vigo fid-9 ta' Diċembru.[3] F'dik il-logħba huwa kiser ir-rekord bħala l-iżgħar plejer tal-Milan li lagħab fil-UEFA Champions League, meta kien għad kellu 17-il sena u 27 jum.[4]

Żmien ta' self (2004–2007)

immodifika

Għall-istaġun tal-2004-05 kien ġie imsellef lill-Napoli fis-Serie C1, fejn hu għamel 29 apparenza u skorja 2 gowls. Fis-sajf tal-2005 hu kien lest li jgħaddi l-istaġun ta' wara b'self lis-Sampdoria.[5] Madanakollu, qabel il-bidu attwali tal-kompetizzjonijiet, kien issejjaħ lura u ġie misluf lil Piacenza minflok, għalkemm huwa għamel biss 13-il apparenza fl-ewwel staġun tiegħu tas-Serie B. Fl-istaġuni ta' wara, huwa kiseb aktar suċċess fil-winger taż-żgħażagħ, li għamel 38 apparenza matul il-ħin tas-self ma' Modena.

Debutt fis-Serie A (2007–2009)

immodifika

Fl-istaġun tal-2007-08 Abate eventwalment għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A, wara li ġie akkwistat minn Empoli f'forma ta' ko-propjetà, għall-900,000.[6][7] F'dik is-sena, huwa rnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A, f'logħba kontra Genoa, fis-27 ta' April 2008.[8] Wara r-relegazzjoni ta' Empoli, it-tim ta' Milan xtrah għal €2 miljuni, kif ukoll lil Luca Antonini għal-€2.9M (u biegħu lil Nicola Pozzi u lil Lino Marzoratti għal €4.75M b'total)[9] iżda bagħtuħ ma Torino fi ftehim ta' ko-proprjetà, għall-2 miljuni.[10][11] Minkejja korriment kmieni, huwa kellu staġun tajjeb, li lagħab 25 logħba u skorja gowl.

Lura ma Milan

immodifika
 
Abate fl-azzjoni għal AC Milan fl-2012

Fl-24 ta' Ġunju, 2009, Milan ħadu lil Abate mill-ġdid u dak iż-żmien kien inkluż fl-iskwadra tat-tim għall-istaġun 2009-10.[12] [13] Wara li serva prinċipalment bħala midfilder riżerv fl-ewwel ftit logħob, ftit tard hu beda jiġi impjegat bħala difesnur mal-linja regolari mill-kowċ ta' Milan, Leonardo. Minħabba l-prestazzjonijiet tajba tiegħu, fil-11 ta' Frar 2010 kien offrut u ffirma estensjoni għal kuntratt tieghu sal-2014.[14][15]

Il-kowċ ġdid Allegri żammu fl-istess pożizzjoni għall-istaġun 2010-11 fejn kien regoli u l-prestazzjonijiet solidi difensivi tiegħu selfu idejn fir-rebħa tat-18-il Scudetto ta' Milan u s-Super Coppa Italiana.

Karriera Internazzjonali

immodifika

Wara playing fil-livelli varji ta' żgħażagħ fil-futbol internazzjonali, Abate għamel id-dubett mal-U–21 tal-Italja f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Lussemburgu, li qam minn fuq il-bank matul it-tieni taqsima, fit-12 ta' Diċembru 2006.[16]

Mat-tim nazzjonali Olimpiku kkowċjat minn Casiraghi, hu rebaħ it-Toulon Tournament 2008, fejn hu lagħab erba' logħbiet u skorja gowl kontra l-Istati Uniti.[17] Huwa wkoll ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku tal-2008 f'Bejġing.[18]

Huwa mbagħad ħa sehem fil-kompetizzjoni tal-European U-21 Championship 2009 li kienet miżmuma fl-Iżveżja, li Abate għamel żewġ apparenzi.[19]

Abate għamel l-ewwel debutt tiegħu mat-tim tal-kbar fil-11 ta' Novembru, 2011, b'rebħa ta' 2–0 kontra l-Polonja f'logħba ta' ħbiberija. Imbagħad kien inkluż fl-iskwadra Taljana għal UEFA Euro 2012. Huwa ngħata n-numru 7 fil-kompetizzjoni, u rċieva l-ewwel bidu tiegħu kontra l-Irlanda. Huwa beda l-kwarti tal-finali f'kunflitt kontra Ingilterra, iżda hu kien sostitut flokk Christian Maggio fid-90 minuta. Huwa kien eskluż mill-bidu tal-XI kontra l-Ġermanja fis-semifinali minħabba korrimenti. Huwa kien magħżul biex jibda t-telfa ta' 4-0 kontra Spanja fil-finali, fejn hu lagħab l-ammont sħiħ tal-ħin.

Statistika

immodifika

Klabb

Mis-27 ta' Jannar 2013

Prestazzjoni Kampjonat Tazza Ewropa Oħrajn1 Total
Klabb Kampjonat Staġun Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Milan Serie A 2003–04 0 0 1 0 0 0 1 0 2 0
Total 0 0 1 0 0 0 1 0 2 0
Napoli Serie C1 2004–05 29 2 0 0 4 0 33 2
Total 29 2 0 0 4 0 33 2
Sampdoria Serie A 2005–06 0 0 0 0 0 0
Total 0 0 0 0
Piacenza Serie B 2005–06 13 0 0 0 13 0
Total 13 0 0 0 13 0
Modena 2006–07 38 1 3 0 41 1
Total 38 1 3 0 41 1
Empoli Serie A 2007–08 24 1 2 1 2 0 28 2
Total 24 1 2 1 2 0 28 2
Torino 2008–09 25 1 2 0 27 1
Total 25 1 2 0 27 1
Milan 2009–10 30 0 1 0 5 0 36 0
2010–11 29 0 2 0 6 0 37 0
2011–12 29 0 2 0 8 0 1 0 36 0
2012–13 13 0 2 0 2 0 0 0 17 0
Total 101 0 7 0 21 0 1 0 126 0
Total tal-Karriera 230 5 15 1 23 0 6 0 270 6

1 Tinkludi t-Tazza Interkontinentali, u l-play-offs tas-Serie C1 u s-Supercoppa Italiana

Internazzjonali

Mis-16 ta' Ottubru 2012[20]

Tim Nazzjonali Sena Preż Gowls
Italja 2011 1 0
2012 6 0
2013 0 0
Total 7 0

Milan

Internazzjonali

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Bocci, Alessandra (2009-09-22). "Fedeltà Abate "Niente estero io studio qui"" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. Miġbur 2010-02-06.
  2. ^ "Seconda Squadra 2003/2004" (bit-Taljan). AC Milan. Arkivjat mill-orġinal fl-2003-10-09. Miġbur 2010-08-31.
  3. ^ "A.C. Milan – Ignazio Abate" (bl-Ingliż). AC Milan. Miġbur 2010-08-31.
  4. ^ "Milan youngster set for record books" (bl-Ingliż). Football Italia. 2011-09-28. Miġbur 2011-09-28.
  5. ^ "Abate per la Samp" (bit-Taljan). UEFA. 2005-07-20. Miġbur 2010-02-06.
  6. ^ AC Milan Spa 2007 Annual Report (IT)
  7. ^ "Empoli raid Rossoneri for trio" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-06-28. Miġbur 2010-02-06.
  8. ^ "Genoa vs. Empoli – 27 April 2008". soccerway.com (bl-Ingliż). 2008-04-27. Miġbur 2010-02-02.
  9. ^ "A.C. Milan official announcement" (bl-Ingliż). AC Milan. 2006-06-16. Miġbur 2010-02-02.
  10. ^ AC Milan Spa 2008 Annual Report
  11. ^ "Torino sign Abate". worldsoccer.com (bl-Ingliż). 2008-07-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-29. Miġbur 2010-02-02.
  12. ^ "A.C. Milan official note" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2009-06-24. Miġbur 2010-02-02.
  13. ^ "AC Milan Group 2009 Annual Report" (PDF) (bit-Taljan). Associazione Calcio Milan. Miġbur 2011-06-13.
  14. ^ "A.C. Milan official note" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2010-02-11. Miġbur 2010-02-11.
  15. ^ "Abate and Antonini commit to Milan" (bl-Ingliż). UEFA. 2010-02-11. Miġbur 2010-02-11.
  16. ^ "Italia – Lussemburgo" (bit-Taljan). FIGC. 2006-12-12. Miġbur 2010-02-02.
  17. ^ "U-21 Italy – U-21 USA 2:0". footiemag.com (bil-Ġermaniż). 2008-05-25. Miġbur 2010-02-02.
  18. ^ "Italy – Squad list" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2010-02-06.
  19. ^ "Italy – Italy Under 21". soccerway.com (bl-Ingliż). Miġbur 2010-02-06.
  20. ^ "Abate, Ignazio" (bl-Ingliż). national-football-teams.com. Miġbur 2012-10-16.

Ħoloq esterni

immodifika