Klaas-Jan Huntelaar

(Rindirizzat minn Huntelaar)

Klaas-Jan Huntelaar (twieled fit-12 ta' Awwissu 1983) huwa eks-plejer tal-futbol professjonali Netherlandiż li kien jilgħab bħala attakkant.

Klaas-Jan Huntelaar
Informazzjoni personali
Isem sħiħDirk Jan Klaas Huntelaar
Twelid12 ta' Awwissu 1983 (1983-08-12) (41 sena)
Voor-Drempt, Netherlands
Tul1.86 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1988–1994VV H. en K.
1994–2000De Graafschap
2000–2002PSV
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2004PSV
2003De Graafschap (self)
2003–2004AGOVV (self)
2004–2005Heerenveen
2005–2009Ajax
2009Real Madrid
2009–2010Milan
2010–2017Schalke 04
2017–2021Ajax
2021Schalke 04
Tim nazzjonali
2004–2006Netherlands U-21
2006–2015Netherlands

Imlaqqam bħala The Hunter,[1] Huntelaar iħaddan teknika tajba u atletiċità,[2] u kapaċi jiskorja kull tip ta' gowls kemm b'rasu u anki b'saqajh. L-istil tiegħu ġie mqabbel ma' dak ta' Marco van Basten[3] u Fernando Morientes.[4]

Il-kowċ veteran tat-tim nazzjonali tal-Olanda, Louis van Gaal, stqarr fuq il-plejer "ġewwa l-kaxxa l-kbira, hu l-aqwa plejer fid-dinja".[1]

Karriera

immodifika

Bidu tal-karriera

immodifika

Huntelaar twieled f'Drempt, raħal fir-reġjun ta' Achterhoek ġewwa l-Olanda, imma familtu marret toqgħod Hummelo meta kellu biss sitt ġimgħat. Fl-età ta' ħames snin, Huntelaar flimkien maż-żewġ ħutu, ingħaqdu mat-tim lokali ta' v.v. H. en K. fejn lagħab magħhom għas-sitt snin ta' wara.

Il-prestazzjonijiet tiegħu laqqtu l-għajn tal-klabb ta' De Graafschap li fis-6 ta' April, 1994, ipperswadewh biex jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu, meta kellu biss ħdax-il sena. Matul l-ewwel sentejn tiegħu ma' De Graafschap, Huntelaar lagħab f'diversi pożizzjonijiet fosthom fuq il-faxxa x-xellugija, bħala midfilder offensiv, difensur xellugi u anki gowlkiper; kien biss fit-tielet sena tiegħu li kabbar il-kredenzjali tiegħu bħala attakkant.

Fl-istaġun 1997–98, Huntelaar, li kellu erbatax-il sena, kien l-attakkant prinċipali tat-tim Ċ ta' De Graafschap fejn f'20 logħba skorja 33 gowl. L-istaġun segwenti rah jiġi promoss mat-tim B1, u fl-istaġun 1999–2000 sar l-aqwa skorer tal-kampjonat B1 b'31 gowl. L-abbilitajiet tiegħu attiraw l-attenzjoni ta' PSV Eindhoven, li sussegwentament kisbu l-firma tiegħu f'Ġunju tas-sena 2000.

Karriera mal-klabbs

immodifika

Fl-ewwel staġun tiegħu ma' PSV, Huntelaar mill-ewwel stabilixxa lilu nnifsu bħala skorer prolifiku mat-tim ġovanili A1 taħt il-kowċ Willy van der Kuijlen, fejn sab ix-xibka 26 darba fi 23 logħba, hekk kif spiċċa wkoll l-aqwa skorer ta' dik is-sezzjoni. Fit-tieni staġun tiegħu ma' PSV, Huntelaar tniżżel mal-ewwel tim immexxi minn Guus Hiddink. Id-debutt tiegħu wasal fit-23 ta' Novembru 2002 fir-rebħa barra minn darhom ta' 3-0 fuq RBC Roosendaal, fejn daħal bħala sostitut għal Mateja Kežman fis-76 minuta.[5] Madanakollu, dan l-istaġun kellu jkun wieħed qares għalih minħabba li din kellha tkun l-unika dehra tiegħu.

De Graafschap

immodifika

Lejn il-bidu tal-2003 kien jidher ċar li l-opportunitajiet mal-ewwel tim għal Huntelaar kienu se jonqsu,[6][4] u b'hekk ġie msellef lill-klabb preċedenti tiegħu, De Graafschap, fejn hemmhekk kien hemm zijuh li kellu l-irwol ta' direttur finanzjarju.[7] Id-debutt mat-tim tal-kbar ta' De Graafschap wasal fit-8 ta' Frar, 2003, bħala sostitut għal Han van de Haar kontra Roosendaal.[8] L-unika dehra mal-ewwel ħdax waslet fis-16 ta' Frar, 2003, hekk kif De Graafschap sfaw megħluba 5–1 minn SC Heerenveen.[9] L-aħħar preżenza tiegħu waslet fit-telfa tat-tim ta' nhar id-29 ta' Meju, 2003, kontra Zwolle bl-iskor ta' 2–1, li kkonfermat ir-relegazzjoni mill-Eredivisie.[10] Fil-perjodu ta' self għamel disa' dehriet fil-kampjonat, imma ma skorja l-ebda gowl, b'De Graafschap jiddeċiedu li ma jestendux il-perjodu ta' self.[11]

Fil-bidu tal-istaġun 2003–04, Huntelaar intbagħat għal darb'oħra taħt self mat-tim promoss fl-Eerste Divisie ta' AGOVV immexxi minn Jurrie Koolhof.[12] L-istaġun ta' Huntelaar kien wieħed fenomenali, fejn barra li skorja fid-debutt tiegħu mal-klabb kontra TOP Oss, u tripletta fit-tieni partita tiegħu kontra Heracles Almelo, hu spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer ta' dik id-diviżjoni b'26 gowl f'35 logħba. Fi tmiem l-istaġun ġie magħżul bħala l-Plejer tal-Istaġun tal-Eerste Divisie.

Heerenveen

immodifika

Fi tmiem il-perjodu ta' self ma' AGOVV, Huntelaar irrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid ma' PSV,[13] u minflok ingħaqad ma' Heerenveen għal somma ta' 100,000. Huntelaar beda l-istaġun 2004–05 billi skorja fid-debutt tiegħu ma' Heerenveen fl-Eredivisie kontra AZ, u sal-waqfa tax-xitwa kien diġà wasal sa 10 gowls fi 17-il logħba. L-istaġun intemm b'Huntelaar jiskorja 17-il gowl f'31 logħba, fejn għen lil Heerenveen jikkwalifikaw għat-Tazza UEFA. L-istaġun segwenti tal-2005–06, kompla bl-istess ritmu bħal ta' qablu, u sax-xitwa kien skorja 17-il gowl fi 15-il logħba, u dan wassal biex diversi klabbs kemm mill-Olanda u anke dawk minn barra l-ixtut bdew josservaw lil dan il-plejer. Finalment, Huntelaar iffirma ma' Ajax, il-klabb li kien jappoġġja meta kien għadu żgħir. Heerenveen irċivew is-somma ta' €9 miljun flimkien ma' inċentivi futuri għall-plejer, bi 15 fil-mija (€1.35 miljun) tmur għal PSV,[14] b'riżultat tar-regola ta' kompensazzjoni imposta mill-FIFA.[15]

 
Klaas-Jan Huntelaar ma' Ajax.

Huntelaar iddebutta ma' Ajax wara l-waqfa xitwija, u skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb kontra l-klabb preċedenti tiegħu, Heerenveen, fit-Tazza Olandiża.[16] Matul ix-xahar ta' Frar, Huntelaar sab ix-xibka disa' darbiet f'seba' partiti għal Ajax, fosthom kontra t-tim Taljan ta' Inter fid-debutt personali fil-kompetizzjoni taċ-Champions League.[17] Huntelaar temm l-istaġun bħala l-aqwa skorer għal Ajax b'16-il gowl f'16-il partita, minkejja li kien għadu kemm ingħaqad magħhom f'Jannar, u spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 33 gowl staġjonali.[18] F'47 dehra hu skorja total ta' 44 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha.

Fis-semifinali tat-Tazza Olandiża, Huntelaar skorja rovexxata biex kiseb il-pari fil-ħin miżjud tal-partita kontra Roda, biex il-partita marret għall-ħin barrani. Ajax rebħu l-konfront 4–1, b'Huntelaar iżid it-tieni gowl personali fil-109 minuta.[19] Fil-finali, kontra PSV, Huntelaar skorja darbtejn biex għen lil Ajax jirbħu din it-tazza 2–1.[20] Huntelaar ingħata l-unur tat-Talent tas-Sena u l-Plejer tas-Sena ta' Ajax għall-2005–06.[21]

 
Huntelaar jiċċelebra r-rebħa ta' Ajax fit-Tazza Olandiża.

Huntelaar ġie nnominat bħala l-viċi-kaptan ta' Ajax għall-istaġun 2006–07.[22] Huntelaar skorja żewġ gowls fil-partita ta' kwalifika għall-UEFA Champions League kontra FC Copenhagen, fejn għen lit-tim jirbaħ l-ewwel leg barra minn daru bl-iskor ta' 2–1. Madanakollu, Ajax tilfu ġewwa darhom it-tieni leg bl-iskor ta' 2–0, u kellhom jikkuntentaw b'post fit-Tazza UEFA. Matul din il-kompetizzjoni, Huntelaar skorja seba' darbiet f'seba' partiti, fosthom fir-rebħa fit-tieni leg tar-rawnd tal-aħħar 32 kontra Werder Bremen, rebħa li ftit swiet minħabba li Ajax inqalgħu barra mill-kompetizzjoni. Fil-kampjonat kellhom jikkuntentaw bit-tieni post, waqt li fit-Tazza Olandiża, Huntelaar skorja erba' gowls f'sitt partiti, fosthom il-gowl tal-pari fil-finali kontra AZ li spiċċat 1–1 wara l-ħin miżjud u dak supplementari. Ajax irnexxielhom iżommu t-tazza f'idejhom meta rebħu 7–8 wara l-għoti tal-penalties, b'Huntelaar jiskorja wieħed minnhom.[23]

Fl-2007–08 Ajax ġew eliminati miċ-Champions League fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'Huntelaar jitlef penalty fl-ewwel leg kontra Slavia Praha.[24] Lanqas fit-Tazza UEFA ma gawdew minn fortuna hekk kif Dinamo Zagreb ħarġu rebbieħa fil-konfront dirett grazzi għall-gowls barra minn darhom, biż-żewġ gowls ta' Huntelaar ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw il-progress f'din il-kompetizzjoni.[25] Fl-ewwel partita tal-istaġun tal-Eredivisie, Huntelaar skorja erba' gowls biex għen lit-tim jirbaħ lit-tim promoss ta' De Graafschap bl-iskor kbir ta' 8–1.[26] Wara l-irtirar ta' Jaap Stam f'Ottubru tal-2007, Huntelaar ingħata l-faxxa ta' kaptan, sakemm jirritorna lura fl-azzjoni l-midfilder esperjenzat Edgar Davids.[27] Fis-6 ta' April, 2008, Huntelaar skorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat bi tripletta fir-rebħa ta' 4–1 ta' Ajax fuq De Graafschap. Fil-25 sena ta' qabel, kienu biss Dennis Bergkamp u Dirk Kuyt li laħqu dan it-tragward qabel għeluq il-25 sena.[28] Huntelaar għalaq l-istaġun bi 33 gowl f'34 partita, l-aqwa skorer tal-Eredivisie, u l-ewwel plejer ta' Ajax li qatt skorja 30 gowl fi staġun wieħed minn mindu Marco van Basten għamel dan fl-1986–87.[29][30]

Bil-wasla ta' Marco van Basten bħala kowċ ġdid ta' Ajax fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Huntelaar ġie msemmi bħala l-kaptan definittiv tat-tim.[31] Huntelaar skorja 9 gowls fi 15-il logħba f'kull kompetizzjoni qabel ma ġibed il-ligamenti ta' irkopptu nhar id-9 ta' Novembru, 2008, waqt partita valida għall-kampjonat kontra Sparta Rotterdam.[32] Ma kellux jilgħab għal aktar minn tmien ġimgħat wara, fejn din kellha tkun l-aħħar partita ma' Ajax.[33]

Real Madrid

immodifika

Fil-bidu ta' Diċembru 2008, Real Madrid laħqu qbil ma' Ajax għall-firma ta' Huntelaar fil-bidu tas-sena l-ġdida. Huntelaar ingħaqad ma' Real Madrid f'Jannar tal-2009 għal €20 miljun, somma li tista' titla' sa €27 miljun. Id-debutt tiegħu mal-klabb Madrilen wasal fl-4 ta' Jannar, 2007, fil-partita kontra Villarreal.[34] Hu lagħab 56 minuta tal-partita u għamel erba' dehriet konsekuttivi minn fuq il-bank tas-sostituti, qabel ma fetaħ il-kont tiegħu mat-tim nhar il-15 ta' Frar 2009 fir-rebħa ta' 4–0 kontra Sporting Gijon.[35] Real Madrid kienu lesti li jżidu mal-iskwadra tagħhom għaċ-Champions League 2008–09 liż-żewġ akkwisti l-ġodda, Huntelaar u Lassana Diarra, imma ż-żewġ plejers kienu diġà lagħbu fl-istess staġun fit-Tazza UEFA għal Ajax u Portsmouth rispettivament. Ir-regoli tal-UEFA jimplikaw li wieħed biss mit-tnejn jista' jiġi rreġistrat[36][37] sal-1 ta' Frar 2009, u l-midfilder difensiv Diarra ġie magħżul biex jilgħab fil-kompetizzjoni.[38] Huntelaar temm in-nofs staġun tiegħu ma' Real Madrid bi 8 gowls f'20 dehra.[39]

AC Milan

immodifika

Nhar is-6 ta' Awwissu, Milan waslu fi qbil ma' Real Madrid fuq it-trasferiment tal-plejer għal €15-il miljun,[40][41] suġġett għall-eżamijiet mediċi fis-7 ta' Awwissu, 2009. Hu ffirma kuntratt ta' erba' snin mat-tim Minalist.[42] Nhar id-29 ta' Awwissu, Huntelaar idebutta fil-kampjonat mal-Milan bħala sostitut fit-telfa ta' 4–0 kontra r-rivali ta' Inter. Fid-29 ta' Novembru, hu skorja l-ewwel gowls personali fis-Serie A b'permezz ta' doppjetta fil-partita kontra Catania, b'żewġ gowls li waslu fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima wara li kien daħal bħala sostitut fl-84 minuta. Il-Milan rebħu din il-logħba grazzi għal dawn il-gowls tiegħu.[43] Minħabba l-forma li kien jinsab fiha Marco Borriello, l-attakkant Olandiż ftit li xejn sab spazju fit-tim. Meta Borriello kien qiegħed isofri minn problemi fiżiċi, ħa din l-opportunità u matul dan iż-żmien skorja numru ta' gowls importanti fosthom doppjetta kontra Udinese (fir-rebħa ta' 3–2) u gowls kontra Fiorentina u Cagliari.

Shalke 04

immodifika

Fil-31 ta' Awwissu, il-klabb Ġermaniż ta' Schalke 04 u Milan qabblu li fit-trasferiment ta' Huntelaar għal mat-tim tal-Bundesliga għas-somma ta' €13-il miljun.[44]

Internazzjonali

immodifika
 
Dirk Kuyt ma' Huntelaar waqt taħriġ mat-tim Olandiż qabel il-bidu tal-Euro 2008.

Wara l-prestazzjonijiet tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż ta' taħt il-21 sena, Huntelaar intgħażel minn Marco van Basten għall-partita ta' ħbiberija kontra r-Repubblika tal-Irlanda tas-16 ta' Awwissu 2006. Huntelaar, fid-debutt tiegħu, skorja żewġ gowls u pprova żewġ assist fir-rebħa ta' 4–0 tal-Olanda,[45] biex b'hekk sar l-ewwel plejer li skorja fid-debutt internazzjonali tiegħu minn mindu Dick Nanninga irrepeta dan il-pass fl-1978.[46]

Wara li għal numru ta' partiti ma kienx magħżul fost l-iskwadra, hu reġa' ngħata sejħa f'Ottubru tal-2007 għall-partita ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Rumanija u l-Islovenja.[47] Minħabba s-sospensjoni ta' Ruud van Nistelrooy, Huntelaar kien mal-ewwel ħdax u skorja l-ewwel gowl internazzjonali kompetittiv fir-rebħa kontra l-Islovenja bl-iskor ta' 2–0.[48] Huntelaar kien inkluż fl-iskwadra Olandiża għall-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2008, fejn matul dawn il-kampjonati skorja darba fl-unika apparenza tiegħu fl-aħħar partita ta' Grupp Ċ kontra r-Rumanija, b'riżultat finali ta' 2–0.[49]

Bl-irtirar mix-xena internazzjonali ta' Ruud van Nistelrooy, Huntelaar sar l-ewwel għażla fuq l-attakk għall-kowċ il-ġdid Bert van Marwijk għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. Huntelaar, s'issa irnexxielu jiskorja 14-il gowl minn 25 dehra mat-tim nazzjonali.

Statistika

immodifika
Prestazzjoni mal-labb Kampjonat Tazza Playoffs Kontinentali Total
Staġun Klabb Kampjonat Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
2002–03 PSV Eredivisie 1 0 1 0
De Graafschap 9 0 9 0
2003–04 AGOVV Eerste Divisie 35 26 3 1 38 27
2004–05 Heerenveen Eredivisie 31 16 1 0 7 3 39 19
2005–06 15 17 1 1 6 2 22 20
Ajax 16 16 3 5 4 2 2 1 25 24
2006–07 32 21 6 4 4 2 9 9 51 36
2007–08 34 33 3 1 4 0 4 2 45 36
200809 10 6 1 1 4 2 15 9
Real Madrid La Liga 20 8 20 8
2009–10 Milan Serie A 8 2 0 0 1 0 8 2
Total tal-karriera 211 145 17 13 12 4 32 19 273 181

Korretti sal-1 ta' Diċembru 2009.

Internazzjonali

immodifika
Tim nazzjonali Sena Ħbiberija Kompetittivi Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Olanda 2006 2 2 2 0 4 2
2007 3 0 2 1 5 1
2008 5 5 4 2 9 7
2009 3 2 4 2 7 4
2010 3 1 6 6 9 7
Total 18 10 20 11 38 21

Korretti sal-5 ta' Settembru 2009.

Ajax

  Schalke 04

Internazzjonali

immodifika

Individwali

immodifika
  • L-Aqwa Skorer tal-Eerste Divisie: 2003–04
  • Plejer tas-Sena tal-Eerste Divisie: 2003–04
  • Talent tas-Sena tal-Eredivisie: 2005–06
  • L-Aqwa Skorer tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena: 2006
  • L-Aqwa Skorer tal-Eredivisie: 2005–06, 2007–08

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Huntelaar, the new Dutch goal machine" (bl-Ingliż). The Independent. 2009-03-28. Miġbur 2009-03-28.
  2. ^ "The Hunter's pursuit of excellence". FIFA. 2007-01-23. Miġbur 2008-04-07.
  3. ^ "Huntelaar follows Van Basten". UEFA. 2008-04-04. Miġbur 2008-04-07.
  4. ^ a b "Huntelaar class shines through" (bl-Ingliż). UEFA. 2006-01-13. Miġbur 2007-10-15.
  5. ^ "RBC Roosendaal - PSV (23-11-2002)" (bl-Olandiż). PSV Eindhoven. 2002-11-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-13. Miġbur 2007-09-24.
  6. ^ "PSV looking to loan out kids" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2003-04-28. Miġbur 2009-03-22.
  7. ^ "De Graafschap herdenkt Cor Huntelaar groots" (bl-Olandiż). Soccernews.nl. 2008-03-15. Miġbur 2008-03-16.
  8. ^ "08-02-2003 - RBC Roosendaal - De Graafschap (1-0)" (bl-Ingliż). De Graafschap. 2003-02-28. Miġbur 2007-09-24.
  9. ^ "16-02-2003 - De Graafschap - SC Heerenveen (1-5)" (bl-Olandiż). De Graafschap. 2003-02-16. Miġbur 2007-09-24.
  10. ^ "29-05-2003 - FC Zwolle - De Graafschap (2-1)" (bl-Olandiż). De Graafschap. 2003-05-29. Miġbur 2007-09-24.
  11. ^ "De Graafschap ziet af van langer huren van Huntelaar" (bl-Olandiż). Sport1. 2003-06-21. Miġbur 2007-09-24.
  12. ^ "Klaas-Jan Huntelaar profiel" (bl-Ingliż). NOS Studio Sport. 2007-09-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-13. Miġbur 2007-09-24.
  13. ^ "Classy Huntelaar thinking big" (bl-Ingliż). FIFA. 2007-10-01. Miġbur 2007-10-19.
  14. ^ "Transfer completed: Huntelaar to join Ajax for 4.5 years" (bl-Ingliż). Ajax USA. 2005-12-29. Miġbur 2007-08-23.
  15. ^ "FIFA Regulations for the Status and Transfer of Players" (bl-Ingliż). FIFA. 2005-07-01. Miġbur 2009-03-19.
  16. ^ "Ajax naar halve finale Gatorade Cup door zege op Heerenveen" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-02-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-07. Miġbur 2007-08-23.
  17. ^ "Inter recovery pegs back Ajax" (bl-Ingliż). UEFA. 2006-02-22. Miġbur 2007-08-23.
  18. ^ "Huntelaar evenaart topscorer Cruijff" (bl-Olandiż). KNVB. 2006-04-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-04-21. Miġbur 2007-08-23.
  19. ^ "Ajax naar bekerfinale na zinderend duel tegen Roda" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-03-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-07. Miġbur 2007-08-23.
  20. ^ "Huntelaar bezorgt Ajax met twee doelpunten de beker" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-05-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-07. Miġbur 2007-08-23.
  21. ^ "Huntelaar gekozen tot beste talent" (bl-Olandiż). Sportweek. 2006-05-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-09-28. Miġbur 2007-10-15.
  22. ^ "Stam nieuwe aanvoerder Ajax, Perez vice-captain" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-07-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-27. Miġbur 2007-11-01.
  23. ^ "Ajax claim KNVB Cup after 120 minutes and 16 penalties" (bl-Ingliż). Ajax USA. 2007-05-06. Miġbur 2007-08-23.
  24. ^ "Slavia make Ajax pay the penalty" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-08-15. Miġbur 2007-08-23.
  25. ^ "Ajax follow French pair out of Europe" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-10-04. Miġbur 2007-10-05.
  26. ^ "Timely boost for four-goal Huntelaar" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-08-20. Miġbur 2007-08-20.
  27. ^ "Huntelaar aanvoerder in bekerduel" (bl-Olandiż). AT5. 2007-10-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-11-02. Miġbur 2007-11-01.
  28. ^ "Strikers toast milestone moments" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-04-09. Miġbur 2009-03-25.
  29. ^ "Klass Jan Huntelaar factfile" (bl-Ingliż). espnstar.com. 2008-12-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-07. Miġbur 2009-03-25.
  30. ^ "Topscorers (2)" (bl-Olandiż). Ajax.nl. 2008-05-31. Miġbur 2008-05-31.
  31. ^ "Huntelaar to captain Ajax" (bl-Ingliż). Ajax.nl. 2008-07-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-18. Miġbur 2008-07-16.
  32. ^ "Huntelaar tears ankle ligament" (bl-Ingliż). Ajax.nl. 2008-11-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-13. Miġbur 2009-04-03.
  33. ^ "Huntelaar Blow For Ajax" (bl-Ingliż). Goal.com. 2008-11-10. Miġbur 2009-04-03.
  34. ^ "Klaas Jan Huntelaar Game Logs" (bl-Ingliż). SI.com. 2009-03-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-21. Miġbur 2009-04-03.
  35. ^ "Sporting Gijon 0–4 Real Madrid" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2009-02-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-21. Miġbur 2009-03-23.
  36. ^ "UEFA decision on Real Madrid" (bl-Ingliż). UEFA. 2009-01-08. Miġbur 2009-01-08.
  37. ^ "UEFA Appeals Body decision on Real Madrid" (bl-Ingliż). UEFA. 2009-01-13. Miġbur 2009-01-13.
  38. ^ "Definitive Champions League list" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-02-02. Miġbur 2009-02-02.
  39. ^ "Huntelaar is the real deal" (bl-Ingliż). Sporting Life. 2009-03-23. Miġbur 2009-03-23.
  40. ^ "Huntelaar transferred to AC Milan" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-08-06. Miġbur 2009-08-07.
  41. ^ "A.C. MILAN: KLAAS-JAN HUNTELAAR, AGREEMENT WITH REAL MADRID". AC Milan. 2009-08-06. Miġbur 2009-08-07.
  42. ^ "A.C. MILAN COMUNICATO UFFICIALE" (bit-Taljan). AC Milan. 2009-08-07. Miġbur 2009-08-07.
  43. ^ "Catania 0 - 2 AC Milan" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2009-11-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-23. Miġbur 2009-12-01.
  44. ^ "Huntelaar moves to Schalke 04" (bl-Ingliż). goal-arena.com. 2010-08-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-11. Miġbur 2010-09-03.
  45. ^ "Republic of Ireland 0-4 Holland" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-08-16. Miġbur 2007-09-16.
  46. ^ "Huntelaar scoort tweemaal bij debuut" (bl-Ingliż). Ajax.nl. 2006-08-16. Miġbur 2006-08-16.
  47. ^ "Huntelaar and Robben recalled" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2007-10-05. Miġbur 2007-10-16.
  48. ^ "Netherlands near finals goal with win". UEFA. 2007-10-17. Miġbur 2007-10-18.
  49. ^ Chowdhury, Saj (2008-06-17). "France 0-2 Italy & Netherlands 2-0 Romania" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-06-18.

Ħoloq esterni

immodifika