Gandzasar Football Club (Armen: Գանձասար Ֆուտբոլային Ակումբ) huwa klabb tal-futbol Armen li huwa bbażat ġewwa Kapan. Huma ġew fondati fl-1963 u jilgħabu fil-Premier League Armen, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Armen. Il-Grawnd tagħhom huwa Stadju Gandzasar.
L-emblema qadima ta' Gandzasar FC
Il-klabb ħa sehem l-ewwel darba fl-1992 fil-kompetizzjoni Armena wara l-qasma mill-Unjoni Sovjetika taħt l-isem Syunik Kapan. Wara l-kompetizzjoni regolari huma kkwalifikaw għall-fażi tal-kampjonat, fejn huma spiċċaw is-sitt post. Huma kwalifikaw għall-ogħla livell fl-istaġun 1993, madankollu huma rtiraw qabel il-bidu tal-istaġun. Minn dakinhar kienu niżlu l-isfel fil-kampjonat tal-futbol Armen. Fl-2004, Lernagorts prova jgħaqqad il-klabb ma' Ararat Yerevan iżda dan ma sarx.
Gandzasar damu sentejn jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni qabel ma kienu finalment promossi għall-Premier League Armen fl-istaġun 2006. Il-klabb ukoll għandhu tim tar-riservi msemmi Gandzasar-2, li jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Armena.