Għajnuna:Kif tirreġistra
Biex timmodifika u tara l-paġni tal-Wikipedija, mhuwiex neċessarju li taċċessa l-kont tiegħek. Madanakollu, il-ħolqien ta' kont iġib miegħu diversi karatteristiċi u hu ġeneralment rakkomandat. Jekk ma tixtieqx li l-indirizz IP tiegħek ikun magħruf, allura idħol fil-kont tiegħek. Huwa faċli u sempliċi sabiex toħloq kont personali.
Dħul fil-kont
immodifikaIl-ħolqien ta' kont ifisser li inti tissupplixxi isem tal-utent (ismek vera jew laqam) u password. Is-sistema tirrifjuta kwalunkwe isem li diġà ittieħed. Kont jinħoloq biss darba. Wara li tagħmel dan, tkun illogjajt fis-sistema. F'okkażjoni oħra fejn tkun se tagħmel il-login, ipprovdi l-isem tal-utent tiegħek u l-password biex turi li int l-istess persuna.
Il-modifiki li tagħmel huma rrekordjati taħt l-isem tal-utent tiegħek. Jekk ma tkunx dħalt fil-kont tiegħek, il-modifiki li tkun għamilt jiġu elenkati fil-kronoloġija tal-paġna taħt l-indirizz IP tiegħek. Kontijiet tal-utenti li inħolqu riċentament se jiġu "mwaħħda" (jiġifieri, aċċessibbli mill-proġetti kollha tal-Wikimedia). Kont antik, u li għadu mhuwiex imwaħħad, jista' jitwaħħad fuq Speċjali:WaħħadKont; utenti mwaħħda jistgħu jużaw din il-paġna biex jiċċekkjaw l-istat tal-kont imwaħħad tagħhom. Bħalissa, il-preferenzi huma definiti indipendentament fuq kull wiki. Għal aktar dettalji, żur m:Single login.
Għala għandi nidħol fil-kont tiegħi?
immodifikaM'hemmx għalfejn li tilloggja sabiex taqra wiki ta' MediaWiki. M'hemmx għalfejn lanqas li tidħol fil-kont tiegħek biex timmodifika wiki ta' MediaWiki – kulħadd jista' jimmodifika kważi kull paġni, anke mingħajr ma tkun għamilt il-login.
Madanakollu, hi xorta idea tajba li tilloggja, minħabba dawn ir-raġunijiet:
- Utenti oħrajn jistgħu jagħrfuk mill-isem tal-utent tiegħek meta tagħmel bidliet fuq il-paġni. Bħala "isem", indirizz IP huwa xi ftit goff. Barra minn hekk, jekk tuża' kompjuter f'postijiet differenti (id-dar, l-uffiċċju, internet cafe, etċ.) int għandek indirizz IP f'kull każ; anke fl-istess post, skont il-konnessjoni tal-internet, indirizz IP jistsa' jkun differenti kull darba. B'hekk, isem tal-utent hu aħjar sabiex iżżomm identità għalik.
- Int ikollok il-paġna tal-utent tiegħek fejn tista' tikteb xi ħaġa dwarek, u paġna ta' diskussjoni fejn hemmhekk tista' tikkomunika ma' utenti oħra.
- Tista' wkoll tagħmel sottopaġna, bħala żieda mal-paġna tal-utent tiegħek.
- Tista' timmarka modifika bħala waħda minuri, li tevita inkonvenjenza għal utenti oħra.
- Tista' żżomm traċċa tat-tibdil fuq paġni li int interessat fihom, bl-użu tal-lista ta' osservazzjoni.
- Jekk tagħżel li tagħti indrizz elettroniku, utenti oħra jistgħu jikkuntatjawk permezz tal-posta elettronika. Dan l-aspett huwa wieħed anonimu – l-utent li jibgħatlek xi messaġġ ma jkunx jaf l-indirizz elettroniku tiegħek. M'hemmx għalfejn tipprovdi l-indirizz-e jekk ma tridx.
- Iċċekkja l-politika dwar il-privatezza tas-sit individwali li tkun qiegħed iżżur, jekk teżisti (per eżempju, il-politika ta' privatezza tal-Wikipedija Maltija)
- Tista' tbiddel l-isem tal-paġni
- Tista' tirranġa l-preferenzi tiegħek, bħal:
- In-numru ta' paġni li jidhru fit-Tibdil riċenti
- It-tipa, il-kuluri u d-dehra tas-sit, bl-użu ta' numru ta' aspetti grafiċi (skins).
Kif toħloq kont
immodifikaBiex toħloq kont, agħfas il-ħolqa Idħol/Oħloq kont li tidher fuq in-naħa ta' fuq, fir-rokna tal-lemin ta' kull paġna, u wara agħfas Oħloq wieħed. Trid tipprovdi isem tal-utent u password, kif ukoll tikteb it-test li hemm fil-"captcha". Is-sistema tista' ma tħallix li jinħoloq kont jekk dan ikun jikkonsisti minn ċerti simboli (partikularment is-simbolu '@', kif ukoll ċerti karattri non-Latini) jew kliem, jew jekk hu simili għal dak ta' utent li diġà jeżisti.
Kif tidħol fil-kont
immodifikaQabel xejn, iċċekkja li l-browżer tijek jaċċetta l-cookies. Xi browżers jaċċettaw jew jirrifjutaw il-cookies minn siti indipendenti; l-utenti ta' dawn iridu jirranġaw il-browżer sabiex jaċċetta l-cookies minn kull wiki li int se taħdem fuq, bħal wikipedia.org.
Agħfas il-ħolqa Idħol fin-naħa ta' fuq tal-paġna. Hemmhekk, daħħal l-isem tal-utent tiegħek u l-password. Jekk għadek qatt ma dħalt qabel, trid qabel xejn tagħfas il-ħolqa li tintgħatalek biex toħloq kont.
Jekk tagħfas fuq il-kaxxa Ftakar il-password tiegħi minn sessjoni għal oħra., m'hemmx bżonn li tagħti l-password tiegħek darb'oħra meta taċċessa wiki tal-MediaWiki mill-istess kompjuter. Din il-karatteristika taħdem biss jekk il-password tiegħek ma ġietx ġenerata mis-softwer tal-MediaWiki. Għandek tkun taf li l-cookies li jżommu l-isem tal-utent u l-password jiskadu awtomatikament wara 30 ġurnata (sakemm ma tillogjax 'il barra manwalment).
Li tidħol fil-kont u tirranġa l-preferenzi huma funzjonijiet indipendenti għal kull wiki.
Problemi fl-aċċess tal-kont
immodifikaJekk issib problema biex taċċessa l-kont tiegħek u tefettwa l-login, jista' jkun li għandek waħda mill-problemi indirizzati fil-paragrafi segwenti. Jekk le, saqsi għall-għajnuna fil-Pjazza.
- Il-ħolqa tal-login hi oskurata
- Jekk ma tistax tagħfas il-ħolqa tal-login, per eżempju, minħabba li hi oskurata minn xi kliem, uża din il-ħolqa diretta lejn il-paġna tal-login. Ikun aktar opportun li kieku żżid din il-paġna mal-favourites/bookmarks tal-browżer tiegħek. (Din il-problema tista' tiġri f'ċerti browżers meta tuża' tipa kbira)
- L-isem tal-utent tiegħi u l-password qed jiġu rifjuatati
- Kemm l-isem tal-utent kif ukoll il-password fuq il-Wikipedija huma sensittivi għall-ktiba tal-karattri. Ftakart kif tiktibhom bil-kapitalizzazzjoni t-tajba? Jiġifieri, jekk irreġistrat bl-isem IsemUtent, ma tistax tidħol jekk ktibt l-isem bħala Isemutent (innota kif inkitbu t-tnejn li huma). L-istess japplika għall-password. L-unika eċċezzjoni hi fl-ewwel karattru tal-isem tal-utent, minħabba li awtomatikament dik tkun kapitali.
- Irreġistrajt fuq din il-wiki partikulari?
- Jekk irreġistrajt taħt lingwa oħra tal-Wikipedija (bħal en.wikipedia.org) jew proġett ieħor (bħal en.wikibooks.org), inti trid terġa' toħloq isem tal-utent għal dik il-verżjoni tal-Wikipedija jew tal-proġett speċifiku sakemm ma tkunx waħħadt il-kontijiet flimkien permezz tal-login imwaħħad.
- Qed noħroġ barra mill-kont kull darba li nagħmel il-login
- Hemm xi kawżi partikulari għal din il-problema:
- Jekk tidher li dħalt fil-kont, imma eżattament wara li tipprova tmur f'paġna wara 'Dħalt b'suċċess', tidher li inti barra mill-kont personali, huwa possibbli li hemm problema fil-cookies. Żur din il-gwida qasira fuq kif tattiva l-cookies għall-browżer tiegħek.
- Kun żgur li d-data u l-ħin tal-kompjuter tiegħek huma tajjeb; jekk m'humiex, il-cookies jistgħu jiskadu qabel iż-żmien. Kun af li xi softwers tal-firewall u tal-filtru tal-reklami jistgħu jinterferixxu mal-cookie li l-Wikipedija tuża' biex iżżomm persuna fil-kont tagħha.
- Xi ISPs jużaw proxies trasparenti li joħolqu problemi fl-aċċess tal-kont. Prova uża s-server sigur (iktar bil-mod) biex taqbeż il-proxy. Dan jiġri ħafna drabi ma' xi ISPs satelliti.
- Xi drabi, utent jista' jsib ruħu "awtomatikament" barra mill-kont tiegħu bejn il-bidu ta' modifiku u l-issejvjar tagħha, jew meta taqleb bejn numru ta' paġni wiki miftuħa f'ħafna twieqi jew tab. Dan jista' jkun riżultat tal-impostazzjonijiet tal-browżer tiegħek fuq il-cookie, il-cache, jew il-firewall, imma xi drabi, speċjalment waqt tagħbija kbira fuq is-server, is-sistema tista' taqa' u l-informazzjoni tal-login tiegħek tintilef, b'riżultat li int toħroġ barra mill-kont tiegħek.
- Kawżi oħra
- Jekk int żgur li l-informazzjoni tal-login tiegħek hija korretta, allura xi ħadd ieħor seta' ħa l-kont tiegħek. F'dak il-każ, il-kont tiegħek jista' ma jiġix irkuprat sakemm ma turix li l-kont hiwa tiegħek. F'każijiet remoti, il-kont tiegħek seta' ġie msemmi isem ieħor jew użurpat, speċjalment jekk għandu minn fuqu saru ftit jew l-ebda modifika. Tista' tiċċekkja jekk l-isem tal-utent tiegħek ġiex imsemmi mill-ġdid billi tiċċekkja r-reġistru tal-kontijiet imsemmija mill-ġdid u fittex għall-isem tal-utent tiegħek bil-frażi "Utent:" fil-kaxxa tat-"Titlu:".
- Qed nirċievi messaġġ li l-indirizz IP tiegħi ġiet awtomatikament imblukkat
- Segwi l-istruzzjonijiet li jingħatawlek fuq kif tista' tagħmel rikjesta biex tiżblokka ruħek.
Kif tirranġa l-preferenzi
immodifikaAgħfas fuq Il-preferenzi tiegħi fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna għal numru ta' opzjonijiet, li jinkludu biex:
- Tbiddel il-password.
- Biex tbiddel l-aspett grafiku (skin), li tbiddel il-mod kif is-sit jidher.
Ara Għajnuna:Preferenzi.
Il-paġna tal-utent u l-paġna ta' diskussjoni personali
immodifikaBħala utenti li tkun effetwajt il-login, inti tista' toħloq paġna tal-utent tiegħek u paġna ta' diskussjoni tiegħek. Meta tkun fil-kont tiegħek, inti tara ismek fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna. Meta tagħfas fuqu dan jieħdok lejn il-paġna tal-utent tiegħek, li inti liberament tista' timmodifika bl-istess mod bħal paġna wiki oħra.
Ħafna utenti jagħtu deskrizzjoni tagħhom infushom u l-interesi tagħhom fi ħdan il-paġna tal-utent personali.
Għandek ukoll il-Paġna ta' diskussjoni. Tista' żżurha billi tagħfas fuq il-ħolqa Id-diskussjonijiet tiegħi biswit l-isem tal-utent tiegħek fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna. Nies oħra jistgħu jiktbulek fil-paġna ta' diskussjoni tegħek, u inti tista' tirrispondi. Ara Għajnuna:Paġna ta' diskussjoni għal aktar dettalji.
Kif toħroġ barra mill-kont
immodifikaTista' toħroġ barra mill-kont tiegħek billi tagħfas Oħroġ preżenti fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna. Biex tipprevjeni li l-browżer jiftakar l-isem tal-utent u li jissuġġerieh għall-utent suċċessiv fuq l-istess kompjuter, ftakar li tħassar il-cookies tal-Wikipedija fl-impostazzjonijiet tal-privatezza tal-browżer. Dan japplika speċjalment jekk qiegħed tuża' kompjuter pubbliku, fejn tkun tixtieq tħassar il-kronoloġija riċenti tal-browżer (Ctrl+Shift+Del fuq il-Firefox).
Kif iżżomm il-kont tiegħek sigur
immodifikaL-utenti, speċjalment amministraturi, għandhom iżommu l-kontijiet tagħhom siguri. Jekk xi ħadd jaċċessa l-kont tiegħek u joħloq ħsara malizzjuża, ir-reputazzjoni tiegħek tista' tittappan! Hawn taħt hawn xi pariri fuq kif tista' iżżomm il-kont sigur:
- Qatt tagħti l-password tiegħek lil ħadd, lanqas lil utenti li jinsistu li huma amministraturi jew staff!
- Daħħal biss il-password tiegħek fuq sit tal-Wikimedia. Tafdax siti foloz. L-indirizz għandu jispiċċa b'wikipedia.org jew wikimedia.org.
- Żomm il-kompjuter tiegħek aġġornat bl-aħħar softwer tal-anti-virus u tal-anti-spyware.
- Il-password tiegħek trid tkun waħda li faċli tiftakarha, imma diffiċli biex taqtaha.
- Jekk tiddeċiedi li tidħol minn kompjuter pubbliku, ftakar biex toħroġ meta tlesti.
- Kun attent meta tirranja scripts għall-utenti. Uħud minnhom jistgħu jkunu programmati li jisirqu cookies u b'hekk jinsterqu l-kontijiet.