Għajnuna:Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Peress li għadek ġdid fil-Wikipedija, huwa faċli ħafna li tieħu żball. Imma tinkwieta xejn, għax ħadd m'hu perfett! Hemm xi żballji li jistgħu jiġu evitati faċilment u għalhekk ta' min joqgħod tikka attent. Qegħdin nirreferu għal żballji bħal dawn li ġejjin:
- Tagħmel entrati bħal ta' dizzjunarju. Il-pożizzjoni tagħna hija li l-Wikipedija mhux dizzjunarju. Kull artiklu għandu jgħallem xi ħaġa u mhux iservi ta’ definizzjoni sempliċi. Jekk interessat li taħdem fuq dizzjunarju, tajjeb li tkun taf li jeżisti proġett oħt, il-Wikizzjunarju li ġie maħluq apposta għad-definizzjonijiet.
- Toħloq artikli bla bżonn. Qabel toħloq artiklu ġdid, fittex daqsxejn biex tara jekk hemm artiklu diġà, jew possibilment artiklu relatat. Ikkunsidra li tkompi tibni fuq artikli eżistenti qabel tibda wieħed ġdid. Meta tkun qed tfittex, ftakar li l-ismijiet ta l-artikli huma normalment fis-singular, għalhekk taf issib "Siġra" u mhux "Siġar". Fittex ukoll fil-Google billi tuża "site:mt.Wikipedia.org <topic>"; ċerti artikli li ma jidhrux fit-tiftixa fil-Wikipedija jafu jidru bil-Google, speċjalment jekk it-termini li użajt m'humiex preżenti fit-titlu ta' l-artiklu.
- Tħassir ta’ kontenut siewi. Kontenut t'artiklu jista' jkun miktub f'mod ħażin iżda xorta waħda jaf ikun ta’ użu. Ara x’ikun qed jingħad u minflok tħassar, immodifika u iċċara l-kontenut. Jekk il-materjal jidher li mhux f’postu, ikkunsidra li tmexxi l-materjal f’paġna oħra jew inkella toħloq paġna ġdida għalih. Jekk xorta taħseb li hemm bżonn li tħassar il-kontenut, l-aħjar ħaġa tkun li ċċaqlaq il-kontenut fil-paġna ta’ diskussjoni sabiex b’hekk din tkun tista’ tiġi diskussa. L-awtur tat-test probabilment kien kitibha b’rieda tajba u allura jkun xieraq li terfa’ l-kontentut għad-diskussjoni.
- Tħassir ta' kontenut mhux imparzjali. Kontenut li jxaqqleb lejn opinjoni jista' ukoll ikun ta' użu (ara 'l fuq). Neħħi l-opinjoni u żomm il-kontenut.
- Tħassar mingħajr ma tavża l-iskop tiegħek. Ħalli kumment fil-kaxxa edit summary. Inkella, users oħra li jkunu qed jaħdmu fuq l-istess artiklu jafu jaħsbu li qed tipprova tivvandaliżża. Kumment żgħir huwa biżejjed biex jiċċara s-sitwazzjoni.
- Tħassar mingħajr ma tiġġustifika. Tħassir ta' kontenut jirrikjedi ġustifikazzjoni fl-edit summary jew fil-paġna ta' diskussjoni. Jekk ir-raġuni tkun fil-paġna ta' diskussjoni, tista' tikteb "Ara diskussjoni:" fil-kaxxa edit summary.
- L-użu tal-paġni tal-Wikipedija bħala chat Ara Kif tevita l-abbuż tal-Paġni ta' diskussjoni.
- Rispett żejjed lejn "l-awtur".
- Tikkritika minflok timmodifika. Artikli m’għandhomx awtur wieħed with one overarching plan. Billi toffri suġġeriment jew kritika fil-Paġna ta’ diskussjoni taf tkun ta’ għajnuna, iżda ħafna drabi huwa eħfef li tagħti lill-artiklu dak li għandu bżonn (b’mod responsabbli).
- Tibża' tkun kuraġġjuż. Iva, taf tieħu żball iżda dejjemissib xi ħadd ieħor li jirranġah warajk. Żomm ir-rieda t-tajba u immodifika. Tibżax!
- Tlesti għall-ġlied. Il-Wikipedija hija komunità ta' nies altruwisti li jħobbu jfittxu konsensus bejniethom. Fi kliem ieħor, flaming mhux permess. Għal iktar dwar l-imġieba fil-Wikipedija ara Wikiquette.
- Użu żejjed ta' ittri kapitali. Per eżempju, it-tieni kelma f' "Intelliġenza artifiċjali" ma tibdiex b'ittra kapitali. Din hija konvenzjoni.
- Użu żejjed ta' links. Il-Wikipedija [[tuża] ħafna links, iżda ma hemmx għalfejn teżaġera|.]]
- Taqta' qalbek għax issib xi artikli ħżiena. Ftakar li l-Wikipedija huwa xogħol għaddej; jekk jogħġbok ittolera din l-imperfezzjoni temporanja u għina nitjiebu. Kulħadd jħoss li għandu xi ħaġa x'jikkontribwixxi. Jekk xorta waħda għadek xettiku, ararispost għal oġġezzjonijiet komuni.
- Tħassar il-Paġna ta' diskussjoni tiegħek. Paġni ta' diskussjoni huma parti mill-istorja tal-Wikipedija, u l-paġna tiegħek huwa l-aħjar mod kif users oħra jkunu jistgħu jikkomunikaw miegħek. Ma fiha xejn ħażin billi kull tant żmien tnaddaf jew tarkivja l-kontenut, iżda t-tneħħija tal-kontenut minn fuq il-paġna tiegħek jaf jagħti x'jifhem li qed taħbi l-kritika minn għajn in-nies..