Għajnuna:Kif timmodifika artiklu

Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna
Indiċi

Kontenut
Kif tirreġistra
Kif timmodifika artiklu
Kif tibda artiklu
Skop u użu tal-kategoriji
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Gwida essenzjali
Wikiketta
Konvenzjonijiet

Ħoloq

Politika u linji gwida
Mistoqsijiet rikorrenti
Paġna tal-provi
Il-Pjazza
Kunsens
Sondaġġi

Il-Wikipedija hija wiki, li jfisser li kulħadd jista' faċilment jimmodifika paġna li mhix protetta, u jsalva l-bidliet li jkun għamel immedjatament, bil-verżjoni l-ġdida tkun disponibbli għal kull qarrej. M'hemmx bżonn lanqas li tirreġistra biex tagħmel dan. Wara l-ewwel modifika tiegħek, tkun sirt editur tal-Wikipedija!

Kif timmodifika paġna

immodifika

Biex tagħmel tibdil fil-kontenut ta' paġna huwa faċli ħafna. Agħfas fuq "editja" li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-paġna (jew dik biswit sezzjoni partikulari). Din tiftaħlek paġna ġdida b'kaxxa tat-test li jinkludi fih it-test modifikabbli tal-paġna partikulari.

F'din il-kaxxa, tista' tikteb it-test li tixtieq iżżid, billi tagħmel użu mill-markup tal-wiki biex tirranġa t-test u żżid elementi oħra bħal stampi u tabelli. Referenza ħafifa lejn il-markup tal-wiki tista' tinfetaħ f'tieqa oħra billi tagħfas fuq 'Gwida', li tinsab qrib il-buttuna 'Salva l-paġna'.

Meta tkun spiċċajt mill-modifika tiegħek, tista' tikteb taqsira qasira tal-modifika tiegħek fil-kaxxa qrib 'Taqsira'. Biex tara kif paġna tidher wara li tkun għamilt it-tibdil tiegħek, agħfas il-buttuna "Dehra proviżorja". Biex tara d-differenzi bejn il-paġna bil-modifiki tiegħek u l-verżjoni preċedenti tal-paġna, agħfas "Uri t-tibdiliet". Jekk int sodisfatt b'dak li qed tara, kun ċert u agħfas il-buttuna "Salva l-paġna". It-tibdil tiegħek se jidhru awtomatikament lil kull qarrej.

Nota: Tiffirmax it-Taqsira bil-firma tiegħek ~~~~ minħabba li hawnhekk ma taħdimx

Il-komunità tal-Wikipedija żviluppat linji gwida tal-istil biex tagħmel l-artikli u l-fatti jidhru b'mod standard, u biex tħaffef l-użu tal-Wikipedija.

Jekk iżżid xi informazzjoni fuq paġna, jekk jogħġbok ipprovdi referenzi, minħabba li fatti li m'għandhomx referenza hemm ċans li jitneħħew.

Paġni ta' diskussjoni

immodifika

Paġni ta' diskussjoni jvarjaw mill-artikli, fejn barra l-opzjoni li timmodifika l-paġna sħiħa, għandhom ukoll opzjoni oħra "+" biex tibda sezzjoni ġdida.

Modifika minuri

immodifika

Meta tagħżel l-opzjoni tal-"modifika minuri" jfisser li d-differenza bejn il-verżjoni bil-modifika tiegħek u dik preċedenti hi waħda superfiċjali. Dawn jistgħu jinkludu tiswija ta' xi kliem, formattjar u bidla fil-preżentazzjoni, it-tibdil ta' kliem mingħajr ma timmodifika l-kontenut, etċ. Modifika minuri hi verżjoni fejn l-editur jemmen li m'għandha bżonn ta' ebda reviżjoni u m'hi qatt suġġett għal kunflitt. L-opzjoni tal-"modifika minuri" hi waħda minn ħafna opzjonijiet disponibbli biss għal utenti reġistrati.

Modifiki maġġuri

immodifika

Kull editur huwa mħeġġeġ li jkun żgur tiegħu nnifsu, imma hemm ċerti affarijiet li utent jista' jagħmel biex jassigura li modifiki kbar isiru b'mod lixx. Qabel ma ssir modifika importanti, utent għandu jikkunsidra li jiddiskuti t-tibdil propost fil-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu rispettiv. Matul il-modifika, jekk il-modifika qed issir f'perjodu estiż, uża l-mudell {{WIP}} sabiex tnaqqas iċ-ċans ta' kunflitti ta' edizzjoni. Ġaladarba l-modifika ġiet kompluta, it-taqsira tiswa biex tiddeskrivi dak li sar. Dawn il-passi jgħinu lil kulħadd biex jiġi assigurat li modifiki maġġuri huma milqugħa sewwa mill-komunità Wikipedjana.

Modifika maġġuri għandha tiġi reviżjonata sabiex tikkonferma li hi konsenswali għal kull editur ikkonċernat. B'hekk, kull bidla li taffettwa t-tifsira tal-artiklu hi maġġuri (u mhux minuri), anke jekk il-modifika hi kelma waħda.

M'hemm l-ebda termini x'wieħed għandhu jsegwi sabiex jagħmel modifika maġġuri, imma r-rakkomandazzjonijiet mogħtiha hawn fuq huma l-aktar apprezzati. Jekk taħdem għal rasek, iċ-ċans huwa ikbar li l-modifiki tiegħi jerġgħu jiġu modifikati.

Meta tkun qiegħed tagħmel modifika kbira huwa suġġerit li tikkopja f'ċerti intervalli l-kodiċi tal-artiklu li qed taħdem fuqu u tpoġġieh ġo editur tat-test (preferibbilment wieħed mingħajr formattjar, bħan-Notepad) sabiex tassigura ruħek li jekk jikkraxxja l-browżer ma titlifx xogħlok. Tkun idea tajba li ssalva l-paġna fi stadji hekk kif iżżid ammont sostanzjali ta' xogħol.

Il-markup tal-wiki hi l-informazzjoni żejda (barra mit-test li se jidher) li ddaħħal fil-kaxxa tal-modifika li tgħid lis-softwer tal-MediaWiki kif turi, tikkategorizza u tipproċessa l-artiklu.

Aktar informazzjoni

immodifika

Kif tibda

immodifika

Politiki u konvenzjonijiet

immodifika

Kun żgur li dak li tikteb huwa relevanti għall-għan speċifiku tal-wiki, inkella l-kontenut tiegħek jista' jiġi mħassar. Tista' dejjem tuża' l-paġna ta' diskussjoni biex issaqsi mistoqsijiet jew tiċċekkja jekk l-idea tiegħek hix se tiġi aċċettata. Iċċekkja wkoll il-liċenzja taħt liema l-kontribuzzjonijiet tiegħek se jkunu koperti.

Isem u tmexxija ta' aritkli

immodifika

Stil u tqassim tal-artiklu

immodifika