MediaWiki huwa softwer ta' magna għall-wiki b'xejn u b'sors miftuħ. Huwa kien żviluppat għall-użu fuq il-Wikipedija fl-2002, u ngħata l-isem "MediaWiki" fl-2003.[1] Għadu jintuża fuq il-Wikipedija u kważi l-websajts l-oħra kollha tal-Wikimedia, inklużi Wiktionary, Wikimedia Commons u Wikidata; dawn is-siti jkomplu jiddefinixxu parti kbira mir-rekwiżit stabbilit għal MediaWiki.[2] Oriġinarjament MediaWiki kien żviluppat minn Magnus Manske u mtejjeb minn Lee Daniel Crocker.[3][4] Eventwalment, l-iżvilupp tiegħu kien ikkoordinat mill-Fondazzjoni Wikimedia.

MediaWiki huwa miktub bil-lingwa ta' programmazzjoni PHP u jaħżen il-kontenut tat-test kollu f'database. Is-softwer huwa ottimizzat biex jimmaniġġja b'mod effiċjenti proġetti kbar b'kapaċità ta' terabytes ta' kontenut u mijiet ta' eluf ta' hits kull sekonda.[2][5] Minħabba li l-Wikipedija hija waħda mill-akbar websajts tad-dinja, kien importanti għall-iżviluppaturi li jibnu sistema ta' skalabbiltà permezz ta' għadd ta' saffi ta' caching u r-replikazzjoni tad-database. Aspett ewlieni ieħor tal-MediaWiki huwa l-internazzjonalizzazzjoni tiegħu; l-interface tiegħu huwa disponibbli f'iktar minn 300 lingwa.[11] Is-softwer għandu aktar minn 1,000 settings tal-konfigurazzjoni[6] u aktar minn 1,800 estensjoni disponibbli biex jippermettu li diversi karatteristiċi jiġu miżjuda jew mibdula.[7]

Minbarra l-użu fuq is-siti tal-Wikimedia, MediaWiki jintuża bħala sistema tal-immaniġġjar tal-għarfien u tal-ġestjoni tal-kontenut fuq bosta eluf ta' websajts, pubbliċi u privati, inklużi l-websajts wikiHow u Liquipedia, u installazzjonijiet fuq intranet ewlenin bħal Intellipedia u Diplopedia. F'Malta jintuża ukoll fuq il-wiki tal-M3P.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "MediaWiki history" (bl-Ingliż). MediaWiki. Miġbur 2013-08-04.
  2. ^ a b "What is MediaWiki?" (bl-Ingliż). Miġbur 2013-08-04.
  3. ^ Magnus Manske's announcement of "PHP Wikipedia", wikipedia-l, 2001-08-24
  4. ^ Barrett, Daniel J. (Ottubru 2008). MediaWiki (bl-Ingliż). O'Reilly Media. ISBN 978-0-596-51979-7.
  5. ^ "Wikipedia:Statistics – Wikipedia, the free encyclopedia" (bl-Ingliż). Miġbur 2010-05-30.
  6. ^ "Category:MediaWiki configuration settings" (bl-Ingliż). 2016-09-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-11-10. Miġbur 2016-09-11.
  7. ^ "Extension Matrix" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-09-11. Miġbur 2017-09-06.