Dong Fangzhuo
Dong Fangzhuo (twieled fit-23 ta' Jannar 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ċiniż li kien jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 23 ta' Jannar 1985 Dalian, Ċina | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2002 | Dalian Saidelong | ||
2002–2004 | Dalian Shide | ||
2004–2008 | Manchester United | ||
2004–2006 | → Royal Antwerp (self) | ||
2008–2010 | Dalian Haichang | ||
2010 | Legia Warsaw | ||
2010–2011 | Portimonense | ||
2011 | Mika | ||
2012–2013 | Hunan Billows | ||
2014 | Hebei Zhongji | ||
Tim nazzjonali | |||
2005–2008 | Ċina |
Karriera
immodifikaĊina
immodifikaDong ġie fil-prominenza fis-sena 2000 meta hu ġie msejjaħ Plejer tat-Turnew f'kompetizzjoni tal-futbol għal taħt is-sbatax-il sena. Huwa ffirma mat-tim ta' Dalian Saidelong u għenhom biex jispiċċaw it-tieni post tal-kampjonat Ċiniż B fl-2002. Din tagħtu ċ-ċans fit-tim Ċiniż ta' taħt it-tlieta u għoxrin sena. Hu mexa għal mat-tim Dalian Shide, l-aktar klabb b'suċċessi fiċ-Ċina. Dong skorja l-ewwel gowl għal Dalian Shide fit-tieni partita tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-AFC Champions League 2002–03.
Ewropa
immodifikaF'Jannar 2010, Dong ingħaqad mat-tim ta' Manchester United għal somma inizzjali ta' £500,000 li eventwalment setgħet titla' għal £3,500,000 skont in-numru ta' dehriet li jagħmel.[1] B'hekk hu sar l-ewwel Ċiniż li ngħaqad ma' Manchester United. Minħabba li ma kienx eleġibbli għal permess tax-xogħol, Dong ġie msellef lit-tim Belġjan ta' Royal Antwerp fil-Belġju biex jakkwista aktar esperjenza mal-ewwel tim
Fl-ewwel staġun hu skorja gowl wieħed f'disa' apparenzi. It-tieni staġun (2004–05) beda tajjeb hekk kif hu irnexxielu jsib ix-xibka sitt darbiet minn seba' dehriet (kollha bħala sostitut). Madanakollu, minħabba li kien sofra xi problemi fiżiċi u anki minħabba dmirijiet mat-tim nazzjonali taċ-Ċina taż-żgħar, il-forma tiegħu iddeterjorat fl-aħħar parti tal-istaġun hekk kif hu skorja seba' gowls fi 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Fil-bidu tal-istaġun ta' wara, hu ġie msejjaħ biex jingħaqad mat-tim ta' Manchester United għal xi logħob ta' ħbiberija ta' qabel l-istaġun li kienu se jintlagħbu ġewwa l-Asja u ngħata n-numru 43. Id-debutt wasal kontra Hong Kong XI u dan id-debutt immarkah b'gowl fir-rebħa ta' 2–0.
Fl-istaġun 2005–06 ma' Royal Antwerp, Dong impressjona hekk kif hu spiċċa l-aqwa skorer kemm għat-tim tiegħu kif ukoll fil-kampjonat Belġjan meta skorja 18-il gowl fosthom żewġ tripletti. Fl-2006, hu reġa' ngħaqad ma' Manchester United fil-logħob ta' qabel l-istaġun din id-darba fl-Afrika t'Isfel. Hu skorja l-gowl tar-rebħa kontra Kaiser Chiefs. Kien irrappurtat li Dong kellu ċ-ċans li jikseb iċ-ċittadinanza Belġjana, però din l-għażla kienet ittelfu ċ-ċittadinanza Ċiniżau b'hekk ma ġiet qatt ikkunsidrata.
Hu beda l-istaġun 2006–07 f'forma tajba ma' Antwerp hekk kif skorja ħdax-il gowl fi ħmistax-il preżenza. Fil-15 ta' Diċembru 2006, wara tliet snin mit-trasferiment għall-klabb ta' United, Dong finalment ingħata permess tax-xogħol fir-Renju Unit wara li għamel dehriet biżżejjed għat-tim nazzjonali Ċiniż fis-sentejn ta' qabel. Bl-eleġibbilità tiġi kkonfermata, hu ġie ngħata kuntratt ġdid sal-2010,[2] u ngħaqad mal-ewwel tim ta' Manchester United fis-17 ta' Jannar 2007, fejn ingħata l-flokk numru 21.
Dong iddebutta f'Old Trafford għal Manchester United f'logħba ta' karità kontra Europe XI fit-13 ta' Marzu 2007. Hu ssostitwixxa lil Alan Smith fit-72 minuta fir-rebħa ta' 4–3. Hu kien plejer regolari fit-tim tar-riservi ta' Manchester United, u fid-9 ta' Mejju 2007, Dong għamel id-debutt fil-Premier League għal United kontra Chelsea fi Stamford Bridge, fejn ma' Ole Gunnar Solskjær ifforma l-koppja offensiva tar-Red Devils.
Fit-12 ta' Diċembru 2007, Dong iddebuta fiċ-Champions League fejn daħal bħala sostitut fl-aħħar partita tal-fażi ta' kwalifikazzjoni kontra Roma, fejn ħa post l-attakkant Wayne Rooney. B'din id-dehra, Dong sar biss it-tieni plejer Ċiniż li qatt deher f'din il-kompetizzjoni tant prestiġjuża għall-klabb Ewropej; l-ewwel wieħed kien Sun Xiang.
Qabel il-bidu tal-istaġun 2008–09, Dong ma ngħatax numru tat-tim, bin-numru 21 jieħdu ż-żagħżugħ Rafael Pereira da Silva. Fit-28 ta' Awwissu 2008, Dong u Manchester United qablu unanimament li l-kuntratt jiġi mħassar biex b'hekk ikunu jista' jsib tim ieħor biex jilgħab aktar mal-ewwel tim.[3]
Lura ċ-Ċina
immodifikaFis-27 ta' Awwissu 2008, l-istampa Ċiniża ħabbret li Dong Fangzhuo kien se jingħaqad mal-klabb Dalian Haichang, fejn ingħata n-numru 9. Madanakollu l-prestazzjonijiet tiegħu ftit li xejn tjiebu, minkejja aspettattivi kbar wara l-esperjenza tiegħu fl-Ingilterra. Riżultat t'hekk spiċċa relegat mat-tim tar-riservi.
Legia Warszawa
immodifikaWara li attenda kamp ta' taħriġ mal-klabb Pollakk ta' Legia Warsaw fi Spanja u Ċipru, Dong iffirma kuntratt ta' tmintax-il xahar b'opzjoni għal sentejn oħra skont il-prestazzjonijiet mal-klabb.[4]
Portimonense
immodifikaIl-klabb mit-tieni diviżjoni Portugiża, Portimonense, wara rakkomandazzjoni mill-eks-plejer ta' Manchester United Cristiano Ronaldo, iffirmaw lil Dong f'kuntratt ta' sena f'Awwissu 2010.[5]
Internazzjonali
immodifikaDong kien fit-tim Ċiniż li pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja ta' taħt l-20 sena 2005. Hu ħa sehem fi tliet partiti minn total ta' erbgħa, kollha ħala sostitut.
Dong skorja l-ewwel gowl għat-tim nazzjonali Ċiniż fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżvizzera f'logħba ta' ħbiberija qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja 2006. Dong ħa sehem riċentament fl-Olimpjadi tas-sajf 2008 fejn fil-partita tal-ftuħ kontra New Zealand daħal bħala sostitut għal Han Peng fid-79 minuta, u kien hu li skorja l-gowl li kiseb pari importanti.
Pronunzja tal-isem
immodifikaIl-pronunzja korretta tal-isem ta' Dong hu "Dong Fangzhuo", u mhux "Dong Fangzhou". Il-karattru Ċiniż 卓 fil-Pinyin hi zhuó. Iż-zhuo tal-Pinyin tista' tirreferi ta' wieħed min-numru ta' karattri Ċiniżi - 周 (zhōu), 軸 (zhóu), 肘 (zhǒu) jew 宙 (zhòu). L-iżball hu komunament magħmul minn aġenziji tal-aħbarijiet mill-Punent, bħal BBC u anki l-Premier League, fil-lista tal-iskwadra qabel il-logħba.
Statistika tal-karriera
immodifikaKlabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Total | |||
---|---|---|---|---|---|---|---|
App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
Dalian Saidelong | 2002 | 14 | 20 | 2 | 5 | 16 | 25 |
Dalian Shide | 2003 | 8 | 0 | 0 | 0 | 8 | 0 |
Royal Antwerp | 2003–04 | 9 | 1 | 0 | 0 | 9 | 1 |
2004–05 | 19 | 6 | 3 | 1 | 22 | 7 | |
2005–06 | 28 | 18 | 1 | 0 | 29 | 18 | |
2006–07 | 14 | 9 | 1 | 2 | 15 | 11 | |
Manchester United | 2006–07 | 1 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 |
2007–08 | 0 | 0 | 2 | 0 | 2 | 0 | |
Dalian Shide | 2008 | 5 | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 |
Total | 93 | 54 | 9 | 8 | 107 | 62 |
Referenzi
immodifika- ^ "Man Utd sign Shide striker Dong Fangzhuo" (bl-Ingliż). CHINAdaily. 2004-01-13. Miġbur 2007-02-28.
- ^ "New United deal for Dong" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2007-01-17. Miġbur 2007-02-28.
- ^ "Reds confirm Dong exit" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2008-08-28.
- ^ "Aktualności - Sylwester Czereszewski: Dong to dobry transfer" (bil-Pollakk). Legia. 2010-02-23.
- ^ "Ronaldo helps ex-Man Utd teammate Dong clinch Portimonense move" (bl-Ingliż). TribalFootball. 2010-08-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-09. Miġbur 2010-08-25.
Ħoloq esterni
immodifika- Dong Fangzhuo fuq Soccerbase