Fenek ta' denbu qotni

(Rindirizzat minn Denb il-qoton)

Fenek ta' denbu qotni jew kif jissejjaħ ukoll denb qotni u denb il-qoton, jista' jkun wieħed minn sbatax-il speċi ta' lagomorfi leporidi, li jagħmlu parti mill-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha u kollha klassifikati fil-ġeneru Sylvilagus maqsuma ma' tliet sottoġeneri (Microlagus, Sylvilagus u Tapeti).

Fenek ta' denbu qotni
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Sottodiviżjoni: 16-il speċi
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Gray, 1867

L-ispeċi kollha ta' dnieb qotnin huma nattivi tal-kontinenti Amerikani u huma kkunsidrati bħala fniek għax kollha jkollhom iż-żrameġ bla pil, għomja u totalment dipendenti fuq l-omm fit-twelid.

Il-fniek ta' denbhom qotni, fl-apparenza tagħhom huma simili ħafna tal-Fenek Ewropew selvaġġ Oryctolagus cuniculus. L-isem ta' dawn il-fniek ġej mill-fatt li l-biċċa l-kbira tal-ispeċi għandhom denbhom abjad fuq in-naħa ta' taħt magħmul minn pil fin ħafna qisu qoton. Din il-parti tad-denb juruh biċ-ċar waqt li jkunu qegħdin jaħarbu mil-periklu. Madankollu, din il-karatteristika mhijiex tal-ġeneru Sylvilagus biss (eż. il-Fenek Ewropew ukoll għandu dan it-tip ta' denb), u lanqas il-membri tal-ġeneru Sylvilagus kollha ma għandhom din il-karatteristika (eż. il-Fenek xkupilja Sylvilagus bachmani għandu n-naħa ta' taħt ta' denbu kulur ġriż).

Il-ġeneru Sylvilagus għandu distribuzzjoni wiesgħa mal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dawn l-ispeċi huma iżolati ġeografikament jew għandhom distribuzzjoni limitata f'reġjuni partikulari. Minbarra fl-Amerika ta' Fuq dan il-ġeneru huwa preżenti fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel ukoll bi ftit speċi.

Speċijiet

immodifika

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika