Amedeo Preziosi
Amedeo Preziosi (2 ta’ Diċembru 1816 – 27 ta’ Settembru 1882) kien pittur u vjaġġatur Malti magħruf għall-akwarelli u l-istampi tiegħu tal- Balkani, l-Imperu Ottoman, u r-Rumanija.
Amedeo Preziosi | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Aloysius-Rosarius-Amadeus-Raymundus-Andreas |
Twelid | Malta, 2 Diċembru 1816 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Yeşilköy (en) , 27 Settembru 1882 |
Familja | |
Aħwa |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Beaux-Arts de Paris |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | pittur |
Moviment |
neoclassicism (en) romantiċiżmu |
Psewdonomu | Amedeo |
Moviment artistiku |
arti pajsaġġistika ritratt pittura tal-ġeneru |
Bijografija
immodifikaAmedeo Preziosi twieled fl-1816 minn familja nobbli f’Malta. Missieru, Giovanni Francesco Preziosi, kellu funzjonijiet ta’ livell għoli fl-amministrazzjoni lokali u rrappreżenta lill-poplu Malti fin-negozjati tat -Trattat ta’ Amiens fl-1802, filwaqt li ommu, Margareta née Reynaud, kienet ta’ oriġini Franċiża.[1] Amedeo, l-ewwel wild tal-familja Preziosi, tgħammed fil-Knisja ta' Porto Salvo fil-Belt Valletta u ngħata l-isem Aloysius-Rosarius-Amadeus-Raymundus-Andreas.[2] Ħuh iż-żgħir Leandro Preziosi sar wieħed mill-pijunieri tal-fotografija bikrija f’Malta.[3]
Amedeo kien miġbud lejn l-arti minn età żgħira u kien mgħallem minn Giuseppe Hyzler, pittur magħruf ħafna f'Malta f'dak iż-żmien.[4] Filwaqt li missieru ried li Amedeo jistudja l-liġi, u bagħtu jistudja fl-Iskola tal-Liġi f'Sorbonne, Amedeo kien aktar interessat fl-arti u biex ikompli l-istudji tiegħu tal-pittura fl-École des Beaux-Arts.[4] Wara li mar lura d-dar, Amedeo ma sabx f’Malta ambjent addattat għal artist, speċjalment peress li missieru ma kienx approva l-karriera li għażel għalih innifsu. Amedeo għalhekk għażel li jħalli l-gżira u jmur lejn il- Lvant Qarib, żona imfittxija sew mill-artisti sħabi ta' Pariġi. Is-sena meta telaq minn Malta lejn Istanbul mhix magħrufa, iżda huwa maħsuba li kienet bejn l-1840 u l-1842.[4]
L-ewwel tpinġijiet tiegħu ta' Istanbul huma datati Novembru 1842. Sentejn wara, fl-1844, Preziosi ġie kkummissjonat minn Robert Curzon, is-segretarju privat tal-Ambaxxatur Brittaniku għal Istanbul, Lord Stratford Canning, l-1 Viscount Stratford de Redcliffe biex joħloq album imsejjaħ Kostumi ta' Kostantinopli, li issa jinsab fil-kollezzjonijiet tal- British Museum.[5]
Fi żmien meta l-kartolini u l-arti fotografika kienu għadhom fil-bidu tagħhom, Preziosi offra lit-turisti u l-viżitaturi Ewropej ta' Istanbul tpinġijiet tal-belt u l-madwar. Fl-1858, iddeċieda li jippubblika l-aktar xogħlijiet popolari bħala litografi fil-ħanut tax-xogħol ta' Lemercier f’Pariġi. L-album tal-kromolitografija, bl-isem Stamboul, Recollections of Eastern Life u editjat mill-ġdid fl-1861 bħala Stamboul, Souvenir d'Orient kien imfassal fuq il-ġebla litografika minn Preziosi nnifsu. Huwa ppubblika t-tieni album, Souvenir du Caïre, li jinkludi tpinġijiet li għamel waqt vjaġġ lejn l-Eġittu [5]
Preziosi żżewweġ mara Griega f'Istanbul, li magħha kellu erbat itfal: Mathilde, Giulia, Catherine u Roberto. Huma kienu jgħixu f'Hamalbaşi Sokagi f'Pera u aktar tard fir-raħal kwiet ta' San Stefano (illum Yeşilköy ), 'il bogħod mill-aġitazzjoni tal-belt.[6]
Preziosi kien profiċjenti fil-lingwi tar-reġjun (il-Grieg u t-Tork), kif ukoll fil-lingwi Ewropej ewlenin (l-Ingliż, il-Franċiż, u t-Taljan) u ħadem bħala deputat tad-dragoman tal-Ambaxxata Ingliża kif ukoll bħala l-Ewwel Dragoman tal-legazzjoni Griega.[6]
Il-ħanut tax-xogħol tiegħu kien regolarment jilqa' fih turisti li xtaqu jmorru lura d-dar b’tifkira ta’ Istanbul, u fost il-mistednin tiegħu kien hemm, f’April 1869, Edward VII tar-Renju Unit, dak iż-żmien il-Prinċep ta’ Wales, li xtara mingħandu diversi akwarelli. Fl-1866, hekk kif il-Prinċep il-ġdid tar-Rumanija, Carol I żar Istanbul, iltaqa’ ma’ Preziosi u stiednu r-Rumanija biex jagħmel akkwarelli tal-pajsaġġi u n-nies tal-pajjiż.[7]
Preziosi mar ir-Rumanija f’Ġunju 1868 u beda jpinġi xeni minn Bukarest kif ukoll diversi oħrajn madwar il-pajjiż, inklużi ftit li juru lill-Prinċep Carol I. L-abbozzi li pinġa aktar tard jinbidlu f’akwarelli fil-ħanut tax-xogħol f’Istanbul, biex jibigħu lill-Prinċep tar-Rumanija għal prezzijiet li jvarjaw minn 300 sa 1200 Frank.[8] Is-sena ta’ wara, bejn it-30 ta’ Mejju u l-15 ta’ Lulju, Preziosi reġa’ qatta’ żmien fir-Rumanija. It-tpinġijiet tiegħu, bil-lapes, bil-linka u bl-akwarelli jinstabu fi sketchbook La Valachie par Preziosi, li issa jinsab fil-Mużew Muniċipali f’Bukarest.[9]
Wara r-ritorn tiegħu mill-aħħar vjaġġ tiegħu fir-Rumanija, ftit hu magħruf dwar Preziosi. Huwa kompla jaħdem fuq l-arti tiegħu f'Istanbul, iżda hekk kif il-fotografija nfirxet aktar, l-akwarelli tiegħu ma baqgħux daqshekk profittabbli, peress li l-kopji kienu ħafna irħas u bla limitu minn ritratt wieħed.[10]
Preziosi nqatel bi sparatura aċċidentlai ta' arma tan-nar waqt il-kaċċa. Huwa kien midfun fiċ-ċimiterju Kattoliku ta' Yeşilköy, f'Istanbul.
Legat
immodifikaWara mewtu, ix-xogħlijiet tiegħu ġew minsija għal għexieren ta' snin. F'Bukarest, ix-xogħlijiet tiegħu reġgħu ġew ippreżentati lill-pubbliku fl-1934. Fl-1985, xi xogħlijiet tiegħu ġew esebiti f'wirja ddedikata lilu fil-Victoria and Albert Museum ta' Londra. Fl-2003, wirja tax-xogħlijiet tiegħu ġiet organizzata fil-Mużew ta' Bukarest.[11]
Xogħlijiet
immodifika-
Il-Gran Bazaar
-
Il-Bażar tal-Ħarir
-
Kafè f'Istanbul
-
Sufi jduru
-
Dgħajjes ta' Istanbul
-
Ix-Xmara Dâmbovița f'Bukarest
-
Żjara ta’ Carol I fil-Monasteru ta’ Pasărea, Wallachia
-
Merċenarji Albaniżi
-
F'Park Tork
-
Il-Bejjiegħ tat-Te minn Souvenir tal-Kajr 1862
Sorsi
immodifika- Adrian-Silvan Ionescu, Preziosi în România, Noi Media Print, 2003,ISBN 973-85881-6-2
Referenzi
immodifika- ^ Ionescu, p. 14
- ^ Ionescu, p. 14-15
- ^ Times of Malta, Leandro Preziosi
- ^ a b ċ Ionescu, p. 15
- ^ a b Ionescu, p. 16
- ^ a b Ionescu, p. 19
- ^ Ionescu, p. 19-20
- ^ Ionescu, p. 20; 25;27
- ^ Ionescu, p. 28-29
- ^ Ionescu, p. 40
- ^ "Amedeo Preziosi: Painter of an Exotic, Vanished World", SE Times, July 14, 2003
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Amedeo Preziosi (Amedeo Preziosi) |