Dr. Albert Victor Hyzler (twieled fl-20 ta' Novembru 1916 – miet fis-26 ta' Ottubru 1993) kien aġent President ta' Malta mis-27 ta' Diċembru 1981 sal-15 ta' Frar 1982.

Albert Hyzler
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Valletta, 20 Novembru 1916
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 26 Ottubru 1993
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
tabib

Iben il-Professur Joseph Hyzler u Marietta Muscat Fenech, Dr. Hyzler studja l-Liċeo u fl-Università Rjali ta' Malta u ggradwa bħala tabib.

Dr. Hyzler daħal għall-politika wara t-Tieni Gwerra Dinjija u kkontesta b'suċċess l-elezzjonij ġenerali tal-1947 mal-partit ta' missieru, id-DAP. Il-partit xolja f-1950. Dr. Hyzler reġa' kkontesta b'suċċess l-elezzjoni ġenerali tal-1951 mal-partit ta' Pawlu Boffa, il-Malta Workers Party, li fforma koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista. Matul dik il-leġiżlatura, Dr. Hyzler nħatar Ministru tas-Saħħa imma kellu jirreżenja wara tliet snin għax ivvota kontra l-mexxej tal-partit tiegħu u minħabba l-oppożizzjoni persistenti kontra l-Prim Minstru Dr. Ġorġ Borg Olivier.

Dr. Hyzler imbagħad mar mal-Partit Laburista f'Ottubru tal-1953, u għamel l-ewwel diskors tiegħu iż-Żurrieq f'Novembru 1953. Ġie elett fl-elezjonijiet tal-1955, 1962, 1966, u tal-1971. Fl-1955 ingħata l-kariga ta' Ministru tas-Saħħa u Servizz Soċjali u baqa' fiha sa April tal-1958. Fis-snin ħamsin kien kontributur regolari fil-gazzetta tal-Partit Laburista Is-Sebħ. Meta fl-1971, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni, Dr. Hyzler inħatar Ministru tal-Iżvilupp u l-Posta u mbagħad reġa' sar Ministru tas-Saħħa (1974–1976).

Dr. Hyzler irtira fl-20 ta' Settembru 1976 imma reġa' ġie msejjaħ biex iservi bħala Aġent President tar-Repubblika ta' Malta minn Diċembru tal-1981 sa Frar tal-1982.

Ħoloq esterni

immodifika
Predeċessur
Anton Buttigieg
President ta' Malta
(aġent)
1981–1982

Suċċessur
Agatha Barbara