Ċimiterju tal-Addolorata
Iċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata (oriġinarjament magħruf bit it-Taljan bħala: Cimitero di Santa Maria Addolorata [1][2]), spiss magħruf sempliċement bħala ċ-Ċimiterju tal-Addolorata, huwa ċimiterju Neo-Gotiku tal-istat li jinsab f'Raħal Ġdid, Malta. F'dan iċ-ċimiterju hemm midfuna nies ta' fidijiet varji, iżda prinċipalment huwa ddominat minn dfin Kattoliku. Huwa l-akbar post tad-dfin fil-pajjiż u ġie mkabbar diversi drabi. Nies ta’ kull sfond soċjali huma midfuna fiċ-ċimiterju, u jikkonsisti minn lapidi temporanji b'tifkira tal-mewt (li jitneħħew wara ċertu żmien) għal monumenti permanenti inklużi kappelli li jappartjenu għal familji privati. Dan iċ-ċimiterju huwa fih bosta Musolej antiki u statwi tal-irħam u l-bronż. Fih hemm ukoll oqbra tal-gwerra tal-Commonwealth.
Data meta nħoloq | 9 Mejju 1869 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Raħal Ġdid |
Koordinati | 35°52′8″N 14°30′1″E |
Storja
immodifikaIċ-ċimiterju nbena bejn l-1862 u l-1868 fuq għolja magħrufa bħala Tal-Ħorr (magħrufa ukoll bħala Tal-Palma)[3] li fuqha diġà kien hemm post tad-dfin sa minn żminijiet preistoriċi.[4] Iċ-ċimiterju u l-kappella nbnew b'disinn neo-gotiku bbażat fuq disinni tal-perit Emanuele Luigi Galizia . Din infetħet fid-9 ta’ Mejju 1869. Minkejja dan, l-ewwel difna saret fit-23 ta’ Jannar 1872.
Iċ-ċimiterju ġie mkabbar għall-ewwel darba fis-snin sebgħin tas-seklu 20.
Iċ-ċimiterju fih 277 interamenti u kommemorazzjonijiet identifikati ta' nies militari maqtula fil-pajjiż fl-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija. Għad ta' oqbra huma mmarkati minn lapidi tal-Commonwealth War Graves Commission (CWGC).[5]
Il-lingwa użata fil-lapidi sal-1934 normalment hija t-Taljan, imbagħad prinċipalment l-Ingliż sas-snin sittin. F'lapidi aktar riċenti, l-aktar lingwa użata ta' spiss hija l-Malti.
Kappella
immodifikaIl-Kappella ikonika neo-gotika iddedikata lill-Madonna (l-isem oriġinali bit-Taljan kien Cappella della Beata Vergine Addolorata)[6] hija ċ-ċentru ta' attrazzjoni fi ħdan il-kumpless kollu. Iċ-ċimiterju huwa mibni madwar il-kappella, li tinsab fuq l-ogħla parti tal-għolja. L-kampnar tagħha jidher minn mili 'l bogħod fuq is-siġar tal-madwar. Għalkemm il-kappella mhux denominazzjonali, sal-2010 kienet ikurata mill- Kapuċċini Franġiskani sal-2010.[7]
Referenzi
immodifika- ^ Malta (1872). Laws Made by the Legislature During the Year ... (bl-Ingliż). Government Press.
- ^ Courts, Malta (1891). Kollezzjoni ta' deċiżjonijiet tal- qrati superjuri ta' Malta (bit-Taljan). Stamperija tal-gvern.
- ^ Malta (1872). Laws Made by the Legislature During the Year ... (bl-Ingliż). Government Press.
- ^ Scerri, John. "Cemeteries". malta-canada.com. Miġbur 12 May 2017.
- ^ "Addolorata Cemetery". Commonwealth War Graves Commission.
- ^ Ferris, Achille (1866). Descrizione storica delle chiese di Malta e Gozo (bit-Taljan).
- ^ "Addolorata Cemetery Chapel closed". Times of Malta. 10 January 2011. Arkivjat minn l-oriġinal fl-12 June 2018.