Tomasz Kuszczak
Tomasz Mirosław Kuszczak (twieled fl-20 ta' Marzu 1982) huwa eks-plejer tal-futbol Pollakk li kien jilgħab bħala gowler.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Tomasz Mirosław Kuszczak | ||
Twelid | 20 ta' Marzu 1982 Krosno Odrzańskie, Polonja | ||
Tul | 1.91[1] | ||
Rwol | Gowler | ||
Mixtliet | |||
1998–1999 | Śląsk Wrocław | ||
1999–2000 | Uerdingen | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2000–2004 | Hertha BSC II | ||
2001–2004 | Hertha BSC | ||
2004–2007 | West Bromwich Albion | ||
2006–2007 | → Manchester United (self) | ||
2007–2012 | Manchester United | ||
2012 | → Watford (self) | ||
2012–2014 | Brighton & Hove Albion | ||
2014–2015 | Wolves | ||
2015–2019 | Birmingham City | ||
Tim nazzjonali | |||
1998 | Polonja U16 | ||
2000 | Polonja U18 | ||
2001–2003 | Polonja U21 | ||
2003–2012 | Polonja |
Kuszczak beda l-karriera tiegħu ma' Śląsk Wrocław fil-Polonja, u suċċessivament ingħaqad mat-timijiet Ġermaniżi ta' KFC Uerdingen 05 u Hertha BSC Berlin, qabel ma' fl-2004 ingħaqad mat-tim Ingliż ta' West Bromwich Albion. Matul is-sajf tal-2006 hu ttrasferixxa mat-tim ta' Manchester United wara staġun mal-ewwel tim ta' West Brom fil-Premiership.
Kuszczak għamel erbatax-il apparenza għat-tim nazzjonali tal-Polonja ta' taħt il-21 sena, u sitt apparenzi mat-tim tal-kbar.
Karriera
immodifikaHertha Berlin
immodifikaKuszczak ingħaqad ma' Hertha Berlin fis-sena 2000, u qatta' sena mat-tim tar-riservi qabel ma kien promoss mal-ewwel tim fl-2001. Hu sussegwentament dam tliet staġuni bħala t-tielet għażla ta' gowler mal-klabb, wara Gábor Király u Christian Fiedler, u naqas biex jagħmel apparenza fil-Bundesliga. Hu kien barra mill-kuntratt ma' Hertha u wara ffirma mat-tim ta' West Brom fl-14 ta' Lulju 2004.[2]
West Bromwich Albion
immodifikaHu ddebutta mat-tim ta' West Brom fit-18 ta' Settembru 2004 f'logħba tal-Premiership kontra Fulham f'The Hawthorns, li spiċċat pari ta' 1-1. Wara hu lagħab partita tal-League Cup kontra Colchester United fil-21 ta' Settembru 2004 fejn Albion tilfu 1–2.
Kuszczak kien bejn il-lasti f'partita waħda tal-Premier League qabel il-logħba ta' West Brom kontra Manchester United fil-partita ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun 2004-05, bil-"Baggies" f'battalja tar-relegazzjoni. Hu għamel prestazzjoni tajba ħafna, fejn issostitwixxa lill-ewwel gowler Russell Hoult li kien weġġa' fl-ewwel taqsima. West Brom spiċċaw pari ta' 1–1, b'Kuszczak jibqa' inbattibli għal 68 minuta fil-grawnd. Din il-prestazzjoni tatu l-ewwel unur tal-Plejer tal-Partita fil-Premiership. Il-ġimgħa ta' wara, fl-aħħar partita tal-istaġun kontra Portsmouth, Kuszczak kellu logħba oħra mpressjonanti, fejn West Brom irnexxielhom jirbħu 2–0, u b'hekk jevitaw ir-relegazzjoni. Fl-2005-06, Kuszczak kien suppost kellu jkun il-gowler riserva ta' Chris Kirkland. B'Kirkland imweġġa, Kuszczak għamel l-ewwel apparenza fil-Premiership ta' dak l-istaġun fit-30 ta' Ottubru 2005, imma ma setax jevita lil Newcastle United milli jirbħu 3–0. Il-prestazzjoni tjiebet, fejn irnexxielu jsir il-gowler tal-ewwel għażla. Din kompliet anki jekk Kirkland kien irritorna mill-uġigħ li kien żammu barra.
Fil-15 ta' Jannar 2006, Kuszczak kellu partita mpressjonati kontra Wigan, fejn għamel intervent importanti fuq Jason Roberts, li ippermetta li West Brom biex jirbħu 1–0.
Fis-7 ta' Lulju 2006, kien konfermat mill-kowċ ta' West Bromwich Albion Bryan Robson li Manchester United urew ix-xewqa li jakkwistaw il-plejer għal madwar £2 miljun. Fit-3 ta' Awwissu, West Bromwich Albion irrifjutaw somma ta' £2.5 miljun flimkien mas-self ta' Giuseppe Rossi, għal Kuszczak. Fl-10 ta' Awwissu 2006, Kuszczak ingħaqad ma' Manchester United fejn il-ftehim kien jinvolvi t-trasferiment tal-gowler ta' tmintax-il sena Luke Steele u d-difensur Paul McShane għal West Brom.
Manchester United
immodifikaKuszczak iddebutta fil-Premier League kontra Arsenal fis-17 ta' Settembru 2006 u hu mal-ewwel kiseb ir-rispett ta' diversi partitarji ta' Manchester United hekk kif salva penalty ta' Gilberto Silva. Imma hu, ma setax jipprevjeni l-gowl ta' Emmanuel Adebayor li ta r-rebħa ta' 1–0.
Minkejja li Kuszczak ma lagħabx logħob biżżejjed fil-Premiership għall-istaġun 2006–07, hu xorta rċieva medalja tar-rebbieħa permezz ta' applikazzjoni speċjali lill-Premier League.
Fit-2 ta' Lulju 2007, Manchester United ħabbar li t-trasferiment sar wieħed permanenti.[3]
Fit-8 ta' Mejju, f'partita tal-FA Cup kontra Portsmourh, Kuszczak irċieva karta ħamra wara daħla fuq Milan Baroš.[4] Kuzcszak kien daħal bħala sostitut għal van der Sar li kien weġġa' matul il-logħba, u b'hekk Rio Ferdinand kellu jidħol bejn il-lasti, però ma setax jipprevejeni l-penalty li wassal għall-eliminazzjoni ta' United mill-FA Cup.
Internazzjonali
immodifikaKuszczak iddebutta fil-11 ta' Diċembru 2003 kontra Malta, fejn il-Polonja ħarġu 4-0 rebbieħa.
Minħabba l-prestazzjoni tajba ma' West Brown, hu kien imsejjaħ mat-23 plejer li kienu se jieħdu sehem għall-Polonja fit-Tazza tad-Dinja 2006. Madanakollu, Kuszczak kien ir-riserva tal-gowler Artur Boruc u ma lagħbx matul it-turnew.
F'Mejju tal-2008 hu kien imsejjaħ fl-iskwadra Pollakka għall-Euro 2008 imma kellu jirtira l-parteċipazzjoni tiegħu minħabba uġigħ f'darhu.[5] Postu ħadu l-gowler ta' Korona Kielce Wojciech Kowalewski.
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Manchester United
- Premier League: 2006–07, 2007–08 (Applikazzjoni speċjali għat-tnejn li huma)
- Football League Cup: 2009
- Community Shield: 2007
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2008
Statistika tal-karriera
immodifikaAġġornati sas-27 ta' April 2009
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Tazza tal-Kampjonat | Ewropa | Oħrajn[a] | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
Hertha BSC | 2001–02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | – | 0 | 0 | ||
2002–03 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | – | 0 | 0 | |||
2003–04 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | – | 0 | 0 | |||
Total | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | – | 0 | 0 | |||
West Bromwich Albion | 2004–05 | 3 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | – | – | 5 | 0 | ||
2005–06 | 28 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | – | – | 30 | 0 | |||
2006–07 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | – | 0 | 0 | |||
Total | 31 | 0 | 1 | 0 | 3 | 0 | – | – | 35 | 0 | |||
Manchester United (self) | 2006–07 | 6 | 0 | 5 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 | 0 |
Manchester United | 2007–08 | 9 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | 5 | 0 | 0 | 0 | 16 | 0 |
2008–09 | 4 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 8 | 0 | |
2009–10 | 8 | 0 | 1 | 0 | 3 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 14 | 0 | |
2010–11 | 5 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 10 | 0 | |
2011–12 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | |
Total | 32 | 0 | 8 | 0 | 10 | 0 | 11 | 0 | 0 | 0 | 61 | 0 | |
Watford (self) | 2011–12 | 13 | 0 | – | – | – | – | 13 | 0 | ||||
Total | 13 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 | 0 | |
Brighton & Hove Albion | 2012–13 | 42 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 43 | 0 |
Total | 42 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 43 | 0 | |
Total fil-Karriera | 118 | 0 | 9 | 0 | 14 | 0 | 11 | 0 | 0 | 0 | 152 | 0 |
- Noti
- ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
Referenzi
immodifika- ^ "Player Profile - Tomasz Kuszczak". Premier League. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-19. Miġbur 2011-01-09.
- ^ "West Brom bag keeper" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-07-14. Miġbur 2007-09-20.
- ^ "Kuszczak pens four-year United deal". ABC Sport. 2008-08-12. Miġbur 2008-10-31.
- ^ Phil McNulty (2008-03-08). "Man Utd 0-1 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-03-08.
- ^ "Poland keeper Kuszczak out of European Championship" (bl-Ingliż). International Herald Tribune. 2008-06-06. Miġbur 2007-07-04.
Ħoloq esterni
immodifika- Tomasz Kuszczak fuq Soccerbase