Pika

(Rindirizzat minn Titanomys)

Il-Piki (singular "Pika") huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae (b' hekk jissejħu okotoni ukoll) li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liebri (jew kif jissejħu wkoll il-leporidi). L-ispeċijiet kollha ta' piki estanti qegħdin miġburin f'ġeneru 1 biss, il-ġeneru Ochotona.

Piki
Pika Amerikana Ochotona princeps
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Ochotonidae
Thomas, 1897
Ġeneru: Ochotona
Link, 1795
Sottoġeneri
Snien inċisivi tal-lagomorfi li ma ntiklux ma' l-ikel. i - l-ewwel par ta' inċisivi, i2 - it-tieni par ta' inċisivi fuq wara ta' l-ewwel par, inċisivi tipiċi tal-Lagomorfi.

Il-Piki jirreferu għalijhom bl-isem ta' fniek il-ġebel u magħrufa bħala liebri tas-suffara ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu. L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma "piika" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa "pikat'", li tfisser "twerżieqa".

Il-Piki huma nattivi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu). Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.Ochotona princeps u Ochotona collaris) huma asoċjali jew solitarji.

Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa. Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana. Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa.

Klassifikazzjoni

immodifika

Ġeneri estinti

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4.


Ħoloq Esterni

immodifika