Pika tax-xofftejn suwed
Il-Pika tax-xofftejn suwed (Ochotona curzoniae) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha.
Pika tax-xofftejn suwed | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Ochotonidae |
Ġeneru | Ochotona |
speċi | Ochotona curzoniae Hodgson, 1858
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn disa' speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika tax-xofftejn suwed hija speċi li tħobb tgħix fil-bejta li tħaffer hi stess taħt l-art. Din bħala speċi qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala waħda mifruxa u stabbli, b'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' "l-inqas ħsieb".
Distribuzzjoni
immodifikaDin l-ispeċi għandha distribuzzjoni maċ-Ċina (mifruxa fil-provinċi ta' Gansu, Quinghai u Sichuan), l-Indja (mifruxa f'Sikkim) u n-Nepal.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi
immodifika- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Ochotona curzoniae fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006