Pika ta' Tsing-ling
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Pika ta' Tsing-ling (Ochotona huangensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Pika ta' Tsing-ling | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Ochotonidae |
Ġeneru | Ochotona |
speċi | Ochotona huangensis Matschie, 1908
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika ta' Tsing-ling hija speċi ta' pika li tħaffer il-bejta taħt l-art u tħobb ambjent ta' foresta tal-bambu jew foresta alpina minn għoli moderat ta' madwar 1,800m u aktar. Din l-ispeċi sa ftit żmien ilu kienet meqjusa bħala sottospeċi ("O. thibetana huangensis") tal-Pika ta' Moupin. Il-Pika ta' Tsing-ling qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi b'nuqqas kbir ta' informazjoni, b'hekk qiegħda mniżla fi stat "Indeterminat" ("Indeterminate").
Distribuzzjoni
immodifikaDin hija speċi endemika taċ-Ċina u ma tinstab fl' ebda pajjiż ieħor.
Sinonimi
immodifika"O. thibetana huangensis" huwa sinonimu jew l-istess bħal Ochotona huangensis.
Klassifikazzjoni
immodifikaReferenzi
immodifika- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).hawn għadha meqjusa bħala sottospeċi tal-Pika ta' Moupin Ochotona thibetana ssp. huangensis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.