Pika
Il-Piki (singular "Pika") huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae (b' hekk jissejħu okotoni ukoll) li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liebri (jew kif jissejħu wkoll il-leporidi). L-ispeċijiet kollha ta' piki estanti qegħdin miġburin f'ġeneru 1 biss, il-ġeneru Ochotona.
Piki | |
---|---|
Pika Amerikana Ochotona princeps | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Ochotonidae Thomas, 1897 |
Ġeneru: | Ochotona Link, 1795 |
Sottoġeneri | |
Il-Piki jirreferu għalijhom bl-isem ta' fniek il-ġebel u magħrufa bħala liebri tas-suffara ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu. L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma "piika" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa "pikat'", li tfisser "twerżieqa".
Il-Piki huma nattivi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu). Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.Ochotona princeps u Ochotona collaris) huma asoċjali jew solitarji.
Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa. Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana. Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Pika Alpina, Ochotona alpina
- Pika tal-fidda, Ochotona argentata
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni
- Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea
- Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi
- Pika Amerikana, Ochotona princeps
- Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis
- Sottoġeneru Ochotona: piki ta' l-isteppa
- Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica
- Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis
- Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica
- Pika ta' l-isteppa, Ochotona pusilla
- Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens
- Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji
- Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis
- Pika ta' Forrest, Ochotona forresti
- Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis
- Pika ta' Glover, Ochotona gloveri
- Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana
- Pika ta' Ili, Ochotona iliensis
- Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi
- Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis
- Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis
- Pika ta' Muli, Ochotona muliensis
- Pika sewda, Ochotona nigritia
- Pika ta' Royle, Ochotona roylei
- Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Ġeneri estinti
immodifika- Ġeneru Piezodus (Viret, 1929)
- Ġeneru Oklahomalagus (Dalquest et al., 1996)
- Ġeneru Oreolagus (Dice, 1917)
- Ġeneru Sinolagomys (Li & Qiu, 1980)
- Ġeneru Amphilagus (Pomel, 1853)
- Amphilagus antiquus (Pomel, 1853)
- Amphilagus fontannesi (Deperet, 1887)
- Amphilagus ulmensis (Tobien, 1974)
- Ġeneru Austrolagomys (Stromer, 1926)
- Austrolagomys hendeyi (Mein u Pickford, 2003)
- Austrolagomys inexpectatus (Mein u Pickford, 2003)
- Ġeneru Albertona
- Ġeneru Desmatolagus (Matthew & Granger, 1923)
- Desmatolagus gobiensis (Matthew & Granger, 1927)
- Desmatolagus ardynense
- Desmatolagus robustus
- Desmatolagus pusillus (Teilhard de Chardin, 1926)
- Desmatolagus schizopetrus (Dawson, 1965)
- Desmatolagus vetustus
- Ġeneru Eurolagus (López-Martínez, 1977)
- Eurolagus fontannesi (Depéret, 1887)
- Ġeneru Lagopsis (Schlosser, 1884)
- Lagopsis verus (Hensel, 1856)
- Ġeneru Paludotona (Dawson, 1959)
- Ġeneru Marcuinomys (Lavocat, 1951)
- Ġeneru Titanomys (von Meyer, 1843)
- Titanomys visenoviensis (von Meyer, 1843)
- Ġeneru Ochotonoma (Sen, 1998)
- Ochotonoma anatolia (Sen, 1998)
- Ġeneru Ochotonoides (Teilhard de Chardin et Young, 1931)
- Ochotonoides complicidens (Boule et Teilhard de Chardin, 1928)
- Ochotonoides danubicus (Topachevsky et Scorik, 1977)
- Ochotonoides kujalnikensis (Topachevsky et Scorik, 1977)
- Ġeneru Gymnesicolagus (Mein & Adrover, 1982)
- Gymnesicolagus gelaberti (Mein & Adrover, 1982)
- Ġeneru Hesperolagomys (Clark et al., 1964)
- Hesperolagomys fluvlatilis (Storer, 1970)
- Hesperolagomys galbreathi (Clark et al., 1964)
- Ġeneru Heterolagus (Crusafont Pairó et al., 1955) (estint)
- Ġeneru Russellagus (Storer, 1970)
- Russellagus vonhofi (Storer, 1970)
Referenzi
immodifika- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4.
Ħoloq Esterni
immodifika- Reuters story on CNN.com: "American pika seen headed toward extinction"
- The Trek of the Pika "A story complete with sounds of pika calls"