Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvezja

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvezja jirrappreżenta lill-Iżvezja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Iżvezja. Fis-snin ħamsin it-tim Żvediż kien ikkunsidrat fost l-aqwa fl-Ewropa.[1]

Żvezja
Żvezja
Psewdonimu Blågult (L-Ikħal u l-Isfar)
Assoċjazzjoni Svenska Fotbollförbundet
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Janne Andersson
Kaptan Victor Lindelöf
Rekord ta' preżenzi Anders Svensson (148)
Rekord ta' gowls Zlatan Ibrahimović (62)
Stadju prinċipali Friends Arena
Kodiċi tal-FIFA SWE
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 20 (Awwissu 2022)
L-ogħla 2 (Novembru 1994)
L-inqas 45 (Marzu 2015, Ottubru–Novembru 2015, Marzu 2017)
L-ewwel logħba
Żvezja Żvezja 11–3 Norveġja 
(Gotenburg, Żvezja; 12 ta' Lulju 1908)
L-ikbar rebħa
Żvezja Żvezja 12–0 Latvja 
(Stokkolma, Żvezja; 29 ta' Mejju 1927)
Żvezja Żvezja 12–0 Korea t'Isfel 
(Londra, Ingilterra; 5 ta' Awwissu, 1948)
L-ikbar telfa
 Renju Unit 12–1 Żvezja Żvezja
(Londra, Ingilterra; 20 ta' Ottubru 1908)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 12 (l-ewwel fl-1934)
L-aqwa riżultat Finalista telliefa (1958)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 7 (l-ewwel fl-1992)
L-aqwa riżultat Semifinali (1992)

L-Iżvezja pparteċipaw għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1934 bl-aħjar prestazzjoni tkun il-finali mitlufa fl-1950, edizzjoni li ġiet ospitata fl-istess pajjiż. L-Iżvezja rebħet il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1948 u l-midalja tal-bronż fl-1924 u l-1952.

L-Isvezja hi tradizzjonalment tim qawwi fil-futbol internazzjonali, bi ħdax-il apparenza fit-Tazza tad-Dinja u tliet midjali fl-Olimpjadi. It-Tim Svediż spiċċa t-tieni fit-Tazza tad-Dinja 1958, meta kien l-ospitu ta' dik l-edizzjoni, fejn tilef 5-2 kontra l-Brażil li kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba. L-Isvezja spiċċat fit-tielet post darbtejn (fl-edizzjoni ta' l-1950 u fl-1994). Fl-1938, huma spiċċaw ir-raba'.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Sengupta, Somnath (2018-06-30). "'What if?' – The story of India's lost opportunity at the 1950 World Cup" (bl-Ingliż). Football Paradise. Miġbur 2022-09-18. [Sweden] were arguably the best team in Europe when football restarted after War until the rise of the great Hungarian team of the early 1950s. [...] Sweden was still perhaps the strongest European team in 1950

Ħoloq esterni

immodifika