Tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka
It-tim tal-futbol Daniż mill-bidu nett tal-kariera tiegħu kienet ta' suċess, fil-fatt dan jidher mill-ewwel logħba fix-xena internazzjonali fejn fid-19 t'Ottubru 1908 kien skorja 9 gowls ma' tim Franċiż (Danimarka 9 - 0 Franza B) u tlett ijiem wara kiseb ukoll l-ikbar rebħa fl-istorja tiegħu meta fit-22 t'Ottubru 1908 rebaħ bi skor ta' 17-il gowl (Danimarka 17 - 1 Franza A). Ma nistgħux ngħidu li dan it-tim dejjem sab il-logħba faċli, għax fl-1937 kiseb l-agħar żewġ logħbiet li qatt lagħab. L-ewwel waħda hi kontra l-Ġermanja li saret fis-16 ta' Mejju 1937 (Ġermanja 8 - 0 Danimarka) u l-logħba l-oħra għalkemm ma tiġix ikkalkulata bħala logħba uffiċjali saret fid-29 t'Awissu kontra l-Pajjiż Bask fejn sofrew 11-il gowl (Danimarka 1 - 11 Pajjiż Bask).
Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-futbol tad-Danimarka | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Morten Olsen | ||
Kaptan | Daniel Agger | ||
Stadju prinċipali | Stadju Parken | ||
Kodiċi tal-FIFA | DEN | ||
|
Dan it-tim bil-laqam Danish Dynamite (Splussiv Qawwi Daniż) jew Olsen Banden (peress li jikkowċjah il-kowċ Morten Olsen) daħal għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1986 u wara fl-1998 u fl-2002. Wieħed mis-suċċessi li kiseb kien fl-1992 meta rebaħ l-European Championship, barra f'dik is-sena li rebaħ f'dan il-kampjonat ħa sehem ukoll fl-1964, 1984, 1988, 1996, 2000 u fl-2004.
Fil-Logħob Olimpiku wkoll ħareġ ta' nies, għax b'kollox rebaħ 4 midalji. Il-midalja tal-Bronż rebaħha darba fl-1948 ġewwa Londra (l-Ingliterra). Iżda l-midalja tal-Fidda raha tliet darbiet fl-1908 (Londra), fl-1912 (Stokkħolm) u fl-1960 (Ruma).
Assoċjazzjoni: Dansk Boldspil-Union (L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol)
Il-Kowċ: Morten Olsen (2000- )
It-Top Scorer: Paul "Tist" Nielsen (b' 52 gowl)
Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post
L-Aħjar Ranking: 3 post (Mejju ta' l-1997)
L-Agħar Ranking: 27 post (Mejju ta' l-1998)
Ir-Ranking tal-Elo: 8
L-Istadju li jużaw: Stadju Parken
Skwadra kurrenti
immodifikaIl-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra Malta u l-Armenja fis-6 u fl-10 ta' Settembru 2013. Preżenzi u gowls huma korretti sal-11 ta' Ġunju 2013.
Nru. | Poż. | Plejer | Data tat-twelid (età) | Preżenzi | Gowls | Klabb |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | G | Stephan Andersen | 26 ta' Novembru 1981 | 24 | 0 | Real Betis |
16 | G | Kasper Schmeichel | 5 ta' Novembru 1986 | 1 | 0 | Leicester City |
22 | G | Jesper Hansen | 31 ta' Marzu 1985 | 0 | 0 | Évian |
2 | D | Lars Jacobsen | 20 ta' Settembru 1979 | 64 | 1 | Copenhagen |
4 | D | Daniel Agger | 12 ta' Diċembru 1984 | 57 | 7 | Liverpool |
3 | D | Simon Kjær | 26 ta' Marzu 1989 | 37 | 1 | Lille |
12 | D | Andreas Bjelland | 11 ta' Lulju 1988 | 9 | 1 | Twente |
13 | D | Jores Okore | 11 ta' Awwissu 1992 | 7 | 0 | Aston Villa |
5 | D | Nicolai Boilesen | 16 ta' Frar 1992 | 4 | 0 | Ajax |
33 | D | Peter Ankersen | 22 ta' Settembru 1990 | 1 | 0 | Esbjerg |
7 | M | William Kvist | 24 ta' Frar 1985 | 40 | 1 | Stuttgart |
8 | M | Christian Eriksen | 14 ta' Frar 1992 | 38 | 4 | Tottenham Hotspur |
9 | M | Michael Krohn-Dehli | 6 ta' Ġunju 1983 | 36 | 6 | Celta Vigo |
6 | M | Niki Zimling | 19 ta' April 1985 | 20 | 1 | Mainz 05 |
23 | M | Leon Andreasen | 23 ta' April 1983 | 17 | 3 | Hannover 96 |
38 | M | Casper Sloth | 26 ta' Marzu 1992 | 4 | 0 | AGF |
18 | M | Thomas Delaney | 3 ta' Settembru 1991 | 0 | 0 | Copenhagen |
27 | M | Emil Larsen | 22 ta' Ġunju 1991 | 1 | 0 | OB |
28 | A | Nicklas Pedersen | 10 ta' Ottubru 1987 | 13 | 1 | Gent |
15 | A | Nicolai Jørgensen | 15 ta' Jannar 1991 | 5 | 0 | Copenhagen |
39 | A | Viktor Fischer | 9 ta' Ġunju 1994 | 4 | 0 | Ajax |
17 | A | Martin Braithwaite | 5 ta' Ġunju 1991 | 3 | 1 | Toulouse |
19 | A | Rasmus Falk | 15 ta' Jannar 1992 | 1 | 0 | OB |
11 | A | Nicki Bille | 7 ta' Frar 1988 | 1 | 0 | Rosenborg |
29 | A | Simon Makienok | 21 ta' Novembru 1990 | 4 | 0 | Brøndby |