Jores Okore (Abidġan, 11 ta' Awwissu 1992) huwa plejer tal-futbol professjonali li jilgħab bħala difensur għal Changchun Yatai.

Jores Okore

Okore jilgħab għad-Danimarka
Informazzjoni personali
Isem sħiħTetchi Jores Charlemagne Ulrich Okore
Twelid11 ta' Awwissu 1992 (1992-08-11) (31 sena)
AbidġanKosta tal-Avorju
Tul1.83 m
RwolDifensur ċentrali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliChangchun Yatai
Numru4
Mixtliet
2000–2007B.93
2007–2011Nordsjælland
Karriera professjonali
SninKlabb
2011–2013Nordsjælland
2013–2016Aston Villa
2016–2017FC Copenhagen
2017–2020AaB
2021–Changchun Yatai
Tim nazzjonali
2011–2014Danimarka U21
2011–2014Danimarka

Karriera immodifika

Imwieled fil-Kosta tal-Avorju, il-familja tiegħu marret tgħix id-Danimarka meta kellu 3 snin fejn lagħab sa ma kellu 8 snin ma' B.93 fid-distrett ta' Østerbro, Kopenħagen.[1]

Okore iddebutta ma' Nordsjælland kontra Horsens fit-3 ta' April 2011. Għall-kumplament tal-istaġun kompla jidher regularment, fejn għamel total ta' 11-il dehra. F'Ġunju tal-2011 Jorés Okore iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin mal-klabb.[2] Fit-18 ta' Settembru 2011, Okore skorja l-ewwel gowl professjonali għal Nordsjælland fir-rebħa ta' 2–0 kontra Brøndby.

Nhar it-13 ta' Ġunju 2013, Okore ingħaqad ma' Aston Villa fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin għal somma meqjusa mal-£4 miljun.[3]

Internazzjonali immodifika

Fis-6 ta' Settembru 2011, Okore iddebutta mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena fl-età ta' 19-il sena, fejn ħa sehem fil-konfront mirbuħ 3–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq. Xahrejn biss wara, fis-6 ta' Novembru 2011, Okore ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-kbar bħala sostitut għal Simon Kjær, għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Iżvezja tal-11 ta' Novembru.[4] Hu ddebutta f'din l-istess logħba fejn ħa post Andreas Bjelland fit-62 minuta. Fil-logħba suċċessiva tal-15 ta' Novembru kontra l-Finlandja beda l-ewwel logħba tiegħu internazzjonali.

Statistika immodifika

Aġġornati sal-20 ta' Mejju 2013
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Kontinentali Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Nordsjælland 2009–10 0 0 1 0 0 0 0 0 1 0
2010–11 11 0 3 0 0 0 0 0 14 0
2011–12 25 1 3 0 2 0 0 0 30 1
2012–13 29 4 0 0 5 0 0 0 34 4
Total 65 5 7 0 7 0 0 0 79 5
Total tal-karriera 65 5 7 0 7 0 0 0 79 5

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Nordsjælland

Referenzi immodifika

  1. ^ Pedersen, Johnny Gudmand (2011-11-15). "FCNs Okore drømmer om Chelsea". Bt.dk (bid-Daniż). Miġbur 2011-11-17.
  2. ^ Helmin, Jesper (2011-06-09). "Lang FCN contract for Okore". Bold.dk (bid-Daniż). Miġbur 2011-08-11.
  3. ^ "Aston Villa sign Jores Okore and Leandro Bacuna" (bl-Ingliż). BBC. 2013-06-13. Miġbur 2013-07-20.
  4. ^ Blond, Mikael (2011-11-06). "19-årig FCN-komet afløser Kjær". Bold.dk (bid-Daniż).

Ħoloq esterni immodifika