Repubblika Ċeka fil-Festival tal-Eurovision

Ir-Repubblika Ċeka ħadet sehem tliet darbiet fil-Festival tal-Eurovision, u ddebuttat fl-edizzjoni tal-2007. Mit-tliet tentattivi tagħha, hi naqset li tagħmilha sal-finali. Il-pajjiż irtira wara l-edizzjoni tal-2009 wara li r-rappreżentant Gipsy.cz naqsu li jiksbu punt wieħed fis-semifinali.

Repubblika Ċeka
Repubblika Ċeka
Stazzjon membru Česká televize
Selezzjoni nazzjonali Eurosong (2007–2008)
Parteċipazzjoni
Dehriet 3
L-ewwel dehra 2007
L-aħħar dehra 2009
L-aqwa riżultat 25 (2016)
L-agħar riżultat l-aħħar (2007, 2009)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

Parteċipazzjoni

immodifika
 
Tereza Kerndlová tinterpreta "Have Some Fun" f'Belgrad

L-istazzjon Ċek Česká televize (ČT) esprima l-interess biex jipparteċipa għall-edizzjoni tal-2005 fi Kyiv, l-Ukrajna. Madanakollu, għal numru ta' raġunijiet, din qatt ma mmaterjalizzat. Għas-sena ta' wara kienu se jibgħatu diska, iżda m'għamlux hekk minħabba li kellhom id-dubji jekk kinux se jikkwalifikaw għall-finali jew le.[1]

Nhar id-19 ta' April 2006, ČT ikkonferma l-preżenza tiegħu fl-edizzjoni tal-2007 ġewwa Ħelsinki, il-Finlandja. Id-debutt taċ-Ċeki kien magħżul permezz tas-sistema tal-SMS, bir-rebbieħ ikun il-grupp rinomat lokalment, Kabát, bil-kanzunetta "Malá dama". Fis-semifinali tal-10 ta' Mejju 2007, ir-Repubblika Ċeka kantat fis-sittax-il post, madanakollu rċiviet punt wieħed biss, mogħti mill-Estonja.

Għall-edizzjoni tal-2008 f'Belgrad, is-Serbja, ČT għal darb'oħra żamm finali nazzjonali sabiex jagħżel ir-rappreżentant tiegħu. Minn għaxar kanzunetti, Tereza Kerndlová b'"Have Some Fun" kisbet id-dritt li tirrapreżenta lil pajjiżha fil-Eurovision. Fit-tieni semifinali, Kerndlová kantat fit-tmien post, imma kellha ssofri minn eliminazzjoni bikrija mill-kompetizzjoni wara li naqset li tagħmilha għall-finali.

Minkejja li fiż-żewġ parteċipazzjonijiet preċedenti spiċċaw fl-aħħar żewġ postijiet, ČT ikkonfermaw li kienu se jiħdu sehem fl-edizzjoni tal-2009 ġewwa Moska, ir-Russja. L-għażla tar-rappreżentant kienet waħda interna, bil-pubbliku jagħżel il-kanzunetta. Ix-xandar għażel il-grupp Gipsy.cz f'Jannar tal-2009, u wara l-votazzjoni ntgħażlet il-kanzunetta "Aven Romale". Id-destin ftit li xejn varja minn qabel, hekk kif il-grupp spiċċa l-aħħar fis-semifinali mingħajr punt.

Fit-22 ta' Lulju 2009, l-istazzjon ħabbar li kienu rtiraw mill-edizzjoni tal-2010.[2]

Rappreżentanti

immodifika
Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2007 Kabát "Malá dáma" X X 28 1
2008 Tereza Kerndlová "Have Some Fun" X X 18 9
2009 Gipsy.cz "Aven Romale" X X 18 0

Referenzi

immodifika
  1. ^ Sietse Bakker (6 ta' Ottubru 2005). ESCToday (ed.). "No Czech Republic in Athens" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Victor Hondal (22 ta' Lulju 20009). ESCToday (ed.). "Czech Republic withdraws from Eurovision" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika