Palazzina Vincenti

residenza f'San Ġiljan, Malta

Palazzina Vincenti hija bini residenzjali li tagħti fuq il-bajja tal-Balluta f'San Ġiljan, Malta. Inbniet fl-1948 mill-perit Gustavo R. Vincenti bħala r-residenza tiegħu stess, u hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa eżempji ta’ arkitettura Modernista f’Malta. Fl-2021, ġie propost li l-bini titwaqqa’ u tinbidel b’lukanda. Sentejn wara, ġie deċiż mill-Awtorità tal-Ippjanar li se tiġi restawrata. (Ref aħbarijiet: 21 ta' April 2023)

Palazzina Vincenti
bini
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabSan Ġiljan Immodifika
Koordinati35°54′59″N 14°29′37″E Immodifika
ArkitettGustavo R. Vincenti Immodifika
Stil arkitettonikumoderniżmu Immodifika
Map

Palazzina Vincenti kienet iddisinjata minn Gustavo R. Vincenti, perit prominenti Malti, bħala r-residenza personali tiegħu.[1] Ġiet deskritta bħala xempju tal-iżvilupp arkitettoniku tiegħu stess, li fih ħaddan l-istil Modernist flok l- Art Nouveau u l-Art Deco li kienu influwenzaw ix-xogħlijiet preċedenti tiegħu.[2] Inbniet fl-1948, u Vincenti għex f'dan il-bini sal-mewt tiegħu fl-1974.[3] Iben il-perit, Hilaire, sussegwentement għex hemm sa mewtu stess fl-2019.[4]

Talba għall-iskedar tal-bini tressqet mill-perit Edward Said lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fl-2019. Sal-2021 il-proprjetà kienet maqsuma bejn diversi sidien inkluż l-iżviluppatur Carlo Stivala, u partijiet mill-bini kienu fi stat dilapidat. F’Novembru 2021 ġie rrappurtat li Stivala ressaq applikazzjoni lill-PA biex jitwaqqa’ l-bini u tibdilha b’lukanda ta’ 14-il sular iddisinjata mill-perit Robert Musumeci.[4] Wara din il-proposta, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali,[5] il-partit politiku AD+PD[6] u organizzazzjonijiet u individwi oħra fosthom is-sindku ta’ San Ġiljan għamlu bosta sejħiet għall-preservazzjoni tal-binja, u semmew l-importanza storika u arkitettonika tagħha.[5] Fis-17 ta’ Diċembru 2021, il-PA ħarġet Ordni ta’ Konservazzjoni ta’ Emerġenza li tatha skedar ta’ Grad 1 għal sena.[7]

Arkitettura

immodifika
 
Twieqi twal orizzontali f Palazzina Vincenti

Palazzina Vincenti hija waħda mill-aqwa eżempji ta ’ arkitettura Modernista f’Malta,[5] u hija waħda mill-ewwel binijiet residenzjali ta’ dan l-istil fil-pajjiż.[3]

Il-bini jikkonsisti f’numru ta’ volumi kubi flett mibnija fuq grupp ta’ garaxxijiet.[2] Il-faċċati huma kkaratterizzati minn ħitan tal-franka sempliċi bi twieqi orizzontali twal u gallariji tal-konkos bil-cantilever b'poġġamani sempliċi tal-azzar.[1] Internament, ir-residenza tinkludi foyer grandjuż, soqfa b'ċangaturi tal-konkos u taraġ prominenti tal-konkos.[3]

Il-bini fih ukoll mina li twassal għall-kosta tal-Bajja tal-Balluta.[4]

Ara wkoll

immodifika
  • Balluta Buildings, bini fuq stil Art Nouveau li jinsab fin-naħa l-oħra tal-Bajja tal-Balluta

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Muscat, Mark Geoffrey (2016). Maltese Architecture 1900–1970: Progress and Innovations. Valletta: Fondazzjoni Patrimonju Malti. pp. 72–75. ISBN 9789990932065.
  2. ^ a b : 18–19. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. ^ a b ċ Galea Debono, Fiona (7 November 2021). "St Julian's modernist building faces demolition". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-7 December 2021.
  4. ^ a b ċ Debono, James (3 November 2021). "St Julian's: Modernist landmark threatened by Stivala's 14-storey hotel". Malta Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-4 December 2021.
  5. ^ a b ċ Galea Debono, Fiona (7 December 2021). "Heritage watchdog calls for protection of modernist Palazzina Vincenti". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-7 December 2021.
  6. ^ Vella, Luke (11 December 2021). "ADPD objects to Palazzina Vincenti demolition, calls for highest protection level". Malta Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 December 2021.
  7. ^ Magri, Giulia (17 December 2021). "St Julian's Palazzina Vincenti given emergency conservation order". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-17 December 2021.