Malta Today
Malta Today hija gazzetta bl-Ingliż ta' darbtejn fil-ġimgħa ppubblikata f'Malta. L-ewwel edizzjoni tagħha ġiet ippubblikata fl-1999, u bdiet bħala gazzetta ta' nhar ta' Ġimgħa.[1]
Storja
immodifikaMalta Today ġiet ippubblikata għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru 1999. L-ewwel editur kien Saviour Balzan, u kienet maħsba biex jipprovdi alternattiva għall-istampa bl-Ingliż stabbilita fiċ-ċirkolazzjoni lokali, bħat-Times of Malta u l-Malta Independent.[1]
Inizjalment ippubblikata kull ġimgħa nhar ta' Ġimgħa, il-gazzetta biet tiġi ippubblikata nhar ta' Ħadd mill-2001, b'edizzjoni addizzjonali ta' nofs il-ġimgħa li ġiet introdotta mill-ġdid fl-2007.[2]
L-istil editorjali huwa liberali u pro-Ewropew, u huwa indipendenti mill-partiti politiċi.
Fl-2010, il-MaltaToday nieda l-website tiegħu, u wasal biex isir it-tieni l-aktar sit tal-aħbarijiet lokali popolari fuq l-internet fl-2020.[3]
Il-bord editorjali attwali tinkludi lil Matthew Vella bħala Editur Eżekuttiv, b’Saviour Balzan bħala Editur Maniġerjali. L-editur tal-edizzjoni online huwa Kurt Sansone.
Referenzi
immodifika- ^ a b "MaltaToday.com.mt - About Us". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 15 February 2020.
- ^ "Malta Today". eurotopics.net (bl-Ingliż). Miġbur 15 February 2020.
- ^ "Principais sites em Malta - Classificação de sites da SimilarWeb". similarweb.com (bil-Portugiż). Miġbur 15 February 2020.