Simurq PFC
Simurq PFC (Simurq Peşəkar Futbol Klubu) hu klabb tal-futbol mill-Ażerbajġan li huwa bbażat ġewwa Zaqatala, li attwalment jilgħabu fil-Premier League Ażerbajġan, l-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Ażerbajġan.
Isem sħiħ | Simurq Peşəkar Futbol Klubu | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
Simurqlar Qafqaz Əfsanəsi (Il-Leġġenda ta Kawkasu) | ||
Fundazzjoni | 2005 | ||
Xoljiment | 2015 | ||
Grawnd | Stadju Zaqatala City, Zaqatala | ||
President | Anar Bakirov | ||
Kowċ | Giorgi Chikhradze | ||
Kampjonat | Premier League | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Storja
immodifikaOriġini u s-snin bikrija (2005–2009)
immodifikaIl-klabb kien fondat fl-2005 u pparteċipa fl-Ewwel Diviżjoni Ażerbajġana. L-ewwel staġun tal-klabb kien ta' suċċess kbir, u fl-istaġun 2006-07, il-klabb kienet qed jipparteċipa fil-Premier League Ażerbajġan.[1] Wara l-istaġun tad-debutt fil-Premier League Ażerbajġan, Simurq PFK spiċċaw id-9 post minn 14-il klabb.
Ir-rivista Ażerbajġana Football+ irrikonoxxu lil-Simurq PFC bħala s-Sorpriża tas-Sena tal-istaġun 2006-07 ibbażat fuq ir-riżultati ta' votazzjoni. Fl-istaġun 2007-08 għamel pass ieħor 'il quddiem, u spiċċaw is-7 post fl-istaġun. Il-klabb kiseb it-tielet post fil-Premier League Ażerbajġan 2008-09, billi għamel l-aħjar indikatur tat-tim fl-istorja tiegħu.
Snin reċenti (2009 – preżent)
immodifikaFl-2009, id-debutt tal-klabb fil-kompetizzjonijiet Ewropej ma tantx kienu ta' suċċess kif kienu eliminati fl-ewwel fażi tal-kwalifikazzjoni minn Bnei Yehuda fl-UEFA Europa League.[2][3] Fl-istaġun 2009-10 għall-klabb ma kienx ta 'suċċess, anki jekk it-tim kellu bidu tajjeb qabel il-waqfa tax-xitwa. Wara x-xitwa, klabb kiseb it-8 post fil-klassifika, filwaqt li l-kowċ Roman Pokora ġie miċħud wara sensiela ta' riżultati ħżiena.
F'Ġunju 2010, id-direttur eżekuttiv tal-klabb, l-eks kowċ tat-Tim nazzjonali tal-Ażerbajġan Gjoko Hadžievski sar kowċ ġdid tal-klabb. Madankollu, minħabba problemi finanzjarji Simurq ma setgħux jiffirmaw plejers kbar lokali u barranin u l-istaff tal-kowċing kienu sfurzati biex jużaw plejers anqas esperjenzati u mis-sistema taż-żgħażagħ. L-istaġun 2010-11 sar l-agħar fl-istorja tal-klabb kif Simurq kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni Ażerbajġana wara li spiċċaw fil-11-il post.[4] Madankollu,il-klabb kellu permess li jipparteċipa fl-istaġun li jmiss biex jissostitwixxu lil FK Mughanli kellhom problemi ta' sponsorizzazzjoni.[5][6]
Fit-18 ta' Lulju 2011, il-klabb iffirma kuntratt ma Sergey Yuran, l-eks plejer tal-futbol Ukren u kowċ tal-futbol.[7] Fil-5 ta' Marzu 2012, wara r-riżenja ta' Sergey Yuran, Igor Getman sar l-ewwel kowċ mil-Ażerbajġan li wassal Simurq bħala gwardjan sal-aħħar tal-istaġun.[8] Iżda wara sitt ijiem, il-klabb ħabbar lil Giorgi Chikhradze bħala kowċ ġdid tagħhom.
Stadju
immodifikaL-Istadju Zaqatala City huwa grawnd tal-futbol li jinsab ġewwa Zagatala, Ażerbajġan. Huwa bħalissa qed jintuża bħala l-istadju tal-klabb u jesa' 3,500 spettatur.
Kuluri u Arma
immodifikaMill-fondazzjoni tal-klabb, Simurq kellhu arma waħda biss. Hija kienet adottata uffiċjalment għall-bidu tal-istaġun 2006-07 u bbażata fuq sagru mitika Phoenix (għasfur tan-nar). Hija toħroġ mill-kelma Simurq (isem tal-klabb), li tfisser Phoenix bil-Lingwa Ażerbajġana.
Il-kuluri tradizzjonali ta' Simurq huma sofor (deheb), iswed u abjad u jalludu għas-simbolu tal-klabb Phoenix.
Sponsers tal-flokk u manifatturi tal-Kits
immodifikaPerjodu | Manifattur tal-Kit | Sieħba |
---|---|---|
2005–2006 | Nike | Ebda |
2006–2007 | Nike | Parabank |
2007–2009 | Lotto | BakFem/Parabank |
2009–2010 | Adidas | None |
2010–2011 | Umbro | Ebda |
2011–2012 | Kappa | Ebda |
2012–... | Umbro | Ebda |
Storja tal-Kampjonat u t-Tazza
immodifika- Mid-19 ta' Mejju 2011:
Staġun | Div. | Poż. | L | R | P | T | GF | GK | P | Tazza Domestika |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2005–06 | 2 | 3 | 30 | 19 | 8 | 3 | 67 | 14 | 65 | 1 Rawnd |
2006-07 | 1 | 9 | 24 | 6 | 7 | 11 | 27 | 33 | 25 | Finali 1/8 |
2007-08 | 1 | 7 | 26 | 9 | 9 | 8 | 31 | 25 | 36 | Finali 1/8 |
2008-09 | 1 | 3 | 26 | 16 | 5 | 5 | 39 | 20 | 53 | Kwarti tal-Finali |
2009-10 | 1 | 8 | 20 | 8 | 7 | 5 | 21 | 21 | 31 | Kwarti tal-Finali |
2010-11 | 1 | 11 | 32 | 4 | 7 | 21 | 20 | 52 | 19 | Finali 1/8 |
2011-12 | 1 | 9 | 32 | 8 | 10 | 14 | 27 | 41 | 34 | 1 Rawnd |
2012–13 | 1 | Staġun kurrenti |
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
immodifikaMid-9 ta' Lulju 2009.
Kompetizzjoni | L | R | P | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|
UEFA Europa League | 2 | 0 | 0 | 2 | 0 | 4 |
Total | 2 | 0 | 0 | 2 | 0 | 4 |
Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Riżultat |
---|---|---|---|---|---|
2009–10 | UEFA Europa League | 1K | Bnei Yehuda | 0-1, 0-3 |
Skwadra
immodifikaMis-6 ta' Frar 2013
|
|
Plejers notevoli
immodifika
|
|
|
Plejer tas-sena
immodifikaSena | Rebbieħ |
---|---|
2006–07 | Ilgar Abdurakhmanov |
2007–08 | Mikhailo Starostiak |
2008–09 | Sergey Sokolov |
2009–10 | Yuri Bulychev |
Kowċis
immodifika- Anatoli Piskovets (2005–06)
- Viktor Pyshev (2006)
- Roman Pokora (2006–Ġun 10)
- Gjoko Hadžievski (2010–11)
- Sergei Yuran (Lul 2011–Mar 12)
- Igor Getman (provviżorju) (2012)
- Giorgi Chikhradze (Mar 2012–preżent)
Referenzi
immodifika- ^ Zaqatala futbolu və “Simurq” PFK-nın tarixindən (AZ)
- ^ Бней-Иегуда размялась на Симурге (RU)
- ^ «Бней-Йегуда» разгромил «Симург» в Лиге Европы (RU)
- ^ "И восстал "Симург" из пепла... (БЛОГ)". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Рамин Мусаев: Симург заменит Мугань в премьер-лиге". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ ""Muğan" rəsmən Premyer Liqadan imtina etdi". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Симург подписал Юрана и обратился в ПФЛ". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Сергей Юран подал в отставку с поста главного тренера Симурга". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Rec. Sport.Soccer Statistics Foundation, ed. (2000-10-12). "Ażerbajġan - List of Final Tables". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) - ^
Rec. Sport.Soccer Statistics Foundation, ed. (2008-06-06). "Ażerbajġan - List of Champions". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Użu espliċitu ta' et al. f':|isem=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna)