Nicolaus II Bernoulli
Nicolaus II Bernoulli, magħruf ukoll bħala Niklaus Bernoulli, Nikolaus Bernoulli, (6 ta' Frar 1695, Basel, l-iŻvizzera – 31 ta' Lulju, 1726, San Pietruburgu, ir-Russja) kien matematiku Żvizzeru u wieħed mill-ħafna matematiċi prominenti fil-familja Bernouilli.
Nicolaus II Bernoulli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bażel, 27 Jannar 1695 (in Julian calendar) |
Nazzjonalità |
Żvizzera Imperu Russu |
Residenza | Old Swiss Confederacy (en) |
Mewt | San Pietruburgu, 31 Lulju 1726 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (tuberkulożi) |
Familja | |
Missier | Johann Bernoulli |
Omm | Dorothea Falkner |
Konjuga/i | Not married |
Ulied |
uri
|
Aħwa | |
Familja |
uri
|
Tribù | Familja Bernoulli |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta’ Basel |
Lingwi |
Franċiż Ġermaniż Swiss German (en) Ingliż Taljan Russu |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
matematiku għalliem fl-università |
Impjegaturi |
Università ta' Bern Università ta’ Padova Università Statali ta' San Pietruburgu |
Sħubija | Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu |
Nicolaus ħadem l-iżjed fuq il-kurvi, l-ekwazzjonijiet differenzjali, u l-probabbiltà. Kien il-kontemporanju ta' Leonhard Euler. Ikkontribwixxa wkoll għad-dinamika tal-fluwidi.
Għallem il-matematika lil Daniel Bernoulli, ħuh iżgħar minnu u ddiskuta miegħu il-paradoss ta' San Pietruburgu. Kien jaf bosta lingwi mindu kien żgħir. Meta kellu 13-il sena beda jistudja l-matematika u l-liġi fl-Università ta' Basel. Fl-1711 kiseb il-lawrja fil-filosofija u fl-1715 id-dottorat fil-liġi. Fl-1716-17 kien jgħallem privatament f'Venezja. Fl-1719 ħa l-katedra tal-matematika fl-Università ta' Padua, bħala s-suċċessur ta' Giovanni Poleni. Kien jgħin lil missieru, fost f'oqsma oħra, fil-korrispondenza dwar id-disputa bejn Isaac Newton u Leibniz, fuq min kien ivvinta l-kalkulu l-ewwel u wkoll fid-disputa bejn missieru u l-matematiku Ingliż Brook Taylor. Fl-1720 ippropona l-problema tat-trajettorji ortogonali reċiproċi, bl-intenzjoni li jisfida n-Newtonjani Ingliżi. Fl-1723 inħatar professur tal-liġi fil-Berner Oberen Schule. Fl-1725 flimkien ma' ħuħ Daniel, li miegħu kien qiegħed idur l-Italja u Franza, ġie mistieden minn Pietru l-Kbir biex imur l-Akkademja ta' San Pietruburgu li kienet għadha kemm twaqqfet. Hemmhekk iddiskuta ma' ħuh Daniel il-paradoss ta' San Pietruburgu fit-teorija tal-probabbiltà, li iktar tard ħuh kiteb bosta xogħlijiet dwaru. Tmien xhur wara l-ħatra tiegħu marad u miet. Warajh fl-1727 il-professorjat ħadu Leonhard Euler, li l-aħwa Bernoulli kienu rrakomandaw.
Ħoloq esterni
immodifikaQari ieħor
immodifika- J.O. Fleckenstein, Bernoulli, Nickolaus II, vol. 2, pp. 57–58