Johann Bernoulli (Bażel, 27 ta' Lulju 1667Bażel, 1 ta' Jannar 1748; magħruf ukoll bħala Jean) kien matematiku Żvizzeru u wieħed mill-aktar matematiċi prominenti fil-familja Bernoulli. Hu magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-kalkulu infiniteżmali u għallem lil Leonhard Euler f'żgħożitu.

Johann Bernoulli
Ħajja
Twelid Bażel, 27 Lulju 1667 (in Julian calendar), 6 Awwissu 1667
Nazzjonalità Żvizzera
Mewt Bażel, 1 Jannar 1748
Post tad-dfin Peterskirche (en) Translate
Familja
Missier Nicholas Bernoulli
Omm Margaretha Schoenauer
Konjuga/i Dorothea Falkner (en) Translate
Ulied
Aħwa
Tribù Familja Bernoulli
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Basel
Direttur tat-teżi Jacob Bernoulli
Studenti dottorali Leonhard Euler (en) Translate
Daniel Bernoulli
Johann Samuel König (en) Translate
Pierre-Louis Moreau de Maupertuis (en) Translate
Lingwi Latin
Franċiż
Olandiż
Għalliema Gottfried Wilhelm Leibniz (en) Translate
Nikolaus Eglinger (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
fiżiku
akkademiku
tabib
għalliem fl-università
xjenzat
Post tax-xogħol Ġinevra
Groningen
Bażel
Impjegaturi Università ta’ Basel
Università ta' Groningen  (1694 -  1705)
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Russa tax-Xjenzi

Żgħożija u edukazzjoni

immodifika

Johann twieled f'Bażel, l-Iżvizzera, u beda jistudja l-mediċina fl-Università ta' Bażel. Missieru xtaqu jistudja l-kummerċ biex ikun jista' jieħu f'idejh in-negozju tal-ħwawar li kellha l-familja, iżda 'l Johann Bernoulli ma kienx jogħġbu l-kummerċ u kkonvinċa 'l missieru li jħallih jistudja l-mediċina minflok. Madankollu, 'il Johann Bernoulli lanqas il-mediċina ma għoġbitu u beda jistudja l-matematika fil-ħin liberu ma' ħuh il-kbir Jacob.[1] Matul l-edukazzjoni ta' Johann Bernoulli fl-Università ta' Bażel l-aħwa Bernoulli kienu jaħdmu flimkien u jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom jistudjaw l-iskoperta l-ġdida tal-kalkulu infiniteżmali. Dawn kienu fost l-ewwel matematiċi li mhux biss studjaw u fehmu l-kalkulu iżda applikawh għal bosta problemi.[2]

Ħajja adulta

immodifika

Wara li ħa l-lawrja mill-Università ta' Bażel Johann Bernoulli telaq minn hemm biex jgħallem l-ekwazzjonijiet differenzjali. Aktar tard, fl-1694, Johann Bernoulli iżżewweġ lil Dorothea Falkner u ftit wara aċċetta il-pożizzjoni ta' professur tal-matematika fl-Università ta' Groningen. Fuq talba ta' ħatnu Johann Bernoulli, fl-1705, Johann Bernoulli telaq lura lejn Basel. Meta kien għadu kif telaq sar jaf bil-mewt ta ħuh bit-tuberkulożi. Johann Bernoulli kien bi ħsiebu jsir professur tal-Grieg fl-Università ta' Basel meta jmur lura, imma minflok seta' jiehu post ħuh bħala professur tal-matematika. Bħala student tal-kalkulu ta' Leibniz, Johann Bernoulli kien iżomm miegħu fl-1713 fil-kontroversja bejnu u Isaac Newton dwar minn kien jixraqlu l-iżjed mertu għall-iskoperta tal-kalkulu. Johann Bernoulli iddefenda lil Leibniz billi wera li hu kien solva ċerti problemi bil-metodi tiegħu li Newton ma kienx irnexxielu jsolvi. Però, minħabba l-oppożizzjoni tiegħu għal Newton u l-istudju li għamel taħt is-segwaċi ta' Descartes, Johann Bernoulli ppromwova wkoll it-Teorija tal-Vortiċi ta' Descartes kontra t-Teorija tal-Gravità ta' Newton li dawmet l-aċċettazzjoni tat-teorija ta' Newton fl-Ewropa kontinentali [3].

Fl-1724 daħal f'kompetizzjoni taħt il-patroċinju tal-Académie Royale des Sciences ta' Franza, li pproponiet il-mistoqsija:

Liema huma l-liġijiet li skonthom korp perfettament iebes li jkun miexi, iċaqlaq korp ieħor tal-istess natura wieqaf jew miexi li jiltaqa' miegħu fil-vojt jew fil-plenum?

Fid-difiża tal-opinjoni li kien iħaddan Leibniz, ippropona l-eżistenza ta' forza esterna infinita meħtieġa biex il-korp tagħmlu elastiku billi tegħleb il-forza interna infinita li tagħmlu iebes. Minħabba dan ġie skwalifikat mill-premju, li ntrebaħ minn Maclaurin. Madankollu, l-artiklu ta' Bernoulli ġie aċċettat wara. fl-1726 meta l-Académie kkunsidrat dokumenti dwar il-korpi elastiċi, li għalihom il-premju ngħata lil Mazière. Bernoulli isemma bl-unur fiż-żewġ kompetizzjonijiet.

Piki fil-familja

immodifika

Għalkemm Jakob u Johann kien jaħdmu flimkien qabel Johann ħa l-lawrja mill-Università ta' Basel, ftit wara daħlet l-għira u l-pika bejniethom. Johann kien jgħir għall-pożizzjoni ta' Jakob u t-tnejn spiss ippruvaw jgħaddu l-xulxin. Wara l-mewt ta' Jakob, l-għira ta' Johann daret fuq ibnu stess, Daniel, li kellu talent kbir. Fl-1738 il-missier u ibnu ippubblikaw kważi fl-istess ħin xogħlijiet separati dwar l-idrodinamika. Johann Bernoulli ipprova jieħu priorità fuq ibnu billi apposta niżżel id-data ta' sentejn qabel ta' ibnu fuq ix-xogħol tiegħu.

Kontribuzzjonijiet għall-matematika

immodifika

Fl-1691 Johann Bernoulli għal darb'oħra saħħan il-pika bejnu u ħuh meta solva l-problema tal-katenarja proposta minn Jakob. Fl-1696 Johann Bernoulli ppropona l-problema tal-brakistokrona, minkejja li l-problema kien diġà solviha hu stess. Fi żmien sentejn irċieva ħames soluzzjonijiet li fosthom kien hemm waħda minn ħuh il-kbir, Jakob. Bernoulli ppropona wkoll magna ta' moviment perpetwu taħdem bl-enerġija tal-fluwidu.

Il-kontroversja ta' L'Hôpital

immodifika

Bernoulli kien imqabbad minn Guillaume François Antoine de L'Hôpital biex jgħallmu l-matematika. Bernoulli u L'Hôpital ffirmaw kuntratt li ta 'l L'Hôpital id-dritt li juża l-iskoperti ta' Bernoulli kif jogħġbu. L'Hôpital kien l-awtur l-ewwel manwal tal-kalkulu infiniteżmali, "Analyse des Infiniment Petits pour l'Intelligence des Lignes Courbes", li prinċipalment kien jikkonsisti fix-xogħol ta' Bernoulli, inkluża dik li issa hi magħrufa bħala r-Regola ta' L'Hôpital. [4][5][6].

Referenzi

immodifika
  1. ^ V. Sanford, Houghton, A Short History of Mathematics, Mifflin Company, (1958)
  2. ^ H. Bernhard, Doubleday, The Bernoulli Family (Il-Familja Bernoulli), Page & Company, (1938)
  3. ^ J.O. Fleckstein Johann and Jacob Bernoulli, Mathematical Association of America, (1949)
  4. ^ Eli Maor, The Story of a Number (L-iStorja ta' Numru), Princeton University Press, Princeton, (1998) p. 116, ISBN 0-691-05854-7
  5. ^ Julian Lowell Coolidge, The Mathematics of Great Amateurs (Il-Matematika ta' Dilettanti Kbar), Dover, New York, (1963), pp. 154–163
  6. ^ A Source Book in Mathematics, 1200–1800, ed. D. J. Struck, Harvard University Press, Cambridge, MA, (1969), pp.312–316

Ħoloq esterni

immodifika