Manuel Ferreira (twieled fit-22 ta' Ottubru 1905 – miet fid-29 ta' Lulju 1983) kien plejer tal-futbol Arġentin.

Manuel Ferreira

Manuel Ferreira bil-kuluri ta' Estudiantes
Informazzjoni personali
Twelid22 ta' Ottubru 1905(1905-10-22)
Trenque Lauquen, Arġentina
Mewt29 ta' Lulju 1983 (77 sena)
Barċellona
Tul1.76 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1924–1933Estudiantes
1933–1935River Plate
1935–1936Estudiantes
Tim nazzjonali
1927–1930Arġentina
Timijiet ikkowċjati
1955Estudiantes

Karriera

immodifika

Il-karriera ta' Ferreira kienet prinċiparjament ma' Estudiantes li magħhom lagħab f'90 logħba u skorja 26 gowl, minbarra sentejn ma' River Plate. Minkejja l-livell ta' żewġ timijiet hu qatt ma rebaħ titlu.

Mat-tim nazzjonali Arġentin lagħab bejn l-1927 u l-1930, u l-ewwel logħba tiegħu seħħet matul il-Campeonato Sudamericano tal-1927. L-Albicelestes spiċċaw it-turnew bil-punti sħaħ, quddiem ir-rivali tal-Urugwaj, li f'dak iż-żmien kienu f'taqtigħa bejniethom għas-supremazija kontinentali u dinjija. Fil-kompetizzjoni, Ferreira skorja żewġ gowls fl-aħħar logħba kontra l-ospiti tal-Perù.[1]

 
It-tim nazzjonali Arġentin, rebbieħ tal-Campeonato Sudamericano tal-1929. Manuel Ferreira huwa t-tielet wieħed mix-xellug fl-ewwel ringiela.

Fl-1928, Ferreira ħa sehem fid-dixxiplina tal-futbol waqt l-Olimpjadi tal-1928 ġewwa Amsterdam. Wara li għelbu lill-Istati Uniti, il-Belġju u l-Eġittu, l-Arġentini sabu lill-Urugwaj quddiemhom għall-finali tal-10 ta' Ġunju. Ferreira skorja l-gowl tad-dro fil-50 minuta wara li Pedro Petrone fetaħ l-iskor għall-avversarji. Wara li l-logħba spiċċat fi dro, fil-logħba ta' spareġġ, l-Urugwaj kisbu rebħa ta' 2–1 grazzi għall-gowl ta' Héctor Scarone. L-Arġentina temmet bil-midalja tal-fidda u Ferreira spiċċa t-tieni fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls. Il-vendetta tal-Arġentina waslet is-sena ta' wara bir-rebħ tal-Campeonato Sudamericano tal-1929; Ferreira reġa' spiċċa t-tieni fil-lista tal-aqwa skorers bi tliet gowls u minn dan it-turnew beda jilbes il-faxxa ta' kaptan.

L-Arġentina ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-1930. Ferreira ma skorja l-ebda gowl u minfloku plejers bħal Guillermo Stábile u Carlos Peucelle kienu l-istilel tal-Arġentina. Hu ggidwa lit-tim għall-finali kontra l-Urugwaj li ntlagħbet fit-30 ta' Lulju 1930 ġewwa l-Estadio Centenario li ntrebħet mill-Urugwajani b'riżultat ta' 4–2. Wara dan ir-riżultat diżappuntanti, Ferreira għalaq l-esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali.

Nazzjonal

immodifika
Arġentina

Referenzi

immodifika
  1. ^ Tabeira, Martín. "Southamerican Championship 1927" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2022-08-21.

Ħoloq esterni

immodifika