Carlos Peucelle
Carlos Peucelle (Buenos Aires, 17 ta' Jannar 1905 – Buenos Aires, 26 ta' Diċembru 1966) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin li kien jilgħab bħala attakkant. Hu hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar plejers tekniċi fl-istorja tal-futbol Arġentin kif ukoll kien il-pijunier wara "La Máquina" ma' River Plate, li rathom jiddominaw il-futbol fl-Amerika t'Isfel fl-erbgħinijiet.
![]() Carlos Peucelle ma' River Plate | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Carlos Desiderio Peucelle | ||
Twelid | 13 ta' Awwissu 1908 Buenos Aires | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Mewt | 1 ta' April 1990 (81) Buenos Aires | ||
Tul | 1.68 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Klabbs ġovanili | |||
Club Deportivo Anchorena | |||
Boca Juniors | |||
San Telmo | |||
Sportivo Barracas | |||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1925–1926 | San Telmo | ? | (?) |
1927–1930 | Sportivo Buenos Aires | ? | (?) |
1931–1941 | River Plate | 407 | (143) |
Tim nazzjonali | |||
1928–1940 | Arġentina | 59 | (12) |
Timijiet ikkowċjati | |||
1945–1946 | River Plate | ||
1954 | San Lorenzo | ||
1960 | Sporting Cristal | ||
1968 | River Plate | ||
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
KarrieraImmodifika
Peucelle lagħab għal San Telmo u Sportivo Buenos Aires, qabel ma ngħaqad mal-ġganti Arġenti ta' River Plate għas-somma ta' 10,000 pesos,[1] tant li ħa l-laqam "El primer millonario".[2] Hu lagħab ma' River bejn l-1931 u l-1941, fejn ġabar 407 preżenza u skorja 143 gowl. Matul dan il-perjodu magħhom, Los Millonarios rebħu l-kampjonat erba' darbiet.
Man-nazzjonal Arġentin rebaħ żewġ edizzjonijiet tal-Campeonato Sudamericano de Football (prekursur tal-Copa América). Ħa sehem ukoll fit-Tazza tad-Dinja 1930 fl-Urugwaj, fejn skorja wieħed miż-żewġ gowls tal-Arġentina fil-finali kontra l-Urugwaj, mitlufa 4–2 mill-Arġentina.
Wara l-karriera bħala futboler, ikkowċja numru ta' timijiet, sakemm stabbilixxa l-ewwel skola tal-futbol fil-Kolombja.[1]
UnuriImmodifika
KlabbImmodifika
- Primera División: 1932, 1936, 1937, 1941
NazzjonalImmodifika
- Copa América: 1929, 1937
ReferenziImmodifika
- ^ a b (Spanjol) Fútbol factory - Carlos Desiderio Peucelle. Futbol Factory. Aċċess tal-URL: 29 ta' Ottubru 2007. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-20 ta' Ottubru 2007)
- ^ (Spanjol) Carlos Peucelle. River Plate - La Pagina Millonaria
Ħoloq esterniImmodifika
- (ES) P - soy de telmo.com.ar