Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Afganistan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Afganistan irratifika l-Konvenzjoni fl-20 ta' Marzu 1979, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2003, l-Afganistan għandu żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u t-tnejn huma siti kulturali. L-ewwel sit li tniżżel kien il-Minaret u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi ta' Jam, fl-2002. It-tieni sit kien il-Pajsaġġ Kulturali u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi tal-Wied ta' Bamiyan, fl-2003. Iż-żewġ siti tpoġġew fil-lista tas-siti fil-periklu minnufih.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Minaret u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi ta' Jam | Ghor | ii, iii, iv (kulturali) | 2002 | Il-minaret tlesta fl-1194 taħt is-Sultan Ghiyath al-Din Muhammad tad-dinastija tal-Guridi. Jinsab f'żona remota f'wied fond ta' xmara. X'aktarx li huwa l-unika bini li għad fadal tal-belt kapitali tas-sajf ta' Firozkoh tad-dinastija tal-Guridi. Huwa għoli 65 metru (213-il pied) u jikkonsisti minn erba' ċilindri sovraimposti. Huwa miksi b'disinni ġeometriċi u b'kalligrafija Kufika b'madum turkważ. L-arkitettura tal-minaret kienet influwenti fir-reġjun, inkluż bħala ispirazzjoni għall-Qutb Minar f'Delhi, l-Indja. Fl-inħawi nstabu wkoll fdalijiet ta' insedjamenti Guridi mis-sekli 12 u 13. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minnufih wara li tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002.[5] | |
Pajsaġġ Kulturali u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi tal-Wied ta' Bamiyan | Bamyan | i, ii, iii, iv, vi (kulturali) | 2003 | Il-Wied ta' Bamiyan, li jinsab tul waħda mir-rotot tat-Toroq tal-Ħarir, kien ċentru Buddista li kien qed jiffjorixxi bejn is-sekli 1 u 13 u kien sit ta' pellegrinaġġ importanti. Fl-inħawi hemm diversi monumenti Buddisti, inkluż statwi u għerien bit-tinqix. L-iskambju ta' influwenzi Indjani, Ellenistiċi, Rumani u Sassanidi rriżultaw f'espressjoni artistika partikolari, magħrufa bħala l-arti ta' Gandhara. Iktar 'il quddiem, matul il-perjodu Iżlamiku, inbnew diversi fortifikazzjonijiet, u l-kultura Buddista majnat. Żewġ statwi kolossali tal-Buddha (l-istatwa l-kbira tidher fl-istampa) inqerdu mit-Talibani fl-2001, att li rriżulta f'kundanna internazzjonali. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minnufih wara li tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[6] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Afghanistan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-09.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Minaret and Archaeological Remains of Jam". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-09.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cultural Landscape and Archaeological Remains of the Bamiyan Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-09.