Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Malażja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Malażja rratifikat il-Konvenzjoni fis-7 ta' Diċembru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Malażja għandha ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; tlieta huma siti kulturali u tnejn huma siti naturali. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Malażja, il-Park Nazzjonali ta' Gunung Mulu u l-Park Nazzjonali ta' Kinabalu, żdiedu fis-sena 2000. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Malażja huwa l-Wirt Arkeoloġiku tal-Kumpless ta' Għerien tal-Park Nazzjonali ta' Niah fl-2024.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Park Nazzjonali ta' Kinabalu | Sabah | naturali: (ix), (x) | — | 2000 | Il-park nazzjonali jinsab fl-inħawi tal-ogħla muntanja tal-Malażja, il-Muntanja ta' Kinabalu (4,095 metru (13,435 pied)). Iż-żona għandha bijodiversità kbira, peress li l-ħabitats tul ix-xaqlibiet tal-muntanja jinbidlu minn foresta tropikali fl-artijiet baxxi għal foresti sub-Alpini u artijiet bl-arbuxxelli iktar fl-għoli. Minħabba x-xaqlibiet weqfin tal-muntanja, dawn il-ħabitats huma iżolati minn xulxin għalkemm bħala distanza huma qrib xulxin. Hemm madwar elf speċi ta' orkidej, 78 speċi ta' Ficus, u 60 speċi ta' felċi.[5] | |
Park Nazzjonali ta' Gunung Mulu | Sarawak | naturali: (vii), (viii), (ix), (x) | — | 2000 | Il-park ikopri żona karstika tropikali li hija importanti kemm minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi kif ukoll minħabba l-bijodiversità tassew kbira. Il-formazzjonijiet karstiċi jinkludu bosta għerien, kanjons, irdumijiet, u pinnakli tal-ġebla tal-ġir (fl-istampa). Il-Kompartiment ta' Sarawak huwa l-ikbar kompartiment ġo għar fid-dinja. Bħala flora u fawna, il-park fih 17-il żona ta' veġetazzjoni 'l fuq minn 2,000 metru (6,600 pied) bħala altitudni. Fih jgħixu 109 speċi ta' siġar tal-palm. Fl-għerien jgħixu kolonji kbar ta' friefet il-lejl u għasafar, bħall-farfett il-lejl tax-xofftejn imkemxin u r-runduni tal-għerien.[6] | |
Melaka u George Town, Bliet Storiċi tal-Istrett ta' Malakka | Malacca, Penang | kulturali: (ii), (iii), (iv) | — | 2008 | Dan is-sit jinkludi żewġ bliet kolonjali importanti fl-Istrett ta' Malakka, rotta kummerċjali importanti li tikkollega ċ-Ċina mal-Ewropa, mal-Lvant Nofsani u mas-subkontinent Indjan. Sekli ta' interskambju kulturali ħolqu arkitettura u kultura uniċi f'dawn iż-żewġ irħula. Melaka (fl-istampa), taħal tas-Sultanat ta' Malakka tas-seklu 15, kien taħt l-influwenza tal-Imperi Olandiżi u Portugiżi diġà mill-bidu tas-seklu 16. George Town issawwar mill-Imperu Brittaniku fl-aħħar tas-seklu 18.[7] | |
Wirt Arkeoloġiku tal-Wied ta' Lenggong | Perak | kulturali: (iii), (iv) | — | 2012 | Dan is-sit jinkludi żewġ raggruppamenti ta' siti arkeoloġiċi li jkopru waħda mill-itwal sekwenzi kulturali f'lokalità waħda fid-dinja. Permezz ta' skavi fl-għerien u f'siti fil-beraħ instabu fdalijiet ta' workshops li kienu jipproduċu għodod tal-ġebel. Fost l-eqdem għodod instabu mannaretti ta' 1.83 miljun sena ilu. Siti oħra jmorru lura għall-Paleolitiku u għan-Neolitiku, u l-iżjed fdalijiet reċenti jmorru lura madwar 1,700 sena ilu. Ir-Raġel ta' Perak, li ġie skopert f'wieħed mill-għerien u li ġie datat li għandu madwar 10,000 sena, huwa wieħed mill-iżjed skeletri umani sħaħ minn dan il-perjodu li nstab fir-reġjun.[8] | |
Wirt Arkeoloġiku tal-Kumpless ta' Għerien tal-Park Nazzjonali ta' Niah | Sarawak | kulturali: (iii), (v) | — | 2024 | L-Għerien ta' Niah ġew studjati għall-ewwel darba minn Alfred Russel Wallace fl-1864. Skavi sussegwenti żvelaw evidenza ta' okkupazzjoni umana kontinwa matul il-Plejstoċen Aħħari u l-Oloċen Bikri, kif ukoll il-fdalijiet ta' wħud mill-eqdem bnedmin moderni anatomikament 'il barra mill-Afrika, ta' bejn 35,000 u 40,000 sena ilu.[9] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Malaysia - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kinabalu Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gunung Mulu National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Melaka and George Town, Historic Cities of the Straits of Malacca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Heritage of the Lenggong Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
- ^ "The Archaeological Heritage of Niah National Park's Caves Complex". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.