Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Myanmar

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-Myanmar/Burma

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Myanmar irratifika l-Konvenzjoni fit-29 ta' April 1994, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

It-tempji u l-istupi fil-pjanura ta' Bagan.

B'kollox il-Myanmar għandu żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u t-tnejn huma siti kulturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Myanmar, il-Bliet Antiki tal-Pyu, żdied fl-2014. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Myanmar huwa Bagan fl-2019.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Bliet Antiki tal-Pyu   Sagaing, Magway, Bago kulturali: (ii), (iii), (iv) 2014 Dan is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' tliet bliet ta' soċjetà li ffjorixxiet bejn il-200 Q.K. sad-900 W.K.: Beikthano, Hanlin u Sri Ksetra. Dawn kienu l-ewwel fir-reġjun li adottaw il-Buddiżmu mill-Indja. Ir-reliġjon influwenzat is-soċjetà li bniet stupi kbar ta' mafkar (il-Pagoda ta' Bawbawgyi f'Sri Ksetra tidher fl-istampa) u strutturi reliġjużi oħra, u wħud minnhom jippreżentaw disinni innovattivi mingħajr prototipi bikrija. Il-bliet kienu mdawra bi swar u bi ħniedaq, u kienu jiddependu fuq l-irrigazzjoni għall-agrikoltura intensiva.[5]
Bagan   Mandalay kulturali: (iii), (iv), (vi) 2019 Bagan kien is-sede tar-Renju ta' Bagan, l-ewwel imperu tar-reġjun, li laħaq il-quċċata tiegħu bejn is-seklu 11 u 13. Il-pajsaġġ kulturali, li jinsab maż-żewġ xtut tax-xmara ta' Irrawaddy, bil-fdalijiet tal-belt jinkludu iktar minn 3,000 monument, inkluż stupi, tempji, monasteri u postijiet oħra ta' qima. Dawn jirriflettu t-tradizzjoni kulturali Buddista bbażati fuq il-merti, u huma mżejna bl-affreski u bl-istatwi.[6]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Myanmar - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pyu Ancient Cities". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bagan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.