L-Ewwel Gwerra Dinjija
L-Ewwel Gwerra Dinjija kienet gwerra bejn ħafna pajjiżi; għalhekk tissejjaħ gwerra "dinjija". Bdiet fl-1914 u intemmet fl-1918.[5] Qabel ma bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939, l-Ewwel Gwerra Dinjija (l-EGD) kienu jsejħulha Il-Gwerra l-Kbira jew Il-Gwerra Dinjija. 135 pajjiż ħadu sehem fl-EGD u 'l fuq minn 15-il miljun ruħ mietu f'din il-gwerra.[6]
L-Ewwel Gwerra Dinjija | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
Skont l-arloġġ minn fuq: Trunċieri fuq il-Front tal-Punent; Tank Mark IV jaqsam trunċiera; Il-frajgata HMS Irresistible qiegħda tegħreq wara li laqtet mina fil-Battalja tad-Dardanelles; Suldati bil-Vickers machine gun libsin il-maskri tal-gas; Biplani Ġermaniżi Albatros D.III. | |||||||
| |||||||
Belliġeranti | |||||||
Il-Potenzi Alleati (tal-Entente) Franza |
Potenzi Ċentrali
Mudell:Dati pajjiż Imperu Ġermanja L-Imperu Ġermaniż | ||||||
Kmandanti | |||||||
Mexxejja u kmandanti Raymond Poincaré |
Mexxejja u kmandanti Wilhelm II | ||||||
Saħħa | |||||||
Entente[1]
8,660,000[4] Total: 42,959,850 |
Potenzi Ċentrali[1]
Total: 25,248,321 | ||||||
Korruti | |||||||
Militari mejtin: 5,525,000 Militari feruti: 12,831,500 Militari neqsin: 4,121,000 Total: 22,477,500 |
Militari mejtin: 4,386,000 Militari feruti: 8,388,000 Militari neqsin: 3,629,000 Total: 16,403,000 |
Il-potenzi involuti ġġieldu l-EGD mal-parti l-kbira tal-kontinent tal-Ewropa. Il-ġlied sar fuq ħafna frontijiet differenti. Il-parti l-kbira tal-ġlied bejn il-Ġermanja u l-Alleati sar fuq il-Front tal-Punent. Sistema ta' trunċieri kienet timmarka l-post ta' dan il-front u bejn it-trunċieri kien hemm kuritur ta' "Art ta' Ħadd" (terra nemo).[7] Il-parti l-kbira tal-ġlied li sar fuq dan il-front kien mit-trunċieri. Il-front tal-Lvant kien fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u kien wieħed mill-postijiet prinċipali fejn sar il-ġlied tal-EGD. Il-ġlied fuq il-front tal-Lvant ma kienx mit-trunċieri imma kien jiddependi minn linji ta' suldati lesti li jiġġieldu l-għadu. Fost il-frontijiet l-oħra fejn kien hemm ħafna ġlied hemm il-Front tal-Lvant Nofsani u l-Front Taljan. Kien hemm il-ġlied ukoll fl-Africk, iċ-Ċina kif ukoll fuq il-baħar u fl-ajru.
Il-gwerra intemmet bil-firma ta' ħafna trattati differenti, l-iżjed wieħed importanti fosthom it-Trattat ta' Versailles.
L-EGD kienet l-ewwel gwerra li fiha ntużaw bħala armi komuni, it-tankijiet, l-ajruplani, is-sottomarini u l-U-Boten.
Il-kawżi
immodifikaFit-28 ta' Ġunju 1914, Gavrilo Princip, student Serb Bożnjan u membru ta' Bożnja Żagħżugħa assassina l-eredi għat-tron Awstro-Ungeriż, l-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija f'Sarajevo, fil-Bożnja.[8] Dan l-assassinju beda xahar ta' manuvri diplomatiċi bejn l-Austria-Ungerija, il-Ġermanja, ir-Russja, Franza u l-Gran Brittanja li jgħidulu l-kriżi ta' Lulju. Bl-għan li fl-aħħar il-Bożnja teħles mill-indħil miss-Serbi, l-oraganizzazzjoni L-Id Sewda kienet forniet lil Princip u l-grupp tiegħu bil-bombi u pistoli, ħarrġithom u għenithom jaqsmu l-fruntiera. L-Awstrijaċi kellhom raġun jaħsbu li l-uffiċjali Serbi kienu imdaħħlin.[9] L-Awstrija-Ungerija tat lis-Serbja l-Ultimatum ta' Lulju, lista ta' għaxar domandi magħmulin apposta biex ma jkunux aċċettabbli għas-Serbja u hekk jipprovokaw gwerra mas-Serbja.[10] Meta s-Serbja qablet ma tmienja biss mill-għaxar domandi, l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra fit-28 ta' Lulju 1914.
L-Imperu Russu ma riedx iħalli l-Awstrija-Ungerija ttelliflu l-influwenza li kellu fil-Balkani u biex jgħin is-Serbi kienu ilhom protégés tiegħu, l-għada ordna mobilizzazzjoni parzjali. L-Imperu Ġermaniż immobilizza fit-30 ta' Lulju, lest li jħaddem il-"Pjan Schlieffen", fejn kellu jagħmel invażjoni malajr u massiva ta' Franza biex ixxejjen l-armata Franċiża imbagħad idur lejn il-Lvant kontra r-Russja. Il-kabinett Franċiż għall-ewwel waqfilha l-pressa militari biex jibda jimmobilizza minnufih, u ordna t-truppi biex jirtiraw 10 km 'l ġewwa mill-fruntiera biex jevitaw kull inċident. Franza mmobilizat fil-għaxija tat-2 ta' Awwissu, meta l-Ġermanja invadiet il-Belġju u attakkat it-truppi Franċiżi. Fl-istess jum il-Ġermanja ddikjarat gwerra fuq ir-Russja.[11] Il-Gran Brittanja ddikjarat gwerra fuq il-Ġermanja fl-4 ta' Awwissu 1914, wara li rċeviet "tweġiba insoddisfaċenti" għall-ultimatum tagħha li l-Belġju għandu jibqa' newtrali.[12]
Il-Ġermanja kontra Franza u r-Russja
immodifikaIl-Ġermanja kienet ħabiba mal-Awstrija-Ungerija u r-Russja kienet ħabiba mas-Serbja. Il-gvern Ġermaniż kien inkwitat li billi l-Awstrija-Ungerija kienet attakkat lis-Serbja, ir-Russja kienet ħa tattakka 'l-Awstrija-Ungerija biex tgħin is-Serbja. Għalhekk, il-Ġermanja ħasset li kellha tgħin l-Awstrija-Ungerija billi tattakka lir-Russja l-ewwel, qabel tkun tista' tattakka 'l-Awstrija-Ungerija. Il-problema kienet li r-Russja kienet ukoll ħabiba ma' Franza, u l-Ġermaniżi ħasbu li forsi Franza ħa tattakkahom biex tgħin ir-Russja. Allura l-Ġermaiżi ddeċidew li kienu jistgħu jirbħu l-gwerra jekk jattakkaw lil Franza malajr l-ewwel. Setgħu jimmobbilizzaw malajr ħafna. Kelhom lista lesta tan-nies li kellhom jidħlu fil-militar, fejn kellhom imorru u l-ħinijiet ta' kull ferrovija li kellha toħodhom fejn kellhom jiġġieldu. Franza kienet qiegħda tagħmel l-istess imma ma setgħetx tagħmel hekk daqshekk malajr. Il-Ġermaniżi ħasbu li jekk jattakkaw lil Franza setgħu joħorġuha mill-gwerra qabel ma setgħet tattakkahom ir-Russja.
L-armata Russa
immodifikaIr-Russja kellha armata kbira, imma l-Ġermanja ħasbet li din ħa tieħu sitt ġimgħat biex timmobbilizza u ħa tieħu ħafna żmien qabel ma tattakka l-Potenzi Ċentrali. Dan ma kienx minnu, għaliex l-Armata Russa immobbilizzat f'sitt ijiem. Barra minn hekk, ir-Russi daħlu sewwa ġol-Awstrija.
Il-Brittanja kontra l-Ġermanja
immodifikaIl-Gran Brittanja kienet alleata mal-Belġju. Hi wkoll malajr daħlet fil-gwerra. Fl-4 ta' Awwiisu 1914, iddikjarat gwerra kontra l-Ġermanja meta l-Ġermanja attakkat lill-Belġju biex tieħu Pariġi qabel ma setgħu jagħmlu hekk ir-Russji u jiftħu front ġdid kontra l-Ġermanja. Il-Brittanja kellha l-kbar imperu għax kienet taħkem kwart mid-dinja kollha, u kienet tibża' li l-Ġermanja ħa tieħu l-kolonji tagħha u ta' Franza u ssir l-aqwa u l-ikbar imperu fid-dinja. Il-Brittanja kienet inkwitata fuq it-tkabbir fil-qawwa militari tal-Ġermanja billi din kienet qiegħda tkabbar l-armata tagħha biex issir l-ikbar waħda fid-dinja. L-armata tal-Brittanja ma kinitx kbira ħafna imma kienet iżjed professjonista mqabbla mal-armati l-kbar bħal tal-Ġermanja u tar-Russja. Il-Brittanja kellha l-ikbar u l-aħjar forza navali fid-dinja u ħasbet li kienet biżżejjed biex iżżomm forzi navali oħra milli jattakkawa. Imma issa l-Ġermanja kienet qiegħda tibni forza naval kbira wkoll. Il-Ġermanja kienet qiegħda tibni ħafna bastimenti malajr u żżid in-nies fl-armata tagħha u kienet ħa ssir qawwija daqs il-Brittanja.
It-Turkija
immodifikaIt-Turkija daħlet fil-gwerra għax kienet tilfet il-parti l-kbira tal-imperu qabel il-gwerra u riedet toħodha lura mill-Brittanja u Franza. Is-Serbja, li darba kienet kolonja Ottomana kienet diġà saret indipendenti qabel il-gwerra. Meta l-Awstrija bdiet gwerra mas-Serbja, it-Turkija ma damitx ma iddikjarat gwerra.
Il-Greċja kontra t-Turkija
immodifikaIl-Greċja daħlet fil-gwerra għax il-mexxejja tagħha kienu jappoġġjaw il-kawża tal-Alleati. Il-Greċja u s-Serbja kienu ħadu l-ħelsien, imma ħafna Griegi kienu għadhom joqogħdu f'artijiet li darba kienu Griegi imma issa kienu Torok. Il-Griegi riedu jerġgħu jieħdu f'idejhom l-art lejn it-tramuntana li kienet taħt il-ħakma Bulgara jew Torka u allura ddikjaraw gwerra.
Ftit wara kien hemm battalja bejn it-Torok u l-Griegi. It-Torok qatlu l-parti l-kbira tal-armata Griega u l-Griegi ippruvaw jinvadu t-Turkija għal darba oħra. Bdiet gwerra oħra minħabba spulużjoni ta' bomba li l-Griegi kienu poġġew fuq tren. It-Torok imbuttaw 'il-Griegi lura fit-territorju tagħhom u minn dak iż-żmien il-Greċja qatt ma ddikjarat gwerra.
Il-Bulgarija kontra s-Serbja u l-Greċja
immodifikaIl-Bulgarija, li bħal Greċja u s-Serbja kienet taħt it-Turkija qabel, meta kisbet il-ħelsien ħadet ħafna aer Torka. Imma meta l-Bulgari għamlu hekk ftit qabel il-gwerra, is-serbi u l-Griegi ħassew li ħafna minn din l-art kienet Griega jew Serba u allura jmisshom ħaduha huma. Dawn imbagħad ħadu xi artijiet lura minn għand il-Bulgari u għalhekk għamlu ħbieb mat-Turkija. Iddikjaraw gwerra kontra s-Serbja u l-Greċja, imma dawn tal-aħħar rebħu.
L-Alleanzi tar-Rumanija
immodifikaIr-Rumanija kienet newtrali sal-1916, meta taħt il-pressjoni mill-Alleati kellha tidħol fil-gwerra.
Grajjiet importanti fil-gwerra
immodifikaIl-parti l-kbira tan-nies ħasbu li l-gwerra mhux ħa ddumm. Ħasbu li l-armati kienu ħa jattakkaw 'il xulxin malajr u waħda telgħeb lill-oħra mingħajr telf kbir ta' nies. Ħasbu li l-gwerra kienet xi ħaġa għas-suldati qalbiena - qatt ma basru kif kienet ħa tkun il-gwerra fir-realtà. Koċċ nies biss bħal Lord Kitchener qalu li l-gwerra ħa tieħu ħafna żmien.
Il-pjan tal-Ġermanja
immodifikaIl-ġenrali Ġermaniżi kienu ddeċidew li l-aħjar mod biex jegħlbu 'l Franza kien li jgħaddu mill-Belġju skont il-Pjan ta' Schlieffen. Dan kien ħolqu l-Kap tal-Istat Maġġur, Alfred von Schlieffen. Imbagħad kienu jistgħu jattakkaw l-armata Franċiża mit-tramuntana u n-nofsinhar fl-istess ħin. L-armata Ġermaniża daħlet il-Belġju fl-4 ta' Awwissu. Dakinhar stess il-Gran Brittanja bdiet gwerra kontra l-Ġermanja billi l-Briitanja kienet alleata tal-Belġju. Il-Brittani1i kienu qalu minn xi snin qabel, fl-1839, li qatt ma kienu ħa jħallu lill xi ħadd jikkontrolla l-Belġju, u żammew kelmthom.
L-invażjoni Ġermaniża tal-BeIġju
immodifikaMeta l-Ġermaniżi waslu fil-belt Belġjana ta' Liège, il-Belġjani iġġieldu b'qawwa kbira biex ma jħalluhomx jidħlu fil-belt. Il-Ġermaniżi fl-aħħar irnexxielhom ikeċċu l-Belġjani mill-belt, imma ħadu iżjed żmien milli kienu ppjanaw il-ġenerali Ġermaniżi.
Imbagħad il-Ġermaniżi attakkaw in-naħa tat-tramuntana tal-armata Franċiża. Il-Franċiżi u l-Brittaniċi tellgħu is-suldati tagħhom 'l fuq biex jiġġieldu mal-Ġermaniżi. Setgħu jagħmlu hekk għax il-Belġjani kienu tant damu jiġġieldu f'Liège. Imma l-Ġermaniżi imbuttaw il-Franċiżi lura lejn il-fruntieri tagħhom u l-Brittaniċi żammew 'il Ġermaniżi 'l wara f'Mons, imma wara huma wkoll waqgħu lura biex jingħaqdu mal-armata Franċiża li kienet qiegħda tirtira, sakemm waqfu ħdejn ix-xmara Marne. Dan ir-rebħa tal-Franċiżi u l-Brittaniċi kontra l-Ġermaniżi jsejħulha Il-Miraklu tal-Marne.
Ġlied mit-trunċieri
immodifikaIn-numru ta' nies li mietu fil-ġlied mit-trunċieri ma jitwemminx. L-armi ġodda bħall-machine-gun u artillerija li twassal fit-tul kienu inkredibbilment effettivi fil-qtiel tas-suldati meta jattakaw f'daqqa, tatika li intwirtet mill-ġwerer ta' qabel. Is-suldati taż-żewġ naħat qabdu l-pali u bdew iħaffru għax ma ridux jintlaqtu u jmutu. Il-ħofor bdew jingħaqdu f'trunċieri biex fl-aħħar dawn kienu jwasslu mill-Iżvizzera sal-Baħar tat-Tramuntana. Quddiem it-trunċieri kien ikun hemm il-fildiferru mxewwek li jqatta' lil kull min jipprova jgħaddi minn fuqu, u mini li jisplodu u jtajru 'l kull min jipprova jaqsam l-"art ta' ħadd (terra nemo)" li kienet bejn it-trunċieri. Il-gass velenuż kien arma importanti oħra li kienu jużaw.
Fil-lvant, ir-Russi attakkaw il-Ġermaniżi. Ir-Russi imbuttaw 'il-Ġermaniżi lura, imma mbagħad il-Ġermaniżi għelbuhom fil-Battalja ta' Tannenberg.
Il-Machine guns u l-artillerija li twassal fit-tul
immodifikaMinħabba l-machine guns, l-artillerija li twassal fit-tul, it-trunċieri u l-mini l-attakki kienu diffiċli. Il-ġenerali kienu mdorrijin jiġġieldu l-gwerer mingħajrhom, u allura ordnaw l-armati tagħhom biex jattakkaw bl-istil antik fejn is-suldati kienu jimmarċjaw f'ringieli u hekk iħallu l-għadu jisparalhom faċilment. Fil-Battalja tas-Somme fl-1916 60,000 suldat Brittaniku mietu fl-istess jum. Kien wieħed mill-jiem l-iżjed imdemma fl-istorja tal-armata Brittanika.
It-tattiki
immodifikaIl-Brittaniċi kienu jikkomunikaw mas-suldati sħabhom permezz tas-sfafar. Allura qabel attakk tal-artillerija fuq it-trunċieri Ġermaniżi kienu jsaffru. Però l-Ġermaniżi indunaw b'din it-tattika wara ftit u allura wara l-attakk meta is-suldati Brittaniċi kienu joħorġu biex joqtlu s-suldati Ġermaniżi li jkunu baqgħu ħajjin, il-Ġermaniżi kienu jkunu lesti għalihom bil-machine guns, għaliex kienu jkunu jafu li kienu ġejjin.
Il-ħajja fit-trunċieri
immodifikaL-ewwel ħaġa li rekluta ġdid kien jinnota fi triqtu lejn il-Front kienet ir-riħa, iġsma jintnu f'oqbra baxxi, irġiel li kienu ilhom ma jinħaslu għal ġimgħat sħaħ għax ma kienx hemm fejn, fosos tal-ħmieġ imfawrin, griżol jew klorur tal-ġir użati kontra t-theddida kostanti mill-mard u l-infezzjoni, kordit, ir-riħa persistenti tal-gass velenuż, xkejjer tar-ramel jintnu, tajn qiegħed, duħħan tas-sigaretti u t-tisjir tal-ikel. Għalkemm għal rekluta ġdid dawn kienu rwejjaħ li jqallgħulu l-istonku, ma kienx idum ma jidrahom u wara ftit kien hu stess isir parti minnhom bir-riħa ta' ġismu.
Is-sistema ta' trunċieri
immodifikaIt-trunċieri ta' fuq il-front is-soltu kienu jkunu fondi xi żewġ metri u wisgħin xi 1.8 metru. Il-parti ta' quddiem kienu jsejħulha l-parapet u l-parti ta' wara l-parados. Il-metru ta' fuq tal-parapet u tal-parados kien ikun mibni minn linja wisgħa ta' xkejjer tar-ramel biex tassorbi l-bulits u l-biċċiet tal-bombi.
Fit-trunċieri bħal dawn ma kontx tista' tilħaq biex tara barra, allura kien ikun tarġa xi metru għolja. It-trunċieri ma kinux imħaffrin f'linji dritti. Inkella jekk is-suldati tal-għadu jidħlulek fit-trunċieri, ikunu jistgħu jisparaw dritt mal-linja.
L-art tat-trunċieri kien ikollha passaġġ tal-injam. Is-suldati kienu jħaffru xelters biex jiskennu fihom mit-temp u l-isparar mill-għadu,
It-trunċieri ta' quddiem kienu jkun protetti mill-fildiferru mxewwek u postijet għall-machine guns. Kien ikun hemm trunċieri qosra jsejħulhom saps mit-trunċieri ta' quddiem għall-Art ta' Ħadd. It-tarf tas-sap kien joħroġ xi 30 metru 'l barra mill-linja ta' quddiem u kien jintuża biex is-suldati jissemgħu x'inhu jiġri.
Wara l-linja ta' quddiem kien ikun hemm trunċieri oħra għar-riżervi u għall-għajnuna. It-tliet linji tat-trunċieri flimkien kienu wisgħin bejn 200 u 300 metru. Kien hemm ukoll trunċieri ta' komunikazzjoni f'direzzjoni inklinata mal-linji ta' quddiem u dawn kienu jservu għat-trasport tan-nies, apparat u ikel.
L-ajruplani
immodifikaL-ajruplani bdew jintużaw estensivament fl-EGD. L-ajruplani ma tantx kienu jintużaw għall-ġlied qabel l-EGD. Kienet l-ewwel gwerra li fiha ntużaw bħala armi tal-gwerra. L-ajruplani bdew jintużaw biex jieħdu fotografiji tal-art f'idejn l-għadu. Imma lejn l-aħħar tal-gwerra kienu qegħdin jintużaw bħala parti importanti mill-pjan tal-attakk. L-EGD wriet li l-ajruplani kienu arma li tista' tintuża fil-gwerra.
Titjib fl-ajruplani
immodifikaL-ajruplani fl-EGD kienu magħmulin mill-injam u l-kanvas u ma kinux iservu għal żmien twil. Ma kinux jistgħu itiru b'veloċità kbira fil-bidu tal-gwerra. Setgħu itiru b'veloċità ta' xi 116 kilometru fis-siegħa u fl-aħħar tal-gwerra il-veloċità telgħet sa xi 222 kilometru fis-siegħa. L-armi tal-isparar tqiegħedu fuq l-ajruplani għall-ewwel darba matul il-gwerra. Il-piloti kienu jużawhom biex jisparaw fuq l-ajruplani tal-għadu. Kien hemm pilota li uża pjanċi rqaq tal-metall biex jipproteġi l-ajruplan tiegħu u mbagħad il-piloti l-oħra bdew jagħmlu l-istess. Il-piloti bdew imbagħad jarmaw l-ajruplani bil-machine guns u dawn għamel il-ġlied bejn l-ajruplani ħafna iżjed diffiċli u perikuluż.
L-Amerika kontra l-Ġermanja
immodifikaIl-Ġermaniżi ddeċidew li jużaw il-vapuri ta' taħt l-ilma. Dawn semmewhom unterseebooten (vapuri ta' taħt il-baħar) jew U-booten fil-qosor. L-U-booten attakkaw il-vapur tal-passiġġieri Amerikan Lusitania li kien qiegħed jieħu nies ċivili lejn l-Ingilterra. Il-Ġermaniżi dehrilhom li l-Amerikani kienu qegħdin jgħinu l-Gran Brittania u ma kinux veru newtrali. Imma ħafna nies Amerikani u Brittaniċi li ma kellhomx x'jaqsmu mal-militar mietu f'dan l-attakk.
Barra minn hekk il-Ġermanja bagħtet telegramma kodifikata lill-Amerika Ċentrali fejn issuġġeritilha li ż-żewġ pajjiżi għandhom jaħdmu flimkien biex jattakkaw l-Istati Uniti. Din in-nota jsejħula it-Telegramma ta' Zimmerman għax dak li bagħatha kien jismu Arthur Zimmerman. Fit-telegramma l-Ġermaniżi offrew xi artijiet li l-Istati Uniti kienu ħadu fil-gwerer ta' qabel. Xi spija mir-Renju Unit saru jafu b'din in-nota u għarrfu lill-Istati Uniti. L-Amerikani rrabjaw u ħafna dehrilhom li pajjiżhom għandu jidħol fil-gwerra biex jikkastiga 'il-Ġermanja. In parti minħabba dan fis-6 ta' April 1917, l-Istati Uniti ddikjaraw gwerra fuq il-Ġermanja u daħlu mal-Alleati.
Ir-Russja
immodifikaL-ewwel rivoluzzjoni Russa
immodifikaFl-1917, kien hemm rivoluzzjoni fir-Russja. Iz-Zar kellu jabdika u jħalli l-poter f'idejn il-poplu. Għall-ewwel ħafna ħasbu li Russja ħa tiġġieled iżjed bil-ħerqa issa li ma kienx hemm Zar. Imma r-Russi kienu xebgħu mill-gwerra għax ma kellhomx ikel u arma biżżejjed u toroq tajbin biżżejjed biex jissuplixxu l-armata tagħhom. Il-gwerra kienet qiegħda timponi piż kbir wisq u kien hemm ħafna faqar u ġuħ. Allura bdew jobogħdu 'l-gvern il-ġdid għax ma ridx iwaqqaf il-gwerra.
It-tieni rivoluzzjoni Russa
immodifikaImbagħad, kien hemm ir-Rivoluzzjoni ta' Ottubru. Kien hemm ġlieda bejn żewġ fazzjonijiet biex jieħdu l-ħakma tar-Russja f'idejhom. Il-Menxeviki tilfu kontra l-Bolxeviki li kienu iżjed radikali. Il-mexxej tal-Bolxeviki kien Vladimir Lenin (1870-1924) li kien komunist u jsegwi l-ideat ta' Karl Marx. Il-gvern il-ġdid ftihem mal-Ġermaniżi u ffirma trattat ta' paċi li jgħidulu t-trattat ta' Brest-Litvosk mal-Qawwiet Ċentrali f'Marzu tal-1918 fil-belt ta' Brest Litovsk. Ir-Russi ul-Ġermanii waqqfu jiġġieldu u l-Ġermanii ħadu ħafna art fl-Ewropa tal-Lvant u l-baħar Baltiku.
Wara l-gwerra
immodifikaWra l-gwerra, il-Ġermanii kellho jiffirmaw it-Trattat ta' Versailles. Il-Ġermanja kellha tħallas 66 miljun dollaru f'riparazzjonijiet. Kellhom jammettu r-responsabbiltà għall-gwerra. Damu jħallu d-dejn sal-4 ta' Ottubru 2010. Partimit-trattat qalet li l-pajjii tad-dinja għandhom jingħaqdu f'organizzazzjoni internazzjonali biex iwaqqfu l-gwerer. L-organizzazzjoni kien jisimha s-Soċjetà tan-Nazzjonijiet. Is-senat tal-Istati Uniti ma qabilx magħha, allavolja kienet l-idea tal-presient tal-Istati Uniti u l-Istati Uniti qatt ma saru memru tagħha.
Referenzi
immodifika- ^ a b Tucker & Roberts 2005, p. 273
- ^ http://www.1914-1918.net/faq.htm
- ^ Il-figuri huma għall-Imperu Brittaniku.
- ^ Il-figuri huma għal Franza Metropolitana u l-kolonji tagħha.
- ^ The First World War
- ^ Military Casualties of World War One
- ^ Ashworth, Tony, Trench warfare 1914–1918, pp3–4. 2000: Macmillan Press, Londra
- ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
- ^ David Stevenson, 1914–1918, p.12
- ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
- ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
- ^ Daily Mirror Headlines: The Declaration of War
Ħoloq esterni
immodifika- World War 1 Letters Kollezzjoni ta' ittri mill-EWD
- [1] Storja tal-EGD bl-istampi
- [2] Il-patrimonja tal-Gwerra l-Kbira, Il-Pajjiżi l-Baxxi