L-element Romanz fil-Malti
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Irridu ngħidu li għalkemm il-bażi tal-Malti hija Semitika, madanakollu xorta ma nistgħux ninsew li l-Malti għandu numru kbir ta' vokabularju ġej mit-Taljan. Mal-miġja tan-Normanni f'Malti, il-folja bdiet tinqaleb. Għalkemm il-Malti ta' dak iż-żmien żamm lin-Normanni bogħod milli jikkomunikaw, dawn xorta għamlu li setgħu biex inibbtu fost il-poplu kliem Romanz fl-ilsien Malti kif kien mitħaddet dak iż-żmien.
Imma l-akbar influwenza li r-Romanz kellu fuq il-Malti, kienet mal-miġja tal-Ordni ta' San Ġwann f'Malta. Dan minħabba li l-kavallieri li kienet tħaddan l-Ordni kienu ġejjin minn pajjiżi Ewropej. Fis-16-il seklu, kellna wkoll influwenza qawwija tal-Isqalli u t-Taljan mill-kleru Sqalli stess, nutara kif ukoll avukati.
Bil-mod il-mod, speċjalment fil-Belt Valletta, il-poplu beda jdaħħal kliem Romanz li Vassalli, għall-bidu, sejjaħlu "Malti korrott". Imma llum ma naħsbuhiex hekk. Il-Malti kompla ssebbaħ għax kien kapaċi jżewwaq żewġ kulturi ta' ilsna differenti: id-dinja Għarbija ma' dik Taljana.
L-istorja tkompli tikber meta fl-1880 insibu ġlieda ħarxa bejn żewġ partiti Malti: il-partit Antiriformista kien favur it-tisħiħ tat-Taljan fil-kultura Maltija, filwaqt li l-partit Riformista kien favur id-dħul tal-Ingliż u l-Malti fl-edukazzjoni. Din il-ġlieda baqgħet sejra sal-1934.
Illum li qegħdin distanza 'l bogħod minn dan iż-żmien, naraw kemm l-istorja tinfluwenza l-ilsien tal-poplu. Mir-Romanz ħadna kliem żviluppat u aktar avvanzat minn dak Semitiku: Semitiku Romanz għorfa kamra qorq sandli fiergħa vojta ħatem ċurkett rieda volontà
Fil-Malti daħħalna wkoll tipi differenti ta' snajja' mit-Taljan:
Daħħalna wkoll verbi bħal:
- nappoġġja
- inparla
- nikkopera
Ir-reliġjon ukoll tatna spinta qawwija għall-kliem Romanz fil-Malti, u għalhekk insibu xi kliem assoċjat mat-twemmin tagħna:
- liturġija
- tabernaklu
- altar
- rużarju