Karlu VI ta' Asburgu

Karlu VI, (1 ta’ Ottubru, 1685, Vjenna, l-Awstrija - 20 ta’ Ottubru, 1740, Vjenna), kien Imperatur Ruman Imqaddes mill-1711 u, bħala Karlu III, kien arċiduka tal-Awstrija u re tal-Ungerija. Bħala pretendent għat-tron ta' Spanja (bħala Karlu III), huwa pprova mingħajr suċċess jerġa' jistabbilixxi l-imperu globali tal-antenat tiegħu tas-seklu 16, Karlu V. Kien l-awtur tas-Sanzjoni Pragmatika, maħsub biex jippermetti lil bintu Marija Tereża tirnexxi wara l-estinzjoni tal-linja maskili diretta tad-Dar ta’ Asburgu.

Karlu VI ta' Asburgu
King of Sardinia and Corsica (en) Translate

Lulju 1713 - 20 Frar 1720
Apostolic King of Hungary (en) Translate

17 April 1711 - 20 Ottubru 1740
Joseph I, Holy Roman Emperor (en) Translate - Maria Theresa of Austria (en) Translate
Holy Roman Emperor (en) Translate

1711 - 1740
King of Bohemia (en) Translate

1711 - 1740
Joseph I, Holy Roman Emperor (en) Translate - Maria Theresa of Austria (en) Translate
monarch of the Crown of Aragon (en) Translate

29 Ġunju 1706 - 7 Settembru 1714
Filippu V ta' Spanja - no value →
Prince-Elector (en) Translate


Archduke of Austria (en) Translate

Ħajja
Twelid Vjenna, 1 Ottubru 1685
Nazzjonalità Ungerija
Spanja
Mewt Vjenna, 20 Ottubru 1740
Post tad-dfin Imperial Crypt (en) Translate
Kawża tal-mewt mewta aċċidentali (gastrointestinal system disease (en) Translate)
Familja
Missier Leopold I, Holy Roman Emperor
Omm Eleonor Magdalene of Neuburg
Konjuga/i Elisabeth Christine von Braunschweig-Wolfenbüttel  (1 Awwissu 1708 -
Ulied
Aħwa
Tribù House of Habsburg (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Ġermaniż
Għalliema Johann Joseph Fux (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni monarka
kollezzjonista tal-arti
Post tax-xogħol Vjenna
Premjijiet
Strument/i tal-mużika klaviċembalu

It-tieni iben tal-imperatur Leopoldu I, Karlu kien pretendent għat-tron Spanjol meta sar vakant fuq il-mewt ta' Karlu II fl-1700. Wara li faqqgħet il-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola (1701), il-biċċa l-kbira tal-Ġermanja, hekk kif l-Ingilterra, il-Provinċji tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall irrikonoxxew lil Karlu. Mill-1704 sal-1711 huwa pprova jimponi l-ħakma tiegħu imma rnexxielu biss fil-Katalonja. Bil-mewt ta' ħuh il-kbir, l-imperatur Ġużeppi I, fl-1711, wiret it-territorji Awstrijaċi kollha. Wara li l-alleati tiegħu, ma ridux jittolleraw restawr tal-imperu ta' Karlu V, abbandunawh u għarfu lil Filippu V ta' Bourbon bħala re ta' Spanja bit-Trattat ta' Utrecht (1713). Karlu, li kien ġie elett Imperatur Imqaddes Ruman fl-1711, kien imġiegħel jitlaq Spanja iżda kompla l-gwerra kontra Franza sal-1714, meta, bit-Trattat ta' Rastatt, kiseb territorji fl-Italja b'kumpens parzjali għat-telf ta' Spanja. Il-konsulenti Spanjoli tiegħu, madankollu, baqgħu jeżerċitaw influwenza kbira għal numru ta 'snin. Wara r-ritorn tal-paċi fil-Punent, mexxa gwerra ta' suċċess kbir kontra l-Imperu Ottoman (1716-1818), li rriżulta f'gwadanji kbar fl-Ungerija u s-Serbja. Huwa kompla jsaħħaħ l-imperu tiegħu billi waqqaf kumpanija lukrattiva, il-Kumpanija ta' Ostend (1722–31), li finalment ġiet abbandunata taħt pressjoni Ingliża u Olandiża, u kabbar il-port ta' Trieste. Lejn it-tmiem tar-renju tiegħu l-fortuni tal-Awstrija naqsu. Karlu tilef il-Gwerra tas-Suċċessjoni Pollakka (1733-38), u kunflitt ġdid mat-Turkija (1736-39) wassal għat-telf tal-biċċa l-kbira tat-territorji tax-xlokk miksuba fl-1718.

Il-preokkupazzjoni ewlenija ta' Karlu f'dak il-mument kienet, madankollu, ir-regolamentazzjoni tas-suċċessjoni Asburġika. Sa mill-1713 kien ippromulga s-Sanzjoni Pragmatika, li permezz tagħha l-artijiet tal-Awstrija kellhom jgħaddu indiviżi lill-werrieta nisa tiegħu fl-assenza ta' werrieta rġiel. Peress li l-uniku iben miet kmieni, huwa ħalla il-wirt tiegħu lil bintu l-kbira, Marija Tereża. Ħadem bil-ħeġġa biex jagħmel ftehim mill-poteri Ewropej u deher li fiż-żmien ta' mewtu kien irnexxielu jilħaq dan l-iskop. Iżda fil-fatti ma kienx irnexxielu u Marija Tereża kellha tiġġieled bosta gwerer qabel ma setgħet tistabbilixxi ruħha b'mod sikur bħala l-eredi ta' missierha.