Joseph Louis Gay-Lussac

kimiku u fiżiku Franċiż (1778-1850)

Joseph Louis Gay-Lussac (pronunzja bil-Franċiż: [ʒɔzɛf lwi ɡɛlysak]; twieled is-6 ta’ Diċembru 1778 – miet fid-9 ta’ Mejju 1850) kien kimiku u fiżiku Franċiż. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta tiegħu li l-ilma huwa magħmul minn żewġ partikoli tal-idroġenu u partikola waħda tal-ossiġenu (flimkien ma’ Alexander von Humboldt), għal żewġ liġijiet marbuta mal-gassijiet, u għax-xogħol tiegħu fir-rigward tat-taħlitiet tal-alkoħol u l-ilma, li wassal għall-gradi alkoħoliċi ta’ Gay-Lussac li jintużaw għall-kejl tal-livell ta’ alkoħol fix-xorb f’ħafna pajjiżi.

Joseph Louis Gay-Lussac
136. President

1 Jannar 1834 - 31 Diċembru 1834
Étienne Geoffroy Saint-Hilaire (en) Translate - Augustin Saint-Hilaire (en) Translate
124. President

1 Jannar 1822 - 31 Diċembru 1822
Pierre-François Percy (en) Translate - Louis Jacques Thénard (mul) Translate
membru tal-Kamra tal-Pari


membru tal-Assemblea Nazzjonali Franċiża

Ħajja
Twelid Saint-Léonard-de-Noblat (en) Translate, 6 Diċembru 1778
Nazzjonalità Franza
Mewt Pariġi, 9 Mejju 1850
Post tad-dfin Iċ-Ċimiterju Père Lachaise
Grave of Joseph Louis Gay-Lussac (en) Translate
Familja
Konjuga/i Geneviève-Marie-Joseph Rojot (en) Translate  (1809 -
Familja
Edukazzjoni
Alma mater Skola Politeknika
Università ta' Pariġi
École des Ponts ParisTech (en) Translate
Livell tal-edukazzjoni professur
Direttur tat-teżi Claude Louis Berthollet (mul) Translate
Lingwi Franċiż
Ingliż
Għalliema Claude Louis Berthollet (mul) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
kimiku
politiku
inġinier
għalliem fl-università
membru tal-bord
Post tax-xogħol Pariġi
Impjegaturi Università ta' Pariġi
Skola Politeknika
Manufacture royale de glaces de miroirs (en) Translate
Xogħlijiet importanti liġi ta’ Charles
liġi ta’ Gay-Lussac
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Société Philomathique de Paris (en) Translate
Akademie gemeinnütziger Wissenschaften
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja Franċiża tax-Xjenzi
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino

Bijografija

immodifika

Gay-Lussac twieled fis-6 ta’ Diċembru 1778 f’Saint-Léonard-de-Noblat li attwalment jinsab fid-dipartiment ta’ Haute-Vienne.

 
Gay-Lussac u Biot fuq balunbaraxx fl-1804. Illustrazzjoni mill-aħħar tas-seklu 19.

Missier Joseph Louis Gay, Anthony Gay, iben tabib, kien avukat u prosekutur u ħadem bħala mħallef f’Saint-Léonard-de-Noblat.[1] Missier żewġ subien u tlett ibniet, huwa kien is-sid tal-biċċa l-kbira tal-artijiet tal-villaġġ ta’ Lussac u spiss kien iżid isem dan il-villaġġ ma’ kunjomu, skont drawwa tal-Ancien Régime. Għall-ħabta tal-1803, il-missier u l-iben finalment adottaw il-kunjom Gay-Lussac.[2] Matul ir-Rivoluzzjoni, f’isem il-Liġi dwar in-Nies Suspettati, missieru, l-eks prosekutur tar-re, intefa’ l-ħabs f’Saint Léonard mill-1793 sal-1794.

Joseph Louis Gay-Lussac ingħata l-edukazzjoni bikrija tiegħu fl-Abbazija Kattolika ta’ Bordeaux, għalkemm iktar ’il quddiem f’ħajtu sar ateu.[3][4] Taħt għajnejn il-Patri Superjuri ta’ Dumonteil huwa beda l-edukazzjoni tiegħu f’Pariġi, fejn finalment daħal jistudja fl-Iskola Politeknika fl-1798.

Tliet snin wara, Gay-Lussac ġie ttrasferit fl-École des Ponts et Chaussées, u ftit wara ġie assenjat lil C. L. Berthollet bħala l-assistent tiegħu. Fl-1802, ġie maħtur dimostratur ta’ A. F. Fourcroy fl-Iskola Politeknika, fejn fl-1809 huwa sar il-professur tal-kimika. Mill-1808 sal-1832, huwa kien il-professur tal-fiżika fis-Sorbonne, kariga li rreżenja minnha biss biex isir president tax-xjenza fil-Jardin des Plantes. Fl-1821, huwa ġie elett bħala membru barrani tal-Akkademja Żvediża Rjali tax-Xjenzi. Fl-1831 ġie elett biex jirrappreżenta lid-dipartiment ta’ Haute-Vienne fil-kamra tad-deputati, u fl-1839 sar parti mill-kamra tal-pari. Huwa ġie elett Membru Onorarju Barrani tal-Akkademja Amerikana tal-Arti u x-Xjenzi fl-1832.[5]

 
Il-qabar ta’ Gay Lussac

Gay-Lussac iżżewweġ lil Geneviève-Marie-Joseph Rojot fl-1809. Kien iltaqa’ magħha għall-ewwel darba meta kienet taħdem bħala assistent f’ħanut tad-drapp u kienet qed tistudja ktieb akkademiku tal-kimika minn taħt. Huwa kien il-missier ta’ ħamest itfal, u l-ikbar wieħed minnhom (Jules) sar assistent ta’ Justus Liebig f’Giessen. Xi pubblikazzjonijiet ta’ Jules ġieli jiġu konfużi bħala ħidmet missieru peress li għandhom l-istess inizjali (J. Gay-Lussac).

Gay-Lussac miet f’Pariġi fid-9 ta’ Mejju 1850 u ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta’ Père Lachaise. Ismu huwa wieħed minn 72 isem miktuba fuq it-Torri Eiffel.

  • 1802 – Gay-Lussac ifformula l-liġi ta’ Gay-Lussac u ddikjara li jekk il-massa u l-volum ta’ gass jinżammu kostanti, il-pressjoni tal-gass tiżdied b’mod lineari maż-żieda fit-temperatura. Ix-xogħol tiegħu ġie preċedutminn dak ta’ Guillaume Amontons, li stabbilixxa r-relazzjoni bejn wieħed u ieħor mingħajr l-użu ta’ termometri preċiżi. Il-liġi xi kultant tinkiteb bħala p = k T, fejn k hija kostanti u tiddependi fuq il-massa u l-volum tal-gass u T hija t-temperatura fuq skala assoluta (f’termini tal-liġi tal-gass ideali, k = n·R/V).[6]
  • 1804 – Hu u Jean-Baptiste Biot tellgħu balunbaraxx f’għoli ta’ 7,016-il metru f’investigazzjoni bikrija tal-atmosfera tad-Dinja. Huwa ried jiġbor kampjuni tal-arja f’għoli differenti biex janalizza d-differenzi fit-temperatura u l-indewwa.
  • 1805 – Flimkien mal-ħabib u l-kollaboratur xjentifiku tiegħu Alexander von Humboldt, huwa skopra li l-kompożizzjoni tal-atmosfera ma tinbidilx bi tnaqqis fil-pressjoni (biż-żieda fl-altitudni). Barra minn hekk, skoprew ukoll li l-ilma huwa magħmul minn żewġ partikoli tal-idroġenu u minn partikola waħda tal-ossiġenu (skont il-volum).
  • 1808 – Huwa kien il-koskopritur tal-boron.
  • 1810 – B’kollaborazzjoni ma’ Louis Thenard, huwa żviluppa metodu għall-analiżi kwantitattiva tal-elementi għall-kejl tad-diossidu tal-karbonju u tal-ossiġenu evoluti b’reazzjoni mal-klorat tal-potassju. Huwa ġabar fil-qosor ukoll l-ekwazzjoni tal-fermentazzjoni alkoħolika.
  • 1811 – Huwa rrikonoxxa l-jodju bħala element ġdid, iddeskriva l-proprjetajiet tiegħu u ssuġġerixxa l-isem iode.[7]
  • 1815 – Huwa ssintetizza ċ-ċjanoġenu, iddetermina l-formula empirika tiegħu u tah l-isem ta’ ċjanoġenu.
  • 1824 – Huwa żviluppa verżjoni mtejba tal-buretta li kienet tinkludi manku fil-ġenb, u ħoloq it-termini “pipetta” u “buretta” f’dokument tal-1824 dwar l-istandardizzazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ lewn nir.[8]
  • F’Pariġi, hemm triq u lukanda ħdejn is-Sorbonne msemmijin għalih, u f’Saint-Léonard-de-Noblat hemm triq u pjazza.
  • Fl-Awstralja, il-“Kamra Gay-Lussac” fl-AB Mauri STC, Sydney issemmiet għalih biex jingħata ġieħ għal xogħlu fil-fermentazzjoni tal-ħmira.

Ġenealoġija akkademika

immodifika
Ġenealoġija akkademika
Għalliema notevoli Studenti notevoli
  • C. L. Berthollet (1748-1822), Pariġi
  • Antoine François, comte de Fourcroy (1755-1809), Pariġi
  • Jean-Jacques Colin (1784-1865), répétiteur fl-1809-1817
  • Pierre Robiquet (1780-1840), répétiteur fl-1813-1818
  • César Despretz (1791-1863), répétiteur fl-1817-?
  • Jules Pelouze (1807-1867), répétiteur fl-1831-1837?
  • Edmond Frémy (1814-1894)
  • Henri-Victor Regnault (1810-1878)
  • Justus Liebig (1803-1873)

Pubblikazzjonijiet

immodifika
  • Chemistry courses of the École Polytechnique, Vol.1&2
  • Lessons of Physics, il-Fakultà tax-Xjenzi f’Pariġi, (is-6 ta’ Novembru 1827 u t-18 ta’ Marzu 1828)

Iktar Qari

immodifika
  • "Joseph Louis Gay-Lusac (1778-1850)—Physicist and Fire Balloonist". JAMA. 187(10):771. 1964. PMID 14094304.
  • Partington, J. R. (1950). "J. L. Gay-Lussac (1778-1850)". Nature. 165(4201):708-709. PMID 15416794.
  • Gay-Lussac, L. J.; von Humboldt, A. (1805). "Expérience sur les moyens oediométriques et sur la proportion des principes constituents de l'atmosphère". Journal de Physique. 60.
  • Crosland, M. (1978). Gay-Lussac, Scientist and Bourgeois. Cambridge University Press. ISBN 0-521-21979-5.
  • Joseph Louis Gay-Lussac, French chemist (1778-1850) mill-Encyclopædia Britannica, l-10 Edizzjoni (1902)
  • Rue Gay-Lussac, Pariġi
  • L-artiklu ta’ Gay-Lussac (1809) "On the combination of gaseous substances", online u analizzat fuq BibNum.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Biographical Dictionary Ancient and Modern, Volume 16, Michaud
  2. ^ Biographical sketch by Gay de Vernon
  3. ^ "December 6: Joseph Louis Gay-Lussac - Lighting a candle in toxic air" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-10.
  4. ^ Ramesh Chopra (2005). Academic Dictionary Of Philosophy. Gyan Books. p. 143. ISBN 978-81-8205-224-6.
  5. ^ ""Book of Members, 1780–2010: Chapter G" (PDF). American Academy of Arts and Sciences" (PDF).
  6. ^ "Joseph Louis Gay-Lussac". Science History Institute (bl-Ingliż). 2016-06-01. Miġbur 2021-05-10.
  7. ^ Ede, A. (2006). The Chemical Element: A Historical Perspective. Greenwood Press. p. 133. ISBN 0-313-33304-1.
  8. ^ Rosenfeld, L. (1999). Four Centuries of Clinical Chemistry. CRC Press. pp. 72–75. ISBN 90-5699-645-2.